Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ibandronic acid Accord
ibandronic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ibandronic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Ibandronic acid Accord u l-kontenut tal-pakkett:

Ibandronic Acid Accord huwa konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Soluzzjoni bla kulur u ċara.


Jiġi f’kunjetti tal-ħġieġ (tip I) bi stopper tal-gomma u siġilli tal-aluminju b’tapp tat-tip 'flip-off'.


Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett fih 2 ml ta’ konċentrat. Kull pakkett fih kunjett 1.


Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett fih 6 ml ta’ konċentrat. Dan jiġi f’pakketti li fihom kunjett 1, 5 jew 10 kunjetti. Jista’ jkun

li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona,

Spanja

image

Manifattur

Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice, Il-Polonja


Accord Healthcare B.V., Winthontlaan 200,

3526 KV Utrecht,

L-Olanda


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f

Mediċini: /

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa:


Dożaġġ: Prevenzjoni ta’ AvvenimentiSkeletriċi f’Pazjenti b’Kanċer tas-Sider u Metastasi fl- Għadam

Id-doża rrakkomandata għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u

metastasi fl-għadam hija ta’ 6 mg bħala injezzjoni ġol-vini li tingħata kull 3-4 ġimgħat. Id-doża għandha tiġi infuża fuq medda ta’ mill-inqas 15-il minuta.


Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għall-pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi

(CLcr ≥50 u <80 ml/min). Għall-pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLcr ≥ 30 u <50 ml/min) jew b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr <30 ml/min) li qed jiġu ttrattati għall-prevenzjoni ta’

avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u mard metastatiku tal-għadam għandhom jiġu

segwiti r-rakkomandazzjonijiet ta’ dożaġġ li ġejjin:


image

Tneħħija tal-

Krejatinina (ml/min) Dożaġġ Volum tal-infużjoni


image

50 CLcr<80 6 mg (6 ml ta’ konċentrat għal


1 u Ħin 2

soluzzjoni għall-infużjoni) 100 ml fuq 15-il minuta

30 CLcr <50

4 mg (4 ml ta’ konċentrat għal

soluzzjoni għall-infużjoni) 500 ml fuq siegħa

<30

2 mg (2 ml ta’ konċentrat għal

soluzzjoni għall-infużjoni) 500 ml fuq siegħa

image

  1. Soluzzjoni ta’ 0.9% sodium chloride jew soluzzjoni ta’ 5% glucose

  2. Għoti kull 3 sa 4 ġimgħat


Ħin tal-infużjoni ta’ 15-il minuta ma ġiex studjat f’pazjenti tal-kanċer bi CLcr < 50 ml/min.


Dożaġġ: Trattament ta’ Iperkalċimija kkawżata minn tumur

Ibandronic acid Accord normalment jigħata fi sptar. Id-doża hija determinata mit-tabib li jikkunsidra

il-fatturi li ġejjin.


Qabel it-trattament b’Ibandronic acid Accord il-pazjent għandu jiġi idratat mill-ġdid biżżejjed

image

b’9 mg/ml (0.9%) sodium chloride. Għandha tiġi kkunsidrata s-severità tal-iperkalċimija kif ukoll it- tip ta’ tumur. Fil-parti l-kbira tal-pazjenti b’iperkalċimija severa (kalċju fis-serum ikkoreġut għall- albumina*>3 mg/dl) doża waħda ta’ 4 mg hija adegwata. F’pazjenti b’iperkalċimija moderata (kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina < 3 mmol/l jew < 12 mg/dl) 2 mg hija doża effettiva. L-għola doża użata fiprovi kliniċi kienet ta’ 6 mg iżda din id-doża ma żżid l-ebda benefiċċju ieħor f’termini ta’ effikaċja.


* Nota: il-konċentrazzjonijiet tal-kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina huma kkalkulati kif ġej:


Kalċju fis-serum ikkoreġut

għall-albumina (mmol/l)

=

Kalċju fis-serum (mmol/l) - [0.02 x albumina (g/l)] + 0.8

Jew

Kalċju fis-serum ikkoreġut

għall-albumina (mg/dl)

=

Kalċju fis-serum (mg/dl) + 0.8 x [4 - albumina (g/dl)]

Biex taqleb il-valur tal-kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina minn mmol/l għal mg/dl,

immultiplika b’4.

Fil- biċċa l-kbira tal-każijiet, livell għoli ta’ kalċju fis-serum jista’ jitnaqqas għal livell normali f’7 ijiem. Iż-żmien medjan sa biex il-livell jerġa jogħla (żieda mill-ġdid ta’ 'l fuq minn 3 mmol/l ta’ kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina tas-serum) kien ta’ 18–19-il ġurnata b’dożi ta’ 2 mg u 4 mg. Iż- żmien medjan biex il-livell jerġa jogħla kien ta’ 26 ġurnata b’doża ta’ 6 mg.


Il-metodu u rotta tal-amministrazzjoni

Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jingħata bħala infużjoni

ġol-vina.


Għal dan il-għan il-kontenut tal-kunjett għandu jiġi wżat kif ġej:


Nota:

Sabiex jiġu evitati inkompatibilitajiet potenzjali, Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jitħallat biss ma’ soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride jew ma’ soluzzjoni

ta’ 5 % dextrose. Soluzzjonijiet li fihom il-kalċju m’għandhomx jitħalltu ma’ Ibandronic acid Accord

konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.


Soluzzjonijiet dilwiti huma għall-użu ta’ darba biss. Għandhom jintużaw bisssoluzzjonijiet ċari mingħajr frak.


Huwa rrakkommandat li l-prodott la darba jkun dilwit jintuża immedjatament (ara l-punt 5 ta’ dan il- fuljett ‘Kif taħżen Ibandronic acid Accord’).


Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jingħata bħala infużjoni fil- vini. Għandu jkun hemm attenzjoni biex ma tagħtix Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni permezz ta’ għoti ġewwa arterja jew ħdejn vina għax dan jista’ jwassal għal ħsara lit- tessut.


Frekwenza tal-amministrazzjoni

Għal trattament ta’ iperkalċimija kkawżata minn tumur, Ibandronic acid Accord konċentrat għal

soluzzjoni għall-infużjoni ġeneralment jingħata bħala infużjoni waħda.


Għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l- infużjoni ta’ Ibandronic acid Accord hija ripetuta f’intervalli ta’ 3-4 ġimgħat.


Tul tat-trattament

Numru limitat ta’ pazjenti (50 pazjent) irċevew it-tieni infużjoni għal iperkalċimjia. Trattament ripetut

jista’ jiġi ikkunsidrat f’każ ta’ iperkalċimija rikurrenti jew effikaċja insuffiċjenti.


Għal-pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l-infużjoni ta’ Ibandronic acid Accord għandha tiġi amministrata kull 3-4 ġimgħat. Fil-provi kliniċi, it-terapija baqgħet sejra sa 96 ġimgħa.


Doża eċċessiva

Sa issa ma hemm l-ebda esperjenza ta’ avvelenament akut b’ibandronic acid Accord konċentrat għal

soluzzjoni għall-infużjoni. Minħabba li fi studji b’dożi għolja ta’ qabel l-użu kliniku , kemm il-kliewi kif ukoll il-fwied instabu li kienu organi li setgħu kienu milquta minn tossiċittà, l-funzjoni tal-kliewi u tal-fwied għandha tiġi mmonitorjata.


Ipokalċemija (livelli baxxi ħafna ta’ kalċju fis-serum) li tkun klinikament rilevanti għandha tkun ikkoreġuta permezz ta’ amministrazzjoni ġol-vina ta’ calcium gluconate.