Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Respiporc Flu3
inactivated influenza-A virus, swine


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:


Respiporc FLU3

Suspensjoni għall-injezzjoni għall-ħnieżer.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Ceva Santé Animale 10 av. de La Ballastière 33500 Libourne

    Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:


    IDT Biologika GmbH

    Am Pharmapark

    06861 Dessau-Rosslau

    Ġermanja


    Ceva-Phylaxia Veterinary Biologicals Co. Ltd. Szállás u. 5.

    1107 Budapest

    Ungerija


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Respiporc FLU3 suspensjoni għall-injezzjoni għall-ħnieżer.


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Suspensjoni ċara ta’ kulur oranġjo safrani għal roża għall- injezzjoni


    Kull doża ta’ 2 ml fiha:


    Sustanzi Attivi :

    Strejns tal-virus inattivat ta’ l-influwenza A/ ħnieżer/

    Bakum/IDT1769/2003 (H3N2) ≥ 10.53 log2 GMNU1

    Haselünne/IDT2617/2003 (H1N1) ≥ 10.22 log2 GMNU1

    Bakum/1832/2000 (H1N2) ≥ 12.34 log2 GMNU1


    1GMNU = Geometric mean of neutralizing units immunizzazzjoni indotta fil-fenek ta’ l-indi wara t- tieni tilqima ta’ 0.5 ml b’ dan il-vaċċin.


    Adjuvant:

    Carbomer 971 P NF 2.0 mg


    Sustanza mhux attiva:

    Tiomersal 0.21 mg

  4. INDIKAZZJONIJIET


    Immunizzazzjoni attiva tal-ħnieżer mill-età ta’ 56 ġurnata 'l fuq inklużi majjaliet fit-tqala kontra l- influwenza tal-ħnieżer ikkawżata mis-sottotipi H1N1, H3N2 u H1N2 biex tnaqqas is-sinjali kliniċi u l- ammont ta’ virus fil-pulmun wara infezzjoni.


    idu ta’ l-immunità: 7 ijiem wara l-ewwel tilqima.

    Tul tal-immunità: 4 xhur fi ħnieżer imlaqqmin bejn l-età ta’ 56 u 96 jum u 6 xhur fi ħnieżer

    imlaqqmin għall-ewwel darba ta’ 96 jum u ’l fuq.


    Immunizzazzjoni attiva ta’ majjaliet fit-tqala wara t-tmiem ta’ l-ewwel immunizzazzjoni b’doża waħda 14-il ġurnata qabel it-twellid biex tiġi żviluppata immunità għolja tal-kolostrum li tipprovdi protezzjoni klinika tad-drafeġ tal-anqas għal 33 ġurnata wara li jitwieldu.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Wara li tingħata t-tilqima, jista jkun hemm nefħa lokali ħafifa f’każijiet rari ħafna li tinżel fi żmien jumejn. F’każijiet rari ħafna , jista’ jkun hemm żieda żgħira momentarja fit-temperatura tar-rektum wara t-tilqima.(“ rari ħafna” tikkorrispondi għal frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:


    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’

      kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Ħnieżer.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

    Użu għal ġol-muskolu. Drafeġ:

    L-ewwel tilqima: żewġ injezzjonijiet ta’ doża waħda (2 ml)

    • Minn 96 jum ’l fuq, b’intervall ta’ 3 ġimgħat bejn injezzjoni u oħra biex jinkiseb tul ta’

      immunità ‘l fuq minn 6 xhur.

      jew

    • Bejn l-età ta’56 u 96 jum, b’intervall ta’ 3 ġimgħat bejn injezzjoni u oħra biex jinkiseb tul ta’

    immunità ‘l fuq minn 4 xhur.


    Qażqużiet u majjaliet:

    L-ewwel tilqima: ara hawn fuq

    Injezzjoni ‘booster’ hija possibbli f’kull stadju tat-tqala u fi żmien il-ħalib. Meta t-tilqim isir 14-il ġurnata qabel il-majjala tferragħ b’doża waħda (2 ml), dan jipprovdi immunità derivata mill-omm lid-drafeġ li tipproteġihom minn sinjali kliniċi tal-influwenza tal-inqas sat-33 jum wara t-twelid.


    L-immunità derivata mill-omm fid-drafeġ taġixxi reċiprokament mall-inizzjazzjoni tal-antikorpi. Ġeneralment, l-antikorpi derivati mill-omm indotti mit-tilqim idumu bejn wieħed u ieħor minn 5 sa 8 ġimgħat wara t-twelid. F’każi partikolari ta’ kuntatti moltepliċi tal-majjaliet mal-antiġeni (infezzjonijiet mill-ambjent + tilqim) l-antikorpi trasmessi lid-drafeġ jistgħu jdumu sakemm ikollhom 12 il-ġimgħa. F’dan l-aħħar każ id-drafeġ għandhom jiġu mlaqqma wara li jkunu għalqu 96 jum.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Xejn.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C).

    Tiffriżax.

    Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tipproteġi mid-dawl

    Tużax dan il-prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza li tidher fuq it-tikketta u fuq il- pakkett wara JISKADI

    Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 10 sigħat.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:Jekk tiġi injettat bi żball b'dan il-prodott, reazzjoni żgħira biss fil-post tal- injezzjoni hija mistennija.


    Tqala u treddigħ:

    Il-vaċċin jista' jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux

    aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    {XX/SSSS}


    dwar il-Mediċini .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


It-tilqima tqanqal immunità attiva kontra s-sottotipi H1N1, H3N2 u H1N2 tal-virus tal-Influwenza A tal-ħnieżer. Tinduċi antikorpi li huma newtralizzanti u li jinibixxu l-agglutinazzjoni tad-demm kontra kull wieħed tat-tliet sottotipi. Meta bħala ‘booster’ tiġi amministrata doża waħda tal-vaċċin 14-il ġurnata qabel li l-majjala li kienet diġa mlaqqma tferragħ, il-vaċċin jistimola immunita’ attiva biex tipprovdi immunita’ derivata mill-omm liz-zgħar kontra s-sottotipi H1N1, H3N2 u H1N2 tal-virus tal- Influwenza A tal-ħnieżer.


Daqsijiet tal-pakketti:

Kaxxa tal-kartun bi fjala tal-ħġieġ jew PET ta’ 10 dożi (20 ml), 25 doża (50 ml) jew 50 doża (100 ml)

b’tapp tal-lastku u għatu bi flanġa.

Kaxxa tal-kartun b’8 kunjetti PET ta’ 250 dożi (500 ml) b’tapp tal-lastku u għatu bi flanġa.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.