Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Nodetrip (previously Xeristar)
duloxetine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Nodetrip 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Nodetrip 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Duloxetine (bħala hydrochloride)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Li ġejjin huma raġunijiet għaliex Nodetrip jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Nodetrip jekk:

L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-medicini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.


It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu Nodetrip ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek.


Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI): M’għandekx tieħu Nodetrip jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt reċentament (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata), xi mediċina oħra kontra d-depressjoni msejħa inibitur ta’ monamino oxidase (MAOI). Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini mgħotija bir-riċetta, inkluż Nodetrip, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14-il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu Nodetrip. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu Nodetrip biex tkun tista' tieħu xi MAOI.


Mediċini li jikkawża n-ngħas: Dawn jinkludu mediċini mgħotija mit-tabib tiegħek permezz ta’ ricetta inklużi l-benżodijażepini, mediċini qawwijin kontra l-uġigħ, antipsikotiċi, phenobarbital u anti- istaminiċi.


Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin: Triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine,amitriptyline), pethidine, St.John’s Wort u MAOIs (bħal moclobemide u linezolid). Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ Nodetrip, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.


Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma

jħallux li d-demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.


NODETRIP mal-ikel, max-xorb u mal-alkoħol

Nodetrip jista' jittieħed ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod attent jekk tixrob l-alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tirċievi l-kura b’Nodetrip.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Nodetrip


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna.


    Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Nodetrip

Is-sustanza attiva hi duloxetine.

Kull kapsula fiha 30 jew 60 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride).


Is-sustanzi l-oħra huma :

Kontenut tal-kapsula: hypromellose, hypromellose acetate succinate, sucrose, sferi taz-zokkor, talkum,titanium dioxide (E171), triethyl citrate (Ara fl-aħħar ta’ sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar sucrose).

Il-Qoxra tal-kapsula: ġelatina, sodium lauryl sulphate, titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132),

iron oxide isfar (E172) (għas-60 mg biss) u inkjostru aħdar li jittiekel (30 mg) jew inkjostru abjad li jittiekel (60 mg).

Inkjostru aħdar li jittiekel: iron oxide iswed sintetiku (E172), iron oxide isfar sintetiku (E172), propylene glycol, shellac.

Inkjostru abjad li jittiekel: titanium dioxide (E171), propylene glycol, shellac, povidone.


Kif jidher Nodetrip u l-kontenut tal-pakkett

Nodetrip issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ Nodetrip fiha pritkuni ta’

duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.


Nodetrip huwa disponibbli f’żewġ dożi: 30 mg u 60 mg

Il-kapsuli ta’ 30 mg huma blu u abjad u huma stampati b’’30 mg’ u l-kodiċi ‘9543’

Il-kapsuli ta’ 60 mg huma blu u ħodor u huma stampati b’’60 mg’ u l-kodiċi ‘9542’


Nodetrip 30 mg issibu f’pakketti ta’ 7 u 28 kapsula

Nodetrip 60 mg issibu f’pakketti ta’ 28, 56, 84, 98, 100 u 500 kapsula.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Esteve Pharmaceuticals, S.A. Passeig de la Zona Franca, 109, 08038 Barcelona, Spanja.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. De la Industria, 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

/.