BiResp Spiromax
budesonide, formoterol
budesonide/formoterol fumarate dihydrate
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan
jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’ inhu BiResp Spiromax u għalxiex jintuża
X’ għandek tkun taf qabel ma tuża BiResp Spiromax
Kif għandek tuża BiResp Spiromax
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen BiResp Spiromax
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
BiResp Spiromax fih żewġ sustanzi attivi differenti: budesonide u formoterol fumarate dihydrate.
Budesonide jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa kortikosterojdi’ magħrufin ukoll bħala ‘sterojdi’. Huwa jaħdem billi jnaqqas u jipprevjeni n-nefħa u l-infjammazzjoni fil-pulmuni tiegħek u jgħinek tieħu n-nifs aktar faċilment.
Formoterol fumarate dihydrate jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa’agonisti tal- adrenoriċetturi β2 li jaħdmu fit-tul’ jew ‘bronkodilaturi’ . Huwa jaħdem billi jirrilassa l-muskoli fil-passaġġi tal-arja tiegħek. Dan sejjer jgħin biex jiftaħ il-passaġġi tal-arja u sejjer jgħinek sabiex tieħu n-nifs aktar faċilment.
It-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina għat-trattament tal-ażma jew mard kroniku ostruttiv tal- pulmuni (COPD).
BiResp Spiromax jista’ jiġi ordnat f’żewġ modi differenti.
Uża BiResp Spiromax kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma bħal qtugħ ta’ nifs u tħarħir milli jseħħu.
Uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ meta jiġuk is-sintomi tal-ażma, biex jagħmilha aktar faċli għalihom li jerġgħu jieħdu n-nifs.
Uża BiResp Spiromax kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma bħal qtugħ ta’ nifs u tħarħir milli jseħħu.
Uża BiResp Spiromax meta tkun teħtieġ tieħu inalazzjonijiet jew puffs addizzjonali għas-serħan
mis-sintomi tal-ażżma, biex tagħmilha aktar faċli għalik biex terġa’ tieħu n-nifs u jekk it-tabib
jaqbel ma’ dan ukoll biex tipprevjeni li jseħħu sintomi tal-ażżma (pereżempju, meta tkun qiegħed tagħmel xi eżerċizzju jew meta tiġi espost għal allerġeni). M’hemmx bżonn inalatur separat għal dan.
Is-COPD hija marda tal-passaġġi tal-arja fil-pulmuni fuq perjodu fit-tul, li sikwit hija kkawżata mit- tipjip. Sintomi jinkludu qtugħ ta’ nifs, sogħla, skumdità fis-sider u bili li jitilgħu mas-sogħla. BiResp Spiromax jista’ jintuża wkoll biex jittratta s-sintomi ta’ COPD severa fl-adulti biss.
Inti allerġiku għal budesonide, formoterol fumarate dihydrate, jew is-sustanza l-oħra ta’ din il-
mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).
Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax jekk
inti dijabetiku.
għandek infezzjoni fil-pulmun.
għandek pressjoni għolja tad-demm jew xi darba kellek problema b’qalbek (inkluż taħbita tal- qalb irregolari, polz mgħaġġel ħafna, tidjiq tal-arterji jew insuffiċjenza tal-qalb).
għandek problemi bil-glandoli tiegħek tat-tirojde jew adrenali.
għandek livelli baxxi ta’ potassju fid-demm.
għandek problemi severi fil-fwied.
tixrob l-alkoħol b’mod regolari.
Jekk kont qed tieħu pilloli tal-isterojdi għall-ażma jew COPD tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas in-numru tal-pilloli li tieħu, ladarba tibda tuża BiResp Spiromax. Jekk kont qed tieħu pilloli orali tal- isterojdi għal żmien twil, it-tabib tiegħek jista’ jkun iridek tagħmel testijiet tad- demm regolari. Meta tnaqqas il-pilloli tal-isterojdi, tista’ tħossok ġeneralment mhux f’siktek anki jekk is-sintomi ta’ sidrek jistgħu jkunu qegħdin jitjiebu. Jista’ jkollok sintomi bħal imnieħer misdud jew inixxi, dgħufija jew uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli u raxx (ekżema). Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi jinkwetak, jew jekk ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, għeja, dardir (tħossok ma tiflaħx) jew rimettar (tkun ma tiflaħx), jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkollok bżonn tiegħu mediċini oħra jekk tiżviluppa sintomi allerġiċi jew tal-artrite. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek jekk inti inkwetat dwar jekk għandekx tkompli tuża BiResp Spiromax.
Jekk għandek xi marda bħal infezzjoni f’sidrek jew qabel operazzjoni it-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra
li jżidlek pilloli tal-isterojdi mat-trattament tiegħek tas-soltu.
Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza vista mċajpra jew disturbi oħra fil-vista.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.
B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:
β-imblokkaturi (bħal atenolol jew propranolol għall-pressjoni għolja tad-demm jew għal
kundizzjoni tal-qalb), inkluż qtar tal-għajnejn (bħal timolol għall-glawkoma).
Oxytocin li jingħata lil nisa tqal biex jinduċi l-ħlas
Mediċini għal taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari (bħal quinidine, disopyramide, procainamide u terfenadine).
Mediċini bħal digoxin, sikwit użati għat-trattament ta’ insuffiċjenza tal-qalb.
Dijuretiċi, magħrufin ukoll bħala’pilloli tal-ilma’ (bħal furosemide). Dawn jintużaw għat- trattament tal-pressjoni għolja tad-demm.
Pilloli sterojdi li tista’ tieħu mill-ħalq (bħal prednisolone).
Mediċini xanthine (bħal theophylline jew aminophylline). Dawn ta’ sikwit jintużaw għat- trattament tal-ażma.
Bronkodilaturi oħra (bħal salbutamol).
Antidepressanti triċikliċi (bħal amitriptyline) u l-antidepressant nefazodone.
Mediċini kontra d-depressjoni bħal inibituri ta’ monoamine oxidase u dawk bi kwalitajiet simili
(bħall-antibijotiku furazolidone u l-mediċina għall-kimoterapija procarbazine).
Mediċini antipsikotiċi tal-phenothiazine (bħal chlorpromazine u prochlorperazine).
Mediċini msejħa ‘inibituri tal-protease tal-HIV’ (bħal ritonavir) għat-trattament ta’ infezzjoni tal-HIV.
Mediċini għat-trattament ta’ infezzjonijiet (bħal ketoconazole, itraconazole, voriconazole,
posaconazole, clarithromycin u telithromycin).
Mediċini għall-marda ta’ Parkinson (bħal levodopa).
Mediċini għal problemi tat-tirojde (bħal levothyroxine).
Xi mediċini jistgħu jżidu l-effetti ta' BiResp Spiromax u t-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jimmonitorjak b'attenzjoni jekk tkun qed tieħu dawn il-mediċini (inklużi xi mediċini għall-HIV: ritonavir, cobicistat).
Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik, jew jekk m’ intix ċert, kellem lit-tabib, lill-
ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża BiResp Spiromax .
Għid ukoll lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk se tieħu anestetiku ġenerali għal operazzjoni jew għal xogħol tas-snien biex tgħin tnaqqas kwalunkwe riskju ta ’interazzjoni mal- anestetiku li tirċievi.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax – TUŻAX din il-mediċina sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.
Jekk tinqabad tqila waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, TIQAFX tuża BiResp Spiromax
iżda kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.
BiResp Spiromax mhuwiex probabbli li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew
magni.
Il-lactose huwa tip ta’ zokkor li jinstab fil-ħalib. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti
tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Huwa importanti li tuża BiResp Spiromax kuljum, anki jekk ma jkollokx sintomi tal-ażma jew COPD f’dak il-ħin.
Jekk qed tuża BiResp Spiromax għall-ażma, it-tabib tiegħek ikun irid jiċċekkja regolarment is- sintomi tiegħek.
BiResp Spiromax jista’ jiġi ordnat għall-ażma b’żewġ modi differenti. L-ammont ta’ BiResp
Spiromax li tuża u meta tużah jiddependi mill-mod kif ġie ordnat lilek.
Jekk ingħatajt BiResp Spiromax u inalatur ta’ solljiev separat, aqra s-sezzjoni msejħa ‘(A) Użu
Jekk ingħatajt BiResp Spiromax bħala l-uniku inalatur tiegħek, aqra s-sezzjoni msejħa ‘(B) Użu
Adulti (18-il sena u aktar)
1 jew 2 inalazzjonijiet (attwazzjonijiet), darbtejn kuljum, meħuda filgħodu u filgħaxija. It-tabib tiegħek jista’ jżid dan għal 4 inalazzjonijiet, darbtejn kuljum.
Jekk is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tieħu l-mediċina tiegħek darba kuljum.
Adolexxenti (12-il sena u aktar)
1 jew 2 inalazzjonijiet darbtejn kuljum.
It-tabib tiegħek se jgħinek timmaniġġa l-ażma tiegħek u sejjer jaġġusta d-doża ta’ din il-mediċina għall-aktar doża baxxa li tikkontrolla l-ażma tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek iħoss li inti teħtieġ doża aktar baxxa milli hemm disponibbli għalik minn BiResp Spiromax tiegħek, it-tabib tiegħek jista’
jagħtik inalatur alternattiv li jkun fih l-istess sustanzi attivi bħal BiResp Spiromax tiegħek, iżda b’doża iktar baxxa ta’ kortikosterojde. Jekk is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tieħu l-mediċina tiegħek darba kuljum. Madankollu, m’għandekx taġġusta n-numru ta’ inalazzjonijiet li jkun tak it-tabib tiegħek qabel ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek.
Uża BiResp Spiromax b’dan il-mod biss jekk it-tabib tiegħek qallek biex tagħmel hekk.
Adulti u adolexxenti (12-il sena u aktar)
inalazzjoni waħda filgħodu u inalazzjoni waħda filgħaxija
jew
2 inalazzjonijiet filgħodu
jew
2 inalazzjonijiet filgħaxija.
It-tabib tiegħek jista’ jżid din id-doża għal 2 inalazzjonijiet darbtejn kuljum.
Uża wkoll BiResp Spiromax bħala ’inalatur ta’ solljiev’ biex tittratta s-sintomi tal-ażma meta jseħħu u biex tipprevjeni li jseħħu sintomi tal-ażżma (pereżempju, meta tkun qiegħed tagħmel xi eżerċizzju jew meta tiġi espost għal allerġeni).
Jekk jiġuk is-sintomi tal-ażma, ħu inalazzjoni waħda u stenna ftit minuti.
Jekk ma tħossokx aħjar, ħu inalazzjoni oħra.
Tiħux aktar minn 6 inalazzjonijiet f’ħin wieħed.
Dejjem żomm BiResp Spiromax miegħek u użah sabiex isserraħ minn attakki f’daqqa ta’ qtugħ nifs u tħarħir.
Ġeneralment mhijiex meħtieġa doża totali ta’ kuljum ta’ aktar minn 8 inalazzjonijiet. Madankollu, it-
tabib tiegħek jista’ jħallik tieħu sa 12-il inalazzjoni kuljum għal perjodu limitat.
Jekk b’mod regolari jkollok bżonn tuża 8 inalazzjonijeit jew aktar fil-ġurnata, agħmel appuntament
biex tara lit-tabib tiegħek. Huwa jista’ jkollu bżonn ibiddel it-trattament tiegħek.
TUŻAX aktar minn total ta’ 12-il inalazzjoni f’24 siegħa.
Jekk qed tagħmel l-eżerċizzju u jiġuk is-sintomi tal-ażma, uża BiResp Spiromax kif deskritt hawnhekk. Madankollu, tużax BiResp Spiromax eżatt qabel l-eżerċizzju biex twaqqaf is-sintomi milli jseħħu. Huwa importanti li tiddiskuti mat-tabib tiegħek l-użu ta’ BiResp Spiromax biex tevita li jseħħu sintomi tal-ażżma; kemm-il darba tagħmel eżerċizzju jew kemm-il darba tkun espost għall-sustanzi li jikkawżawlek allerġija jista’ jkollu impatt fuq it-trattament li ġejt preskritt.
Adulti (18-il sena u aktar) biss:
2 inalazzjonijiet darbtejn kuljum, meħuda filgħodu u filgħaxija
It-tabib tiegħek jista’ jordnalek ukoll (mediċini) bronkodilaturi oħra, pereżempju antikolinerġiċi (bħal tiotropium jew ipratropium bromide) għall-marda tas-COPD tiegħek.
Qabel tuża BiResp Spiromax il-ġdid tiegħek għall-ewwel darba, trid tippreparah għall-użu if ġej:
Iftaħ il-borża tal-fojl billi ċċarrat mit-talja fin-naħa ta’ fuq tal-borża tal-fojl u oħroġ l-inalatur.
Iċċekkja l-indikatur tad-dożi biex tara li hemm 120 inalazzjoni fl-inalatur.
Ikteb id-data meta ftaħt il-borża tal-fojl fuq it-tikketta tal-inalatur.
Tħawwadx l-inalatur tiegħek qabel l-użu.
Kull darba li tkun trid tieħu inalazzjoni, segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.
qiegħ.
Iftaħ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq billi tniżżlu ’l isfel sakemm tisma’ tifqigħa b’qawwija. Il-mediċina tiegħek hija mkejla b’mod attiv. L-inalatur tiegħek issa huwa lest għall-użu.
Ħu nifs ’il barra bil-mod (safejn huwa komdu). Tiħux nifs ’il barra minn ġol-inalatur tiegħek.
Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn snienek. Agħlaq xofftejk madwar il-biċċa tal-ħalq. Tigdimx il-biċċa
tal-ħalq. Oqgħod attent biex ma timblokkax il-fetħiet tal-arja. Ħu nifs ’il ġewwa minn ħalqek fil-fond u bis-saħħa kemm tista’.
Neħħi l-inalatur tiegħek minn ħalqek. Tista’ tinnota togħma meta tieħu l-inalazzjoni tiegħek.
Żomm in-nifs għal 10 sekondi jew sakemm tkun tista’ tagħmel hekk b’mod komdu.
Jekk se tieħu t-tieni inalazzjoni, irrepeti l-passi minn 1 sa 7.
Laħlaħ ħalqek bl-ilma wara kull doża, u obżqu ’l barra.
Tippruvax tiftaħ l-inalatur tiegħek, tneħħi jew tgħawweġ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq, dan huwa mwaħħal mal-inalatur tiegħek u m’għandux jitneħħa. Tużax l-iSpiromax tiegħek jekk tkun saritlu l-ħsara jew jekk il-biċċa tal-ħalq inqalgħet minn mal-iSpiromax tiegħek. Toqgħodx tiftaħ u tagħlaq l-għatu tal- biċċa tal-ħalq sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.
Żomm l-iSpiromax tiegħek nadif u xott.
Jekk ikun meħtieġ, inti tista’ timsaħ il-biċċa tal-ħalq tal-iSpiromax tiegħek wara li tużah, b’biċċa
niexfa jew tissue.
L-indikatur tad-dożi jgħidlek kemm baqagħlek dożi (inalazzjonijiet) fl-inalatur tiegħek, billi
jibda b’120 inalazzjoni meta jkun mimli u jispiċċa b’0 (żero) inalazzjoni meta jkun vojt.
L-indikatur tad-dożi, fuq wara tal-apparat, juri n-numru ta’ inalazzjonijiet li fadal bħala numri biż-żewġ. L-ispazji bejn in-numri biż-żewġ jirrappreżentaw in-numru fard tal-inalazzjonijiet li fadal.
Għal inalazzjonijiet li jifdal minn 20 ’l isfel sa ‘8’ ,’ 6’ ,’ 4’ ,’ 2’ ‘in-numri jintwerew bl-aħmar fuq sfond abjad. Meta n-numri jsiru ħomor fit-tieqa, inti għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u tikseb inalatur ġdid.
Nota:
Il-biċċa tal-ħalq xorta se’tfaqqa’ anki meta l-iSpiromax tiegħek ikun vojt. Jekk tiftaħ u tagħlaq il-biċċa tal-ħalq mingħajr ma tieħu l-inalazzjoni tiegħek, l-indikatur tad-dożi se jirreġistraha bħala għadd. Din id-doża se tinżamm b’mod sigur fl-inalatur għal meta jkun imissek l- inalazzjoni li jmiss. Huwa impossibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda. Żomm il-biċċa tal-ħalq magħluqa f’kull ħin sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.
Jekk tħoss in-nifs jinqatagħlek jew tibda tħarħar waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, inti għandek tkompli tuża BiResp Spiromax iżda tmur tara lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, billi jista’ jkollok bżonn trattament addizzjonali.
Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk:
In-nifs tiegħek sejjer għall-agħar jew tqum ta’ spiss billejl bi qtugħ ta’ nifs u ażma.
Tibda tħoss sidrek issikkat filgħodu jew l-issikkar ta’ sidrek idum aktar mis-soltu.
Dawn is-sinjali jistgħu jfissru li l-ażma jew il-COPD tiegħek ma jkunux qed jiġu kkontrollati tajjeb u
jista’ jkollok bżonn trattament differenti jew addizzjonali immedjatament.
Ladarba l-ażma tiegħek tkun ikkontrollata tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jħossu xieraq li jnaqqaslek
b’mod gradwali d-doża ta’ BiResp Spiromax.
Huwa importanti li tieħu d-doża tiegħek kif jgħidlek it-tabib. M’għandekx taqbeż id-doża ordnata tiegħek mingħajr ma tfittex parir mediku.
Jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek għal parir.
L-aktar sintomi komuni li jistgħu jseħħu meta tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost huma rogħda, uġigħ ta’ ras jew taħbita tal-qalb mgħaġġla.
Jekk tinsa tieħu doża, ħudha kemm jista’ jkun malajr malli tiftakar. Madankollu, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull inalazzjoni li tkun insejt tieħu. Jekk ikun kważi l-ħin għad-doża li jmiss tiegħek, sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.
Jekk tibda tħarħar jew jinqatagħlek nifsek, jew tiżviluppa sintomi oħra ta’ attakk tal-ażma, uża l- ‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek, imbagħad fittex parir mediku.
Jekk tibda tħarħar jew jinqatagħlek nifsek, jew tiżviluppa sintomi oħra ta’ attakk tal-ażma, uża l- inalatur ta’ solljiev tiegħek, imbagħad fittex parir mediku.
Mgħandekx tieqaf tuża l-inalatur tiegħek qabel ma l-ewwel tgħid lit-tabib.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux
f’kulħadd.
Nefħa fil-wiċċ, b’mod partikolari madwar il-ħalq (ilsien u/jew gerżuma u/jew diffikultà biex tibla’) jew ħorriqija flimkien ma’ diffikultajiet biex tieħu n-nifs (anġjoedima) u/jew sensazzjoni f’daqqa ta’ ħass ħażin. Dan jista’ jfisser li qiegħed ikollok reazzjoni allerġika, li tista’ tinkludi wkoll raxx u ħakk.
Bronkospażmu (issikkar tal-muskoli fil-passaġġi tal-arja li jikkawża tħarħir u qtugħ ta’ nifs).
Jekk it-tħarħir jiġi f’daqqa wara li tuża din il-mediċina, ieqaf tużaha u kellem lit-tabib tiegħek
Tħarħir akut f’daqqa u mħux mistenni u/jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur tiegħek (issir referenza għalih ukoll bħala ‘bronkospażmu paradossikali’. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, ieqaf tuża BiResp Spiromax mill-ewwel u uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek jekk għandek wieħed. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel billi jista’ jkollok bżonn tbiddel it-trattament tiegħek.
Palpitazzjonijiet (tħoss qalbek tħabbat), rogħda jew ċaqliq. Jekk iseħħu dawn l-effetti, dawn
ġeneralment ikunu ħfief u ġeneralment jitilqu malli tkompli tuża BiResp Spiromax.
Traxx (infezzjoni fungali) fil-ħalq. Dan huwa anqas probabbli li jseħħ jekk tlaħlaħ ħalqek bl- ilma wara li tuża l-mediċina tiegħek.
Uġigħ ħafif fil-gerżuma, sogħla u vuċi maħnuqa.
Uġigħ ta’ ras.
Pulmonite (infezzjoni tal-pulmun) f’pazjenti b’COPD (effett sekondarju komuni)
Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn li ġejjin waqt li tkun qed tieħu BiResp
Spiromax għax jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni tal-pulmun:
deni jew tertir ta’ bard
żieda fil-produzzjoni tal-mukus, bidla fil-kulur tal-mukus
żieda fis-sogħla jew żieda fil-problemi biex tieħu n-nifs.
Tħossok bla kwiet, nervuż, aġitat, ansjuż jew irrabjat
Disturb tal-irqad
Tħossok stordut
Dardir (tħossok ma tiflaħx)
Taħbita tal-qalb mgħaġġla
Tbenġil fil-ġilda
Bugħawwieġ
Vista mċajpra.
Livelli baxxi ta’ potassju fid-demm tiegħek
Taħbita tal-qalb irregolari.
Depressjoni
Bidliet fl-imġiba, b’mod speċjali fit-tfal
Uġigħ fis-sider jew issikkar fis-sider (angina pectoris)
Disturb fis-sistema elettrika tal-qalb li ma jikkawżax sintomi (titwil tal-intervall QTc)
Żieda fl-ammont taz-zokkor (glukożju) fid-demm tiegħek, meta tagħmel test tad-demm
Bidliet fit-togħma, bħal togħma ħażina fil-ħalq
Bidliet fil-pressjoni tad-demm tiegħek.
Il-kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs jistgħu jaffettwaw il-produzzjoni normali tal-ormoni sterojdi fil-
ġisem tiegħek, b’mod partikolari jekk tuża dożi għoljin għal żmien twil. L-effetti jinkludu:
Bidliet fid-densità minerali tal-għadam (traqqiq tal-għadam)
Katarretti (tidnis tal-lenti fil-għajn)
Glawkoma (żieda fil-pressjoni tal-għajn)
Tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tat-tfal u adolexxenti
Effett fuq il-glandola adrenali (glandola żgħira ħdejn il-kliewi). Sintomi ta’ soppressjoni tal- glandola adrenali jistgħu jkunu għeja, dgħjufija, problemi fl-istonku inklużi dardir, rimettar, uġigħ u dijarea, il-ġilda tiskura u telf ta’ piż.
Dawn l-effetti jseħħu b’mod rari ħafna u huma ferm anqas probabbli li jseħħu b’kortikosterojdi li
jittieħdu man-nifs milli b’pilloli tal-kortikosterojdi.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi
effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.
Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew fuq it-tikketta tal- inalatur tiegħek wara JIS/EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25oC. Żomm l-għatu tal-biċċa tal-ħalq magħluq wara li
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanzi attivi huma budesonide u formoterol fumarate dihydrate. Kull doża mogħtija (miġbuda man-nifs) fiha 160 mikrogramma ta’ budesonide u 4.5 mikrogrammi ta’ formoterol fumarate dihydrate.Dan huwa ekwivalenti għal doża mkejla ta’ 200 mikrogramma ta’ budesonide u 6 mikrogrammi ta’ formoterol fumarate dihydrate.
Is-sustanza l-oħra hi lactose monohydrate, li fih proteini tal-ħalib (ara sezzjoni 2 taħt’BiResp Spiromax fih il-lactose’)
BiResp Spiromax huwa trab li jittieħed man-nifs.
Kull inalatur BiResp Spiromax fih 120 inalazzjoni u għandu korp abjad b’għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar lewn l-inbid, semi-trasparenti.
Pakketti ta’ 1, 2, u 3 inalaturi. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.
Teva Pharma B.V.,
Swensweg 5, 2031GA Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi.
Norton (Waterford) Limited T/A Teva Pharmaceuticals L-Irlanda Unit 27/35, IDA Industrial Park, Cork Road, Waterford, L-Irlanda
Teva Pharmaceuticals Europe B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tel/Tél: +32 3 820 73 73
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien
Tel/Tél: +32 3 820 73 73
Тева Фарма ЕАДTeл: +359 2 489 95 85
Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel.: +36 1 288 64 00
Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251 007 111
Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda
Tel: +44 207 540 7117
Teva Denmark A/S Tlf: +45 44 98 55 11
Teva Nederland B.V. Tel: +31 800 0228 400
Teva GmbH
Tel: +49 731 402 08
Teva Norway AS Tlf: +47 6677 55 90
UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 661 0801
ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1 97007 0
Teva Ελλάς Α.Ε.
Τηλ: +30 210 880 5000
Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 345 93 00
Laboratorios BIAL, S.A. Tel.: +34 915624196
Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 476 75 50
Teva Santé
Tél: +33 1 55 91 7800
Teva Pharmaceuticals S.R.L Tel: +4021 230 6524
Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 207 540 7117
Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 1 58 90 390
Alvogen ehf.
Sími: + 354 522 2900
Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5726 7911
Teva Italia S.r.l.
Tel: +39 028 917 981
Teva Finland Oy
Puh/Tel: +358 20 180 5900
Specifar A.B.E.E.
Ελλάδα
Τηλ: +30 211 880 5000
Teva Sweden AB Tel: +46 42 12 11 00
UAB Teva Baltics filiāle Latvijā
Tel: +371 67 323 666
Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland
Tel: +44 207 540 7117
UAB Teva Baltics Tel: +370 5 266 02 03
Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: + 385 1 37 20 000