Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Avonex
interferon beta-1a

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


AVONEX 30 mikrogramma/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni

(interferon beta-1a)

Siringa mimlija lesta


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Anke jekk ġa ħadt Avonex qabel, xi informazzjoni jista jkun li nbidlet.


Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  1. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Avonex

Is-sustanza attiva hi: Interferon beta-1a 30 mikrogramma/0.5 ml

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma: Sodium acetate, trihydrate; acetic acid glacial, arginine hydrochloride, polysorbate 20 u ilma għall-injezzjoni.


Kif jidher AVONEX u l-kontenut tal-pakkett


Avonex soluzzjoni għall-injezzjoni tiġi bħala injezzjoni lesta għall-użu.

F’pakkett Avonex hemm erba’ jew tnax siringi lesti għall-użu (milija lesti), kull waħda b’0.5 ml ta’ likwidu ċar u bla kulur ġewwa. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Kull siringa hija ppakkjata fi trej tal-plastik issiġillat. Labra separata biex tagħti l-injezzjoni hija nkluża wkoll fit-trej.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq huwa:


Biogen Netherlands B.V. Prins Mauritslaan 13

1171 LP Badhoevedorp

In-Netherlands


Avonex huwa magħmul minn:


FUJIFILM Diosynth Biotechnologies Denmark ApS,

Biotek Allé 1,

DK-3400 Hillerød, Id-Danimarka.


Biogen Netherlands B.V.

Prins Mauritslaan 13

1171 LP Badhoevedorp

In-Netherlands


Tista’ tikseb verżjoni bi kliem akbar ta’ dan il-fuljett billi ċċempel lir-rappreżentanti lokali.


Għal kull tagħrif dwar dan il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Biogen Belgium NV/SA

+32 2 2191218

Lietuva

Biogen Lithuania UAB

+370 5 259 6176


България

ТП ЕВОФАРМА

+359 2 962 12 00

Luxembourg/Luxemburg

Biogen Belgium NV/SA

+32 2 2191218


Česká republika

Biogen (Czech Republic) s.r.o.

+420 255 706 200

Magyarország

Biogen Hungary Kft.

+36 1 899 9883


Danmark

Biogen Denmark A/S

+45 77 41 57 57

Malta

Pharma. MT Ltd..

+356 21337008


Deutschland

Biogen GmbH

+49 (0) 89 99 6170

Nederland

Biogen Netherlands B.V.

+31 20 542 2000


Eesti

Biogen Estonia OÜ

+372 618 9551

Norge

Biogen Norway AS

+47 23 40 01 00


Ελλάδα

Genesis Pharma SA

+30 210 8771500

Österreich

Biogen Austria GmbH

+43 1 484 46 13


España

Biogen Spain S.L.

+34 91 310 7110

Polska

Biogen Poland Sp. z o.o.

+48 22 351 51 00


France

Biogen France SAS

+33 (0)1 41 37 9595

Portugal

Biogen Portugal

Sociedade Farmacêutica, Unipessoal Lda.

+351 21 318 8450


Hrvatska

Biogen Pharma d.o.o.

+385 1 775 73 22

România

Johnson & Johnson Romania S.R.L.

+40 21 207 18 00


Ireland

Biogen Idec (Ireland) Ltd.

+353 (0)1 463 7799

Slovenija

Biogen Pharma d.o.o.

+386 1 511 02 90

Ísland

Icepharma hf

+354 540 8000

Slovenská republika

Biogen Slovakia s.r.o.

+421 2 323 34008


Italia

Biogen Italia s.r.l.

+39 02 584 9901

Suomi/Finland

Biogen Finland Oy

+358 207 401 200


Κύπρος

Genesis Pharma Cyprus Ltd

+357 22 76 57 40

Sverige

Biogen Sweden AB

+46 8 594 113 60


Latvija

Biogen Latvia SIA

+371 68 688 158

United Kingdom (Northern Ireland)

Biogen Idec (Ireland) Limited

+44 (0) 1628 50 1000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.


  1. Kif tinjetta AVONEX


    Suppost kellek taħriġ dwar kif tinjetta Avonex.

    Dawn in-noti huma tifkira. Jekk hemm xi ħaġa li mhux ċert minnha, iċċekja mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


    Fejn tinjetta


    • Avonex jiġi injettat ġo muskolu, eżempju, l-parti ta’ fuq tal-muskoli tal-koxxa. Injezzjoni ta’ Avonex fil-warrani mhix rakkomandata.

    • Uża post differenti kull ġimgħa għall-injezzjoni. Dan ifisser riskju inqas ta’ irritazzjoni lill-

      ġilda jew muskoli tiegħek.

      image

    • Tużax post fil-ġilda li huwa mbenġel, juġgħa jew infettat jew jekk hemm ferita miftuħa.


    Kontenut tat-trej tal-pastik


    Tapp abjad issiġillat

    planġer


    siringa


    għatu tal-labra


    labra


    1. Preparazzjoni

  1. Neħħi trej tal-palstik issiġillat mill-friġġ.

    • Iċċekkja id-data ta’ skadenza fuq l-għatu tat-trej. Tużaħx jekk huwa skadut.

    • Neħħi għal kollox l-għatu tal-karta. Iċċekkja li t-trej tal-plastik fiħ siringa waħda mimlija lesta u labra waħda għall-injezzjoni (ara l-istampa “Kontenut fit-trej tal-plastik”).

  2. Ħalli s-siringa tisħon

    • Ħallijha f’temperatura ta’ l-ambjent għal nofs siegħa. Dan jagħmel l-injezzjoni aktar

      komda milli kieku tinjetta direttament mill-friġġ.

      Parir: Tużax meżżi esterni ta’ sħana bħal misħun biex issaħħan is-siringa.

  3. Aħsel idejk sew bis-sapun u ilma u xxutthom sew.

  4. Ipprepara msielaħ ta’ alkoħol u tejp li jeħel (mhux inkużi) jekk għandek bżonnhom.


Sib wiċċ nadif u iebes fejn tpoġġi l-oġġetti meħtieġa għall-injezzjoni tiegħek. Poġġi it-trej fuqu.


  1. Preparazzjoni ta’ l-injezzjoni


    image

    1 Iċċekkja l-likwidu ġos-siringa

    Irid ikun ċar u bla kulur. Jekk is-soluzzjoni tkun mdardra, kkulurita jew fiha frak fil-wiċċ, tużax is-siringa mimlija lesta.


    image

    2 Neħħi t-tapp tas-siringa

    Is-siringa għandha tapp abjad issiġillat.

    Kun żgur li t-tapp huwa intatt u ma kienx miftuħ.

    Jekk jidher li ġie miftuħ, tużax is-siringa.

    Żomm is-siringa b’mod li t-tapp abjad iħares il-fuq. Għawweġ it-tapp f’angolu rett sakemm jinqata’ l’barra. Tmissx il post ta’ konnessjoni.

    Tinbuttax il-planġer.


    image

    3 Waħħal il-labra

    Iftaħ il-labra biex tikxef il-post ta’ konnessjoni. Żomm l-għatu f’postu.

    Għafas il-labra għal fuq is-siringa.

    Dawwar lejn il-lemin sakemm teħel f’postha

    Parir: Kun ċert li l-labra għall-injezzjoni tkun imwaħħla sew mas-siringa.

    Inkella tista’ tnixxi.

    Jekk qalulek sabiex iżid b’mod gradwali d-doża tiegħek t’Avonex, jista’ jkollok bżonn li tuża s-sett ta’ tittrazzjoni t’Avostartclip ipprovdut mit-tabib tiegħek.

    Għal aktar tagħrif kellem lit-tabib tiegħek.

    Issa aqla’ l-għatu tal-plastik minn fuq il-labra. Iddawrux.

    Parir: Jekk iddawwar l-għatu tal-labra biex tneħħiħ, tista’ aċċidentalment tneħħi l-labra wkoll.

  2. Tagħti l-injezzjoni


image

1 Naddaf u stira il-post ta’ l-injezzjoni


Jekk hemm bżonn, uża mselħa ta’ l-alkoħol biex timsaħ il-ġilda fil- post li għażilt fejn ħa tagħti l-injezzjoni. Ħalli l-ġilda tinxef.

B’id waħda, stira l-ġilda madwar il-post ta’ l-injezzjoni.

Irrilassa l-muskolu tiegħek.


image

2 Tagħti l-injezzjoni

Daħħal il-labra ta’ l-injezzjoni b’moviment ħafif qishek qed titfaħħa f’angolu rett mal-ġilda, għal ġol-muskolu.

Il-labra trid tidħol kollha l-ġewwa.

Għafas il-planġer bil-mod sakemm is-siringa tkun vojta.

Jekk qed tuża s-siringa li jkollha l-Avostartclip imwaħħal magħha, inti ser tirċievi doża mnaqqsa ta’ Avonex.

Is-siringa mhux ser titbattal.


image

3 Iġbed il-labra l-barra

Żomm il-ġilda stirata sew jew għafas il-ġilda madawar il-post ta’ l- injezzjoni, u iġbed il-labra l-barra.

Jekk tuża msielaħ ta’ l-alkoħol, żomm waħda fuq il-post ta’ l- injezzjoni.

Poġġi tejp li jeħel fuq il-post ta’ l-injezzjoni jekk hemm bżonn.


image

Armi l-iskart kif suppost


Wara li tispiċċa kull injezzjoni, poġġi l-labra u siringa ġewwa kontenitur speċjali (kontenitur ta’ oġġetti jaqtgħu), mhux ma’ l-iskart normali.

Jekk tkun użajt l-Avostartclip, is-siringa (u l-Avostartclip) iridu jintrenew wara. Il-porzjon mhux użat ta’ Avonex m’għandux jerġa’ jintuża.Karti għar-rimi u msielaħ użati jistgħu jintremew f’kontenitur normali ta’ l- iskart.