Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Victoza
liraglutide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Victoza 6 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

liraglutide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

injezzjonijiet.


Kif jidher Victoza u l-kontenut tal-pakkett

Victoza hu fornut bħala soluzzjoni għall-injezzjoni ċara u bla kulur jew kważi bla kulur f’pinna mimlija għal-lest. Kull pinna fiha 3 ml ta’ soluzzjoni, li tforni 30 doża ta’ 0.6 mg, 15-il doża ta’ 1.2 mg jew 10 dożi ta’ 1.8 mg.


Victoza hu disponibbli f’pakketti li jkun fihom 1, 2, 3, 5 jew 10 pinen. Jista’ jkun li mhux il-pakketti

tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali. Il-labar mhumiex inklużi.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd

Id-Danimarka


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi


image

image

image



ISTRUZZJONIJIET BIEX TUŻA L-PINNA VICTOZA

Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel ma tuża l-pinna tiegħek.

Il-pinna tiegħek tiġi fornuta bi 18 mg ta’ liraglutide.

Tista’ tagħżel dożi ta’ 0.6 mg, 1.2 mg u 1.8 mg.

Il-pinna Victoza hi maħsuba biex tintuża mal-labar għall- injezzjoni NovoFine jew NovoTwist li jintremew wara li jintużaw u li jkollhom tul ta’ mhux iżjed minn 8 mm u rquqija ta’ 32G (0.25/0.23 mm).


image



image



Ipprepara l-pinna


Iċċekkja l-isem u l-kulur tat-tikketta tal-pinna tiegħek sabiex taċċerta ruħek li fiha liraglutide. L-użu tal- mediċina l-ħażina jista’ jikkawża ħafna ħsara.


Neħħi l-għatu tal-pinna.


image



Iġbed u aqla’ s-siġill protettiv minn labra ġdida li tintrema wara li tintuża. Invita l-labra bi dritt u b’mod issikkat fuq il-pinna tiegħek.


image



Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra u żommu għal wara.


image



Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih.


image



Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni. B’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, telf ta’ liraglutide, labar ibblukkati u dożaġġ li ma jkunx eżatt.

Oqgħod attent/a biex ma tgħawwiġx jew tagħmel ħsara lil-labra.

Qatt m’għandek tipprova tpoġġi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż lilek innifsek bil-labra.


Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek

image

image



  • Tippruvax issewwi l-pinna tiegħek jew iżżarmaha.

  • Żomm il-pinna tiegħek ’il bogħod mit-trab, ħmieġ u kwalunkwe tip ta’ likwidi.

  • Naddaf il-pinna b’biċċa drapp imxarrba b’deterġent ħafif.

  • Tippruvax taħsilha, tgħaddasha jew tillubrikaha – dan jista’ jagħmel ħsara lill-pinna.


Informazzjoni importanti

  • Taqsamx il-pinna tiegħek ma’ ħaddieħor.

  • Żomm il-pinna tiegħek fejn ma tkunx tista’ tintlaħaq minn nies oħrajn, speċjalment mit-tfal.


Ma’ kull pinna ġdida, iċċekkja l-fluss


Iċċekkja l-fluss qabel l-ewwel injezzjoni b’kull pinna ġdida. Jekk diġà qed/a tuża l-pinna tiegħek mur f’pass H ‘Isselezzjona d-doża tiegħek’.


Dawwar is-selettur tad-doża sakemm is-simbolu tal- verifika tal-fluss ikun allinjat mal-indikatur


image



Żomm il-pinna bil-labra tħares ’il fuq. Tektek bil-mod b’sebgħek l-iskartoċċ għal xi ftit drabi. B’hekk jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja dawn ser jinġabru fin-naħa ta’ fuq tal-iskartoċċ


image



Żomm il-labra tħares ’il fuq u agħfas il-buttuna tad-doża sakemm 0 mg ikun allinjat mal-indikatur.


Għandha tidher taqtira ta’ liraglutide fuq il-ponta tal- labra. Jekk ma tidher ebda taqtira, irrepeti l-passi E sa G sa erba’ darbiet.


Jekk tibqa’ ma tara l-ebda qatra ta’ liraglutide, ibdel il- labra u rrepeti l-passi E sa G għal darb’oħra..


Jekk tibqa’ ma tarax qatra ta’ liraglutide, tużax il-pinna. Dan jurik li l-pinna hija difettuża u għandek tuża waħda ġdida.


image



Jekk tkun waqqajt il-pinna tiegħek fuq wiċċ iebes jew tissuspetta li fiha xi ħaġa ħażina, għandek dejjem tuża labra ġdida, li tintrema wara l-użu u ċċekkja l-fluss qabel ma tinjetta.



Isselezzjona d-doża tiegħek


Dejjem iċċekkja li l-indikatur jallinja maz-0 mg.


Dawwar is-selettur tad-doża sakemm id-doża meħtieġa tiegħek tkun allinjata mal-indikatur (0.6 mg, 1.2 mg jew

1.8 mg).


Jekk tagħżel doża ħażina bi żball, sempliċement ibdilha billi ddawwar is-selettur tad-doża lura jew ’il quddiem sakemm id-doża korretta tkun allinjata mal-indikatur.


Oqgħod attent/a li ma tagħfasx il-buttuna tad-doża meta ddawwar is-selettur tad-doża lura, għax liraglutide jista’ joħroġ.


Jekk is-selettur tad-doża jieqaf qabel id-doża meħtieġa tiegħek tkun allinjata mal-indikatur, ma jkunx baqa’ biżżejjed liraglutide għal doża sħiħa. F’dan il-każ, int tista’ jew:


Taqsam id-doża tiegħek f’żewġ injezzjonijiet:

Dawwar is-selettur tad-doża fi kwalunkwe direzzjoni sakemm 0.6 mg jew 1.2 mg ikun allinjat mal-indikatur. Injetta d-doża. Imbagħad ipprepara pinna ġdida għall- injezzjoni u injetta l-bqija tan-numru ta’ mg biex tlesti d- doża tiegħek.


Tista’ biss taqsam id-doża tiegħek bejn il-pinna kurrenti tiegħek u pinna ġdida jekk imħarreġ jew mgħarraf mill- professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek . Uża l-kalkulatur biex tqassam id-dożi. Jekk taqsam ħażin id-doża, tista’ tinjetta żżejjed jew ftit wisq ta’ liraglutide.


Tinjetta d-doża sħiħa b’pinna ġdida:

Jekk is-selettur tad-doża jieqaf qabel ma’ 0.6 mg jkun allinjat mal-indikatur, ipprepara pinna ġdida u injetta d- doża sħiħa bil-pinna l-ġdida


image



image Tippruvax tagħżel dożi oħrajn ħlief dawk ta’ 0.6 mg, 1.2 mg jew 1.8 mg. In-numri fit-tieqa

jridu jkunu allinjati preċiż mal-indikatur biex tiżgura li tieħu d-doża korretta

Is-selettur tad-doża jikklikkja meta ddawru. Tużax dawn il-klikks biex tagħżel l-ammont ta’

liraglutide li għandek tinjetta.

Tużax l-iskala tal-iskartoċċ biex tkejjel kemm liraglutide għandek tinjetta – dan mhuwiex preċiż biżżejjed..


Kif tagħti l-injezzjoni


Daħħal il-labra ġol-ġilda tiegħek billi tuża t-teknika tal-injezzjoni li uriek it-tabib jew l-infermier/a tiegħek. Imbagħad segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:


Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni sakemm 0 mg ikun allinjat mal-indikatur. Oqgħod attent/a li ma tmissx it- tieqa b’subgħak jew li tagħfas is-selettur mill-ġenb meta


image


image

image

image



tinjetta. Jekk tagħmel hekk, dan jista’ jimblokka l- injezzjoni. Żomm il-buttuna tad-doża magħfusa ’l isfel u ħalli l-labra taħt il-ġilda għal mill-inqas 6 sekondi. Dan biex taċċerta ruħek li tieħu d-doża sħiħa tiegħek.


Iġbed il-labra ’l barra.

Wara li tagħmel hekk, tista’ tara qatra ta’ liraglutide fit- tarf tal-labra.

Dan hu normali u m’għandu l-ebda effett fuq id-doża li tkun għadek kif ħadt.


image



Iggwida t-tarf tal-labra ġol-għatu ta’ barra tal-labra mingħajr ma tmiss l-għatu ta’ barra tal-labra.


image



Meta l-labra tkun mgħottija, imbotta bl-attenzjoni l-għatu ta’ barra tal-labra kompletament fuq il-labra. Imbagħad ħoll il-labra. Armi l-labra bl-attenzjoni u erġa’ qiegħed l- għatu tal-pinna lura fuq il-pinna.


Meta l-pinna tkun vojta, armiha bl-attenzjoni mingħajr ma jkun hemm labra mwaħħla.Jekk jogħġbok armi l-pinna u

l-labra skont il-ħtiġijiet lokali.


image



Dejjem neħħi l-labra wara kull injezzjoni u aħżen il-pinna tiegħek mingħajr ma jkun hemm labra mwaħħla.

Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni,telf ta’ liraglutide, labar ibblokkati u dożaġġ li ma jkunx preċiż.

Persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti jridu joqogħdu attenti ħafna meta jużaw labar użati - biex jipprevenu minn xi ferita mil-labra u biex ma jinfettawx lilhom infushom


Anness IV


Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għall-varjazzjoni għat- termini tal-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR(s) għal liraglutide, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


Minħabba t-tagħrif disponibbli dwar ipogliċemija b’doża eċċessiva ta’ liraglutide, minn prova(i) klinika(ċi), mill-letteratura u minn rapporti spontanji, il-PRAC jikkunsidra li relazzjoni kawżali bejn doża eċċessiva b’liraglutide u ipogliċemija hija possibbiltà raġonevoli. It-test eżistenti f’sezzjoni

4.9 tal-SmPC u s-sezzjonijiet korrispondenti fil-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ liraglutide f’T2DM u WM (l-

immaniġġar tal-piż) għandhom jiġu emendati sabiex l-HCP’s ikunu mgħarrfa li seħħet ipogliċemija f’każijiet ta’ doża eċċessiva b’liraglutide.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għal liraglutide is-CHMP huwa tal-fehma li l-bilanċ bejn il- benefiċċju u r-riskju ta’ prodott(i) mediċinali li fih/fihom liraglutide ma nbidilx suġġett għall-bidliet proposti għall-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.