Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ioa
nomegestrol acetate, estradiol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


IOA 2.5 mg/1.5 mg pilloli miksija b’rita

Nomegestrol acetate/estradiol


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Affarijiet importanti li għandek tkun taf dwar il-kontraċettivi kkombinati tal-ormoni (CHCs -

combined hormonal contraceptives):


image

  1. X’għandek tkun taf qabel ma tuża IOA Noti ġenerali

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Qabel ma tibda tuża IOA għandek taqra l-informazzjoni dwar it-tagħqid tad-demm (trombożi)

    f’sezzjoni 2. Huwa importanti b’mod partikolari li taqra s-sintomi ta’ tagħqid tad-demm – ara sezzjoni 2 “Tagħqid tad-demm”.


    Qabel ma tibda tieħu IOA, it-tabib tiegħek ser jistaqsik mistoqsijiet fuq l-istorja tas-saħħa personali tiegħek, u dik ta’ qrabatek. It-tabib ser ikejjel il-pressjoni tad-demm tiegħek u, skont is-sitwazzjoni personali tiegħek, jista’ wkoll jagħmel xi testijiet oħra.


    F’dan il-fuljett, diversi sitwazzjonijiet huma deskritti fejn għandek tieqaf tieħu l-pillola, jew fejn l-affidabilità tal-pillola tista’ titnaqqas. F’sitwazzjonijiet bħal dawn m’għandekx tagħmel l-att

    sesswali jew għandek tieħu prekawzjonijiet addizzjonali kontraċettivi non-ormonali, eż., uża kondom jew metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni mekkanika. Tużax il-metodi tar-ritmu jew tat-temperatura. Dawn il-metodi jistgħu ma jkunux affidabbli għax il-pillola tibdel it-tibdil fit-temperatura u fil-mukus ċervikali li s-soltu jseħħu waqt iċ-ċiklu tal-mestrwazzjoni.


    IOA, bħal kontraċettivi ormonali oħrajn ma jipproteġix kontra infezzjoni bl-HIV (AIDS) jew kwalunkwe marda oħra trasmessa sesswalment.


    Meta m’għandekx tuża IOA

    Inti m’għandekx tuża IOA jekk għandek kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet elenkati taħt. Jekk għandek xi waħda mill-kondizzjonijiet elenkati taħt, għandek tgħid lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek x’forma oħra ta’ kontroll tat-tqala tkun aktar xierqa.


    • jekk għandek (jew jekk qatt kellek) tagħqid tad-demm f’xi vina jew arterja ta’ riġlejk (trombożi fil-vini tal-fond, DVT - deep vein thrombosis), tal-pulmun (embolu fil-pulmun, PE - pulmonary embolus) jew ta’ organi oħrajn;

    • jekk taf li għandek disturb li jaffettwa t-tagħqid tad-demm tiegħek - pereżempju, defiċjenza tal- proteina Ċ, defiċjenza tal-proteina S, defiċjenza ta’ antithrombin III, Fattur V Leiden jew antikorpi kontra l-fosfolipidi;

    • jekk għandek bżonn operazzjoni jew mhux se tkun fuq saqajk għal żmien twil (ara s-sezzjoni ‘Tagħqid tad-demm’);

    • jekk qatt kellek xi attakk tal-qalb jew puplesija;

    • jekk għandek (jew qatt kellek) anġina pectoris (kondizzjoni li tikkawża wġigħ qawwi fis-sider u tista’ tkun l-ewwel sinjal ta’ attakk tal-qalb) jew attakk iskemiku temporanju (TIA [transient ischaemic attack] – sintomi ta’ puplesija temporanja);

    • jekk inti għandek xi waħda minn dan il-mard li ġej li tista’ żżid ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid ta’ demm fl-arterji:

      • dijabete qawwija bi ħsara fil-vini u fl-arterji

      • pressjoni għolja ħafna

      • livell għoli ħafna ta’ xaħam fid-demm (kolesterol jew triglycerides);

        kondizzjoni magħrufa bħala iperomosistejnimja

    • jekk għandek (jew qatt kellek) tip ta’ emigranja msejħa ‘emigranja b’awra’;

    • jekk għandek (jew kellek) infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) assoċjata ma’ livelli għolja ta’ xaħam fid-demm;

    • jekk għandek (jew kellek) mard serju tal-fwied u l-fwied tiegħek għadu mhux qed jaħdem b’mod normali;

    • jekk għandek (jew kellek) tumur beninn jew malinn fil-fwied;

    • jekk għandek (jew kellek), jew jekk jista’ jkollok, kanċer tas-sider jew fl-organi ġenitali;

    • jekk għandek kwalunkwe ħruġ ta’ demm mhux spjegabbli mill-vaġina;

    • jekk inti allerġika għal estradiol jew għal nomegestrol acetate, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tidher għall-ewwel darba waqt li tkun qed tuża IOA, ieqaf ħudu immedjatament u għid lit-tabib tiegħek. Sadanittant, uża kontraċettiv mhux ormonali. Ara wkoll ‘Noti Ġenerali’ f’sezzjoni 2 hawn fuq.


    image

    Meta għandek toqgħod attenta ħafna b’IOA


    Meta għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek?


    Fittexattenzjonimedikaurġenti

    • jekk tinnota sinjali li jistgħu jkunu ta’ tagħqid ta’ demm li jistgħu jfissru li inti qed issofri minn tagħqid ta’ demm fir-riġel (i.e., trombożi fil-vini tal-fond), tagħqid tad-demm fil-pulmun (i.e., emboliżmu fil-pulmun), attakk tal-qalb jew puplesija (ara s-sezzjoni “Tagħqid tad-demm” taħt).

    • Għal deskrizzjoni tas-sintomi ta’ dawn l-effetti sekondarji serji jekk jogħġbok mur “Kif tagħraf tagħqid tad-demm”.

    • jekk tinnota kwalunkwe tibdil fis-saħħa tiegħek, speċjalment jekk dan ikun jinvolvi kwalunkwe mill-affarijiet imsemmija f’dan il-fuljett (ara wkoll f’sezzjoni 2 ‘Meta m’għandekx tuża IOA’; tinsiex dwar it-tibdil fis-saħħa tal-membri tal-familja tiegħek);

    • jekk tħoss xi għoqda f’sidrek;

    • jekk ikollok sintomi ta’ anġjoedema bħal wiċċ, ilsien u/jew gerżuma minfuħin, u/jew diffikultà biex tibla’ jew urtikarja flimkien ma’ diffikultà biex tieħu n-nifs;

    • jekk tkun se tuża mediċini oħrajn (ara wkoll f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u IOA’);

    • jekk tkun se tiġi immobilizzata jew ikun ser ikollok operazzjoni (għid lit-tabib tiegħek mill- inqas erba’ ġimgħat qabel);

    • jekk ikollok ħruġ ta’ demm mhux tas-soltu u eċċessiv mill-vaġina;

    • jekk tkun insejt tieħu żewġ pilloli jew aktar fl-ewwel ġimgħa tal-istrixxa u tkun għamilt l-att sesswali fis-sebat ijiem ta’ qabel (ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk tinsa tieħu IOA’);

    • jekk ikollok dijarea qawwija;

    • jekk ma jkollokx il-mestrwazzjoni u tissuspetta li tista’ tkun tqila (tibdiex l-istrixxa li jmiss qabel ma t-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk, ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).


      image

      Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tapplika għalik.

      Jekk il-kondizzjoni tiżviluppa, jew tmur għall-agħar waqt li inti tkun qed tuża IOA, ukoll għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

    • jekk għandek anġjoedema ereditarja. Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok sintomi ta’ anġjoedema bħal wiċċ, ilsien u/jew gerżuma minfuħin, u/jew diffikultà biex tibla’ jew urtikarja flimkien ma’ diffikultà biex tieħu n-nifs. Prodotti li fihom estroġeni jistgħu jikkaġunaw jew iħarrxu s-sintomi ta’ anġjoedema.

    • jekk xi qariba għandha jew kellha kanċer tas-sider;

    • jekk għandek epilessija (ara f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u IOA’);

    • jekk għandek mard tal-fwied (pereżempju suffejra) jew mard fil-bużżieqa tal-marrara (pereżempju ġebel fil-marrara);

    • jekk għandek id-dijabete;

    • jekk għandek id-dipressjoni;

    • jekk għandek il-marda ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva (mard infjammatorju kroniku tal- imsaren);

    • jekk għandek lupus eritematosus sistemiku (SLE - systemic lupus erythematosus, marda li taffettwa s-sistema ta’ difiża naturali tiegħek);

    • jekk għandek sindrome uremiku emolitiku (HUS - haemolytic uraemic syndrome, disturb tat- tagħqid tad-demm li jikkawża insuffiċjenza tal-kliewi);

    • jekk għandek anemija tas-sickle cell (marda li tintiret taċ-ċelluli ħomor tad-demm);

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • jekk għandek livelli għolja ta’ xaħam fid-demm (ipertrigliċeridemija) jew storja pożittiva fil-familja għal din il-kundizzjoni. Ipertrigliċeridemija ġiet assoċjata ma’ riskju ogħla li tiżviluppa pankreatite (infjammazzjoni tal-frixa);

    • jekk għandek bżonn operazzjoni jew jekk inti ma tistax toqgħod fuq saqajk għal żmien twil (ara f’sezzjoni 2 ‘Tagħqid tad-demm’).

    • jekk għadek kemm wellidt inti għandek riskju akbar ta’ tagħqid tad-demm. Għandek tistaqsi lit- tabib tiegħek wara kemm żmien minn meta teħles tista’ tibda tieħu IOA.

    • jekk għandek infjammazzjoni fil-vini ta’ taħt il-ġilda (tromboflebite superfiċjali);

    • jekk għandek vini varikużi.

    • jekk għandek kundizzjoni li tkun seħħet għall-ewwel darba jew marret għall-agħar matul it- tqala jew użu ta’ ormoni tas-sess fil-passat (eż. telf ta’ smigħ, porfirija [marda tad-demm], herpes gestationis [raxx tal-ġilda bil-vexxikuli matul it-tqala], korea ta’ Sydenham [marda tal- nervaturi li fiha jseħħu movimenti għall-għarrieda tal-ġisem] (ara f’sezzjoni 2 ‘Meta għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek’);

    • jekk għandek (jew qatt kellek) kloażma [irqajja’ ta’ pigment safrani-kannella, hekk imsejħa ‘irqajja’ tat-tqala’, partikularment fil-wiċċ]. Jekk inhu hekk, evita espożizzjoni eċċessiva għax-xemx jew dawl ultravjola;


      TAGĦQID TAD-DEMM


      L-użuta’kontraċettivikkombinattal-ormonibħalmahuwa IOA iżid ir-riskju li inti tiżviluppa tagħqid tad-demm meta mqabbel ma l-ebda użu. F’każijiet rari t-tagħqid tad-demm jista’ jimblokka vina jew arterja u joħloq problem serji.


      Tagħqid tad-demm jista’ jiżviluppa

    • fil-vini (magħruf bħala ‘trombożi fil-vini’, ‘tromboemboliżmu fil-vini’ jew VTE [venous thromboembolism])

    • fl-arterji (magħruf bħala ‘trombożi fl-arterji’, ‘tromboemboliżmu fl-arterji’ jew ATE [arterial thromboembolism]).

      Mhux dejjem ikun hemm fejqan għalkollox minn tagħqid tad-demm. B’mod rari, jista’ jkun hemm effetti serji li jibqgħu jinħassu jew, b’mod rari ħafna, jista’ jkun fatali.


      Huwa importanti li tiftakar li r-riskju globali ta’ tagħqid tad-demm li jista’ jagħmel ħsara ikkawżat minn IOA huwa żgħir.


      KIF TAGĦRAF TAGĦQID TAD-DEMM


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Fittexattenzjonimedikaurġenti jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali u sintomi li ġejjin.


      Għandek xi wieħed minn dawn is-sinjali?

      X’jista jkun li għandek?

      Trombożi fil-vini tal- fond


      Jekk m’intix ċerta, kellem lil tabib peress li xi wħud minn dawn is-sintomi bħal sogħla jew li jkollok qtugħ ta’ nifs, jistgħu jiġu żbaljati ma’ kondizzjoni aktar ħafifa bħal infezzjoni fil-passaġġ tan-nifs (eż., ‘riħ komuni’).

      Emboliżmu fil-pulmun

      Is-sintomi iseħħu l-aktar f’għajn waħda:

      Trombożi fil-vina tar- retina

      (tagħqid tad-demm fl- għajn)

      Attakk tal-qalb

      Puplesija

      • nefħa f’riġel wieħed jew matul vina fir-riġel jew fis-sieq speċjalment meta tkun flimkien ma’:

        • uġigħ jew sensittività fir-riġel li tista’ tinħass biss meta tkun bilwieqfa jew qed timxi

        • is-sieq affetwata tinħass aktar sħuna

        • bidla fil-kulur tal-ġilda tas-sieq eż. tibjad, tiħmar jew issir kaħla

      • qtugħ ta’ nifs mingħajr spjegazzjoni jew teħid tan-nifs mgħaġġel f’daqqa waħda;

      • sogħla f’daqqa mingħajr l-ebda kawża ovvja, li tista’ ttella’ d-demm;

      • uġigħ qawwi fis-sider li jista’ jiżdied b’teħid ta’ nifs fil-fond;

      • mejt jew sturdament qawwi;

      • taħbit tal-qalb qawwi jew irregolari;

      • uġigħ qawwi fl-istonku tiegħek;

      • telf immedjat tal-vista jew

      • vista mċajpra mingħajr uġigħ li tista’ tavvanza għal telf tal-vista

      • uġigħ, skumdità, għafis, toqla fis-sider

      • sensazzjoni ta’ għafis jew tħossok mimlija fis-sider, fid-driegħ jew taħt l-għadma tas-sider bejn il-kustilji;

      • tħossok mimlija, indiġestjoni jew tħossok se tifga;

      • skumdità fil-parti ta’ fuq tal-ġisem li tinfirex għad-dahar, xedaq, gerżuma, driegħ u stonku;

      • għaraq, dardir, rimettar jew sturdament;

      • dgħufija, ansjetà jew qtugħ ta’ nifs estremi;

      • taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari

      • dgħufija jew tnemnim fil-wiċċ, fi driegħ jew f’riġel f’daqqa waħda speċjalment fuq naħa waħda tal-ġisem;

      • konfużjoni, diffikultà biex titkellem jew biex tifhem f’daqqa waħda;

      • diffikultà f’daqqa waħda biex tara minn għajn waħda jew miż-żewġ għajnejn;

      • diffikultà biex timxi, sturdament, telf ta’ bilanċ jew koordinazzjoni


      f’daqqa waħda;


      Xi drabi s-sintomi ta’ puplesija jistgħu ma jdumux b’irkupru kważi immedjat u għalkollox, iżda inti xorta għandek tfittex attenzjoni medika urġenti minħabba li tista’ tkun qegħda f’riskju ta’ puplesija oħra.

      Tagħqid ta’ demm li jimblokka vini jew arterji oħra

      • uġigħ ta’ ras qawwi, f’daqqa waħda jew li jieħu fit-tul mingħajr kawża magħrufa;

      • telf mis-sensi jew ħass ħażin b’aċċessjoni jew mingħajrha.

      • nefħa u bidla fil-kulur ta’ id jew sieq għal kemmxejn kaħla;

      • uġigħ qawwi fl-istonku tiegħek (uġigħ akut fiż-żaqq).


      TAGĦQID TAD-DEMM ĠO VINA


      X’jista’ jiġri jekk tagħqid tad-demm jifforma ġo vina?

      • L-użu ta’ kontraċettivi kkombinati tal-ormoni ġie marbut ma’ żieda fir-riskju ta’ tagħqid tad- demm fil-vina (trombożi fil-vina). Madankollu, dawn l-effetti sekondarji huma rari. Huma jseħħu b’mod l-aktar frekwenti fl-ewwel sena ta’ użu ta’ kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni.

      • Jekk jifforma tagħqid tad-demm ġo vina fir-riġel jew fis-sieq dan jista’ jikkawża trombożi fil- vini tal-fond (DVT - deep vein thrombosis).

      • Jekk it-tagħqid tad-demm jitlaq mis-sieq u jidħol fil-pulmun, jista’ jikkawża emboliżmu fil- pulmun.

        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • B’mod rari ħafna tagħqid tad-demm jista’ jifforma ġo vina f’organu ieħor bħal ma hi l-għajn (trombożi fil-vina tar-retina).


        Meta hemm l-akbar riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm ġo vina?

        Ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm ġo vina huwa l-ogħla matul l-ewwel sena li tieħu kontraċettiv kkombinat tal-ormoni għall-ewwel darba. Ir-riskju jista’ wkoll ikun akbar jekk terġa’ tibda tieħu kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni (l-istess prodott jew prodott differenti) wara waqfa ta’ 4 ġimgħat jew aktar.


        Wara l-ewwel sena, ir-riskju jiċkien iżda jibqa’ dejjem kemmxejn ogħla milli kieku ma tkunx qed tuża kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni.


        Meta twaqqaf IOA ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm jerġa’ lura għan-normal fi żmien ftit ġimgħat.


        X’riskju hemm li tiżviluppa tagħqid tad-demm?

        Ir-riskju jiddependi mir-riskju naturali tiegħek ta’ VTE u t-tip ta’ kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li tkun qed tieħu.


        Ir-riskju totali ta’ tagħqid tad-demm f’riġel jew f’pulmun (DVT jew PE) b’IOA huwa żgħir.

      • Minn 10,000 mara li mhumiex qed jużaw xi kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni u li mhumiex tqal, madwar 2 jiżviluppaw tagħqid tad-demm f’sena.

      • Minn 10,000 mara li jkunu qed jużaw kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li fih levonorgestrel, norethisterone, jew norgestimate, madwar 5-7 jiżviluppaw tagħqid tad-demm f’sena.

      • Għadu mhuwiex magħruf kif ir-riskju ta’ tagħqid tad-demm b’IOA jikkumpara mar-riskju b’kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li fih levonorgestrel.

      • Ir-riskju li jkollok tagħqid tad-demm ivarja skont l-istorja medika u personali tiegħek (ara “Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm” taħt).


        Riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm f’sena

        Nisa li mhumiex qed jużaw pillola kkombinata tal-ormoni u li mhumiex tqal

        Madwar 2 minn 10,000 mara

        Nisa li qed jużaw pillola kontraċettiva kkombinata tal-ormoni li fiha levonorgestrel, norethisterone jew norgestimate

        Madwar 5-7 minn 10,000 mara

        Nisa li qed jużaw IOA

        Għadu mhux magħruf


        Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm ġo vina

        Ir-riskju ta’ tagħqid ta’ demm b’IOA huwa żgħir iżda xi kondizzjonijiet iżidu r-riskju. Ir-riskju tiegħek ikun akbar:

      • jekk għandek ħafna piż żejjed (indiċi tal-piż tal-ġisem jew BMI (body mass index) aktar minn 30kg/m2);

      • jekk xi ħadd mill-familja immedjata tiegħek kellu tagħqid tad-demm fir-riġel, fil-pulmun jew f’organu ieħor f’età żgħira (eż. taħt l-età ta’ madwar 50 sena). F’dan il-każ jista’ jkun li għandek disturb ereditarju tat-tagħqid tad-demm;

      • jekk ikollok bżonn tagħmel operazzjoni, jew jekk ma tistax toqgħod fuq saqajk għal perjodu twil ta’ żmien minħabba korriment jew mard, jew jekk għandek saqajk fil-ġibs. L-użu ta’ IOA għandu mnejn ikollu bżonn jitwaqqaf diversi ġimgħat qabel l-operazzjoni jew waqt li ma tkunx tista’ tiċċaqlaq bħas-soltu. Jekk ikollok bżonn twaqqaf IOA staqsi lit-tabib tiegħek meta tkun tista’ terġa’ tibda tużah.

      • aktar ma tikber fl-eta` (b’mod partikolari età ’l fuq minn madwar 35 sena);

      • jekk wellidt anqas minn ftit ġimgħat ilu


        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        Ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm jiżdied aktar ma jkollok kondizzjonijiet.

        Ivjaġġar bl-ajru (>4 sigħat) jista’ b’mod temporanju jżid ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm, b’mod partikolari jekk għandek xi wħud mill-fatturi l-oħrajn elenkati.

        Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tapplika għalik, anke jekk m’intix ċerta. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li IOA għandu jitwaqqaf.

        Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet t’hawn fuq tinbidel waqt li tkun qed tuża IOA, pereżempju membru tal-familja immedjata jkollu trombożi għal raġuni li ma tkunx magħrufa jew jekk iżżid ħafna piż, għid lit-tabib tiegħek.


        TAGĦQID TAD-DEMM FL-ARTERJI


        X’jista’ jiġri jekk tagħqid tad-demm jifforma f’arterja?

        Bħal ma jiġri b’tagħqid tad-demm ġo vina, tagħqid tad-demm ġo arterja jista’ joħloq problemi serji. Pereżempju, dan jista’ jikkawża attakk tal-qalb jew puplesija.


        Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm f’arterja


        Huwa importanti li tinnota li r-riskju ta’ attakk tal-qalb jew puplesija minn IOA huwa żgħir ħafna iżda jista’ jiżdied:


      • ma’ avvanz fl-età (wara età ta’ madwar 35 sena);

      • jekk tpejjep. Meta tuża kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni bħal IOA jingħatalek parir biex tieqaf tpejjep. Jekk ma tistax tieqaf tpejjep u għandek aktar minn 35 sena it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tuża tip ta’ kontraċettiv differenti;

      • jekk għandek piż żejjed;

      • jekk għandek pressjoni għolja;

      • jekk membru tal-familja immedjata tiegħek kellu attakk tal-qalb jew puplesija ta’ età żgħira (anqas minn madwar 50 sena). F’dan il-każ inti wkoll jista’ jkollok riskju akbar ta’ attakk tal- qalb jew puplesija;

    • jekk inti, jew xi ħadd fil-familja immedjata tiegħek, għandu livell għoli ta’ xaħam fid-demm (kolesterol jew trigliċeridi);

    • jekk ikollok emigranji, speċjalment emigranji b’awra;

    • jekk għandek problema b’qalbek (disturb fil-valv, disturb fir-ritmu msejjaħ fibrillazzjoni tal- atriju)

    • jekk għandek id-dijabete.


      Jekk għandek aktar minn waħda minn dawn il-kondizzjonijiet jew jekk xi waħda minnhom hija gravi ħafna, ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm jista’ jiżdied aktar.

      Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet t’hawn fuq tinbidel waqt li tkun qed tuża IOA, pereżempju, jekk tibda tpejjep, membru tal-familja immedjata jkollu trombożi għal raġuni li ma tkunx magħrufa jew jekk iżżid ħafna piż, għid lit-tabib tiegħek.


      Kanċer

      Il-kanċer tas-sider kien osservat ftit aktar ta’ spiss f’nisa li jużaw pilloli kombinati, iżda mhux magħruf jekk dan hux ikkawżat mill-pilloli kombinati. Pereżempju, jista’ jkun li aktar tumuri jinstabu f’nisa li jkunu qed jieħdu pilloli kombinati minħabba li dawn jiġu eżaminati mit-tabib iktar ta’ spiss. Wara li twaqqaf il-pillola kombinata, iż-żieda fir-riskju tonqos gradwalment.

      Hu importanti li tiċċekkja sidrek regolarment u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi għoqda. Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi qariba tiegħek għandha, jew qatt kellha kanċer tas-sider (ara sezzjoni 2 “Meta għandek toqgħod attenta ħafna b’IOA”).


      Hu importanti li tiċċekkja sidrek regolarment u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi għoqda. Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi qariba tiegħek għandha, jew qatt kellha kanċer tas-sider (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’).


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      F’każijiet rari, tumuri beninni (mhux kanċerużi) tal-fwied, u anki f’każijiet inqas spissi, tumuri malinni (kanċerużi) tal-fwied ġew irrappurtati f’nisa li jużaw il-pilloli. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ ta’ żaqq qawwi mhux tas-soltu.


      Il-kanċer ċervikali hu kkawżat minn infezzjoni bil-virus tal-papilloma uman (HPV). Kien irrappurtat li jseħħ iktar ta’ spiss f’nisa li kienu ilhom jużaw il-pillola għal żmien twil. Mhux magħruf jekk din is- sejba hix minħabba l-użu ta’ kontraċettivi ormonali jew minħabba fatturi oħrajn bħal differenza fl- imġiba sesswali.


      Testijiet tal-laboratorju

      Jekk ikun se jkollok kwalunkwe test tad-demm jew tal-awrina, għid lit-tabib tiegħek li qed tuża IOA, għax jista’ jaffettwa r-riżultati ta’ xi testijiet.


      Tfal u adolexxenti

      L-ebda dejta dwar is-sigurtà u l-effikaċja mhi disponibbli għal adolexxenti ta’ inqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u IOA

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta jew mediċini tal-ħxejjex.

      Għid ukoll lil kwalunkwe tabib jew dentist li jagħtik riċetta għal mediċinali oħra (jew l-ispiżjar li jagħtik il-mediċina), li qed tuża IOA. Jistgħu jgħidulek jekk ikollok bżonn tieħu prekawzjonijiet kontraċettivi addizzjonali (metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku) u, jekk inhu hekk, għal kemm żmien.

      Xi mediċini jistgħu jikkawżaw problemi partikulari meta tkun tuża kontraċettivi ormonali, bħal IOA.

    • Hemm mediċini li jistgħu jagħmlu IOA inqas effettiv li jimpedixxi t-tqala, jew jista’ jikkawża ħruġ ta’ demm mhux mistenni. Dawn jinkludu mediċini li jintużaw biex jikkuraw:

      • epilessija (e.g. primidone, phenytoin, phenobarbital, carbamazepine, oxcarbazepine, topiramate, felbamate);

      • tuberkulosi (eż. rifampicin);

      • infezzjonijiet bl-HIV (eż. ritonavir, nevirapine, nelfinavir, efavirenz);

      • mard infettiv ieħor (eż. griseofulvin).

      • pressjoni tad-demm għolja fil-vini/arterji tal-pulmun (bosentan)

    • Il-prodott li ġej mill-ħxejjex St. John’s wort jista’ wkoll iwaqqaf IOA milli jaħdem kif suppost.

      Jekk trid tuża prodotti li ġejjin mill-ħxejjex li fihom St. John’s wort meta tkun diġà qed tuża IOA, għandek l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.

    • Xi mediċini jistgħu jżidu l-livelli tas-sustanzi attivi ta’ IOA fid-demm. L-effikaċja tal-pillola tinżamm, iżda għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża mediċini kontra l-moffa li fihom ketoconazole.

    • IOA jista’ wkoll jinterferixxi ma’ kif jaħdmu mediċini oħrajn – bħal cyclosporin u l-anti- epilettiku lamotrigine.


      Tqala u treddigħ

      IOA m’għandux jintuża minn nisa li huma tqal, jew li jaħsbu li huma tqal. Jekk toħroġ tqila meta tkun qed tuża IOA għandek tieqaf tuża IOA u tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

      Jekk trid tieqaf tuża IOA għax tkun trid toħroġ tqila, ara f’sezzjoni 3 ‘Jekk tieqaf tieħu IOA’.


      IOA normalment mhuwiex rakkomandat għall-użu waqt it-treddigħ. Jekk tixtieq tuża l-pillola waqt it- treddigħ, jekk jogħġbok ikseb il-parir tat-tabib tiegħek.


      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      IOA x’aktarx li mhux ser jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


      IOA fih lactose

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      IOA fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.


  2. Kif għandek tuża IOA


    Kif u meta għandek tieħu l-pilloli

    Il-folja ta’ IOA fiha 28 pillola: 24 pillola bajda bis-sustanzi attivi (numru 1-24) u 4 pilloli sofor mingħajr sustanzi attivi (numru 25-28).

    Kull meta tibda folja ġdida ta’ IOA, ħu l-pillola bajda attiva numru 1 fil-kantuniera ta’ fuq tan-naħa tax-xellug (ara ‘Ibda’). Agħżel mis-7 stickers bl-indikaturi tal-jum dik fil-kolonna griża li tibda bil- jum tal-bidu tiegħek. Pereżempju, jekk tibda nhar ta’ Erbgħa, uża t-tikketta tal-isticker tal-jum li jibda b’‘ERB’. Waħħalha fuq il-folja, li tinsab fuq ir-ringiela ta’ pilloli bojod attivi fejn hemm miktub ‘Poġġi t-tikketta tal-jum hawnhekk’. Dan jippermettilek tiċċekkja jekk tkunx ħadt il-pillola ta’ kuljum tiegħek.

    Ħu pillola waħda kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin, flimkien ma’ ftit ilma jekk ikun meħtieġ.

    Segwi d-direzzjoni tal-vleġeġ fuq il-folja, u għalhekk uża l-pilloli bojod attivi l-ewwel u mbagħad il-pilloli sofor tal-plaċebo.

    Il-mestrwazzjoni tiegħek ser tibda matul l-4 ijiem li tuża l-pilloli sofor tal-plaċebo (l-hekk imsejjaħ ħruġ ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina). Normalment dan jibda 2-3 ijiem wara l-aħħar pillola bajda attiva u jista’ ma jkunx spiċċa qabel tinbeda l-folja li jmiss.

    Ibda ħu l-folja li jmiss immedjatament wara l-aħħar pillola safra, anki jekk il-mestrwazzjoni tiegħek tkun għadha ma spiċċatx. Dan ifisser li int dejjem ser tibda folja ġdida fl-istess jum tal-ġimgħa, u wkoll li ser ikollok il-mestrwazzjoni bejn wieħed u ieħor fl-istess jiem kull xahar.

    Xi utenti jista’ ma jkollhomx il-mestrwazzjoni kull xahar meta jkunu jieħdu l-pilloli sofor. Jekk tkun ħadt IOA kuljum skont dawn l-istruzzjonijiet, mhux mistenni li inti tkun tqila (ara wkoll sezzjoni 3 ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).

    Kif tibda l-ewwel pakkett tiegħek ta’ IOA


    Meta l-ebdakontraċettivormonalijkunintużafl-aħħarxahar

    Ibda ħu IOA fl-ewwel jum taċ-ċiklu tiegħek (i.e. l-ewwel jum li jkollok ħruġ ta’ demm tal- mestrwazzjoni). IOA ser jaħdem immedjatament. M’hemmx bżonn li tuża metodu kontraċettiv addizzjonali.


    Metatibdelminnkontraċettivormonalikombinatieħor(pillolata’kontraċettivoralikombinat(COC), ħolqavaġinalijewgarżalitipprovdimediċinalitgħaddiminnġol-ġilda)

    Tista’ tibda tieħu IOA il-jum wara li tkun ħadt l-aħħar pillola mill-folja kurrenti tal-pilloli tiegħek (dan ikun ifisser li ma jkun hemm l-ebda intervall mingħajr pilloli). Jekk il-folja kurrenti tal-pilloli tiegħek ikun fiha wkoll pilloli inattivi (plaċebo), tista’ tibda IOA l-għada li tkun ħadt l-aħħar pillola attiva (jekk m’intix ċerta liema waħda hi, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek). Tista’ wkoll tibda aktar tard, iżda qatt aktar tard mill-jum ta’ wara l-intervall mingħajr pilloli tal-pillola kurrenti tiegħek (jew il-jum wara l-aħħar pillola inattiva tal-pillola kurrenti tiegħek). Fil-każ li tuża ħolqa vaġinali jew garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, l-aħjar hu li tibda tuża IOA fil-jum li fih tneħħi

    l-ħolqa jew il-garża. Tista’ tibda wkoll, iżda mhux aktar tard, fil-jum li fih kieku kont tibda tuża l-

    ħolqa jew garża li jmiss.

    Jekk issegwi dawn l-istruzzjonijiet, m’hemmx bżonn tuża metodu kontraċettiv addizzjonali.


    Meta tibdel minn pillola li fiha progesogen biss (minipill)

    Tista’ tieqaf tieħu l-minipill fi kwalunkwe jum u tibda tieħu IOA l-għada. Iżda jekk tkun qed tagħmel l-att sesswali, aċċerta ruħek li tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku għall-ewwel 7 ijiem li tkun qed tieħu IOA.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Metatibdelminnkontraċettivlifihprogestogenbisslijista’jiġi injettat, impjant jew sistema intrauterina medikata bl-ormoni (IUS)

    Ibda uża IOA meta jkun imissek tagħmel l-injezzjoni li jmiss, jew fil-jum meta jitneħħa l-impjant jew IUS tiegħek. Iżda jekk tkun qed tagħmel l-att sesswali, aċċerta ruħek li tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku għall-ewwel 7 ijiem li tkun qed tieħu IOA.


    Wara li jkollok tarbija

    Tista’ tibda IOA bejn 21 u 28 jum wara li jkollok tarbija. Jekk tibda iktar tard minn jum 28, għandek tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku matul l-ewwel 7 ijiem li fihom tuża IOA. Jekk, wara li jkollok tarbija, għamilt l-att sesswali qabel ma bdejt IOA, kun ċerta li m’intix tqila jew stenna sal- mestrwazzjoni li jmiss. Jekk trid tibda IOA wara li jkollok tarbija u tkun qed tredda’, ara wkoll sezzjoni 2 ‘Tqala u treddigħ’.

    Staqsi lit-tabib tiegħek x’għandek tagħmel jekk m’intix ċerta meta għandek tibda.


    Wara korriment jew abort Segwi l-parir tat-tabib tiegħek.


    Jekk tieħu IOA aktar milli suppost

    Ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ effetti serji li jagħmlu l-ħsara meta tieħu pilloli żejda ta’ IOA f’daqqa. Jekk tkun ħadt ħafna pilloli f’daqqa, jista’ jkollok nawseja, rimettar jew ħruġ ta’ demm mill- vaġina. Jekk tiskopri li tifel/tifla jkunu ħadu IOA, staqsi it-tabib tiegħek għal parir.


    image

    Jekk tinsa tieħu IOA

    Il-pariri li ġejjin jirreferu biss għal pilloli bojod attivi li ma jkunux ittieħdu:

    • jekk ikunu għaddew inqas minn 12-il siegħa minn meta suppost tkun ħadt pillola, l-affidabilità tal-pillola tinżamm. Ħu l-pillola hekk kif tiftakar u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu.

    • jekk ikunu għaddew iktar minn 12-il siegħa minn meta suppost tkun ħadt kwalunkwe pillola, l-affidabilità tal-pillola tista’ titnaqqas. Iktar ma jkun hemm pilloli konsekuttivi li ma tkunx ħadt, iktar ikun għoli r-riskju li l-effikaċja tal-kontraċettiv titnaqqas. Hemm riskju


      image

      image

      partikularment għoli li toħroġ tqila jekk ma tiħux pilloli bojod attivi fil-bidu jew fit-tmiem tal- folja. Għalhekk għandek issegwi r-regoli mogħtija hawn taħt.


      Jum 1-7 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

      Ħu l-aħħar pillola bajda attiva li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pillola li jmiss fil-ħin tas-soltu. Madankollu, uża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika bħala prekawzjoni addizzjonali għas-7 ijiem ta’ wara.

      Jekk tkun għamilt l-att sesswali fil-ġimgħa ta’ qabel li ma tkunx ħadt il-pilloli, hemm possibbiltà li toħroġ tqila. Għalhekk, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.


      Jum 8-17 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

      Ħu l-aħħar pillola li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu. Il-protezzjoni kontra t-tqala ma titnaqqasx, u

      m’hemmx bżonn tieħu prekawzjonijiet addizzjonali. Madankollu, jekk tkun insejt iktar minn pillola 1, għandek tuża prekawzjonijiet addizzjonali għal 7 ijiem.


      Jum 18-24 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

      Hemm riskju partikularment għoli li toħroġ tqila jekk ma tiħux il-pilloli bojod attivi qrib l-intervall tal-pilloli sofor tal-plaċebo. Billi taġġusta l-iskeda tat-teħid tiegħek, dan ir-riskju ogħla jista’ jiġi evitat.

      Tista’ tagħmel żewġ għażliet: Għażla 1)

      Ħu l-aħħar pillola bajda attiva li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu. Ibda l-folja li jmiss hekk kif il-pilloli bojod attivi fil-folja kurrenti jispiċċaw, u għalhekk aqbeż il-pilloli sofor tal-plaċebo. Jista’ ma jkollokx il-mestrwazzjoni sakemm tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo fl-aħħar tat-tieni folja, iżda jista’ jkollok spotting (qtar jew tikek ta’ demm) jew ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni), meta tkun qed tieħu l-pilloli bojod attivi.

      Għażla 2)

      Ieqaf ħu l-pillola bajda attiva immedjatament u mur direttament għall-intervall tal-pillola safra tal- plaċebo. Fit-tmiem tal-intervall tal-pillola tal-plaċebo, ibda bil-folja li jkun imiss.


      Jekk ma tkunx tista’ tiftakar kemm pilloli bojod attivi ma tkunx ħadt, segwi l-ewwel għażla, uża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku bħala prekawzjoni għas-7 ijiem ta’ wara u ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

      Jekk tkun insejt tieħu pilloli bojod attivi f’folja, u l-mestrwazzjoni mistennija ta’ kull xahar ma tiġikx waqt li tkun qed tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo mill-istess folja, inti tista’ tkun tqila. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda bil-folja li jmiss.


      Pilloli sofor tal-plaċebolimajkunuxittieħdu

      L-aħħar 4 pilloli sofor tar-raba’ ringiela huma pilloli tal-plaċebo li ma fihom l-ebda sustanzi attivi. Jekk tkun insejt tieħu waħda minn dawn il-pilloli, l-affidabilità ta’ IOA tinżamm. Armi l-pillola(i) safra tal-plaċebo li ma tkunx ħadt u kompli ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu.

      Stampa


      Skeda:jekkikunugħaddewiktarminn12-ilsiegħaminnmetasupposttkunħadtil-pilloli bojod


      image

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk tirremetti jew ikollok dijarea severa

      Jekk tirremetti fi żmien 3-4 sigħat mill-ħin li fih tkun ħadt il-pillola bajda attiva, jew jekk ikollok dijarea qawwija, is-sustanzi attivi tal-pillola tiegħek ta’ IOA jistgħu ma jkunux ġew assorbiti kompletament ġo ġismek. Is-sitwazzjoni tkun simili jekk tinsa tieħu pillola bajda attiva. Wara li tirremetti jew ikollok id-dijarea, trid tieħu pillola bajda attiva oħra mill-folja ta’ riżerva kemm jista’ jkun malajr. Jekk ikun possibbli ħudha fi żmien 12-il siegħa mill-ħin li fih normalment tieħu l-pillola tiegħek. Jekk dan ma jkunx possibbli jew ikun għaddew 12-il siegħa, għandek ssegwi l-pariri mogħtija fis-sezzjoni "Jekk tinsa tieħu IOA". Jekk ikollok dijarea qawwija, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek. Il-pilloli sofor huma pilloli tal-plaċebo li ma fihom l-ebda sustanzi attivi. Jekk tirremetti jew ikollok dijarea qawwija fi żmien 3-4 sigħat minn meta tkun ħadt pillola safra, l-affidabilità ta’ IOA tinżamm.


      Jekk trid tittardja l-mestrwazzjoni tiegħek

      Tista’ tittardja l-mestrwazzjoni tiegħek billi ma tiħux il-pilloli s-sofor tal-plaċebo u billi tmur

      mal-ewwel għall-folja l-ġdida ta’ IOA. Jista’ jkollok ħruġ ta’ demm ħafif jew qisu tal-mestrwazzjoni meta tkun qed tuża din it-tieni folja. Meta tixtieq li l-mestrwazzjoni tiegħek tibda matul it-tieni folja, ieqaf ħu l-pilloli attivi l-bojod u ibda ħu l-pilloli sofor tal-plaċebo. Wara li tispiċċa l-4 pilloli sofor tal- plaċebo mit-tieni folja, ibda bil-folja (it-tielet waħda) li jmiss.

      Jekk trid tibdel il-jum li fih tibda l-mestrwazzjoni tiegħek

      Jekk tieħu l-pilloli tiegħek skont l-istruzzjonijiet, allura l-mestrwazzjoni tiegħek ser tibda waqt il- ġranet li tkun qed tieħu l-plaċebo. Jekk trid tibdel dan il-jum, naqqas in-numru ta’ jiem tal-plaċebo – meta tieħu l-pilloli tal-plaċebo s-sofor - (imma qatt iżżidhom – 4 huwa l-massimu). Pereżempju, jekk tibda tieħu l-pilloli tal-plaċebo nhar ta’ Ġimgħa, u trid tibdel dan għal nhar ta’ Tlieta (3 ijiem qabel) trid tibda folja ġdida 3 ijiem qabel is-soltu. Jista’ ma jkollok l-ebda ħruġ ta’ demm waqt il-perjodu mqassar meta tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo. Waqt li tkun qed tieħu l-folja li jmiss, jista’ jkollok xi spotting (qtar jew dbabar tad-demm) jew ħruġ anormali ta’ demm (mhux tal-mestrwazzjoni) fil-jiem meta tieħu l-pilloli bojod attivi.

      Jekk m’intix ċerta x’għandek tagħmel, ikkonsulta t-tabib tiegħek.


      Jekk għandek ħruġ ta’ demm mhux mistenni

      Bil-pilloli kombinati kollha, għall-ewwel ftit xhur, jista’ jkollok xi ħruġ irregolari ta’ demm vaġinali (spotting jew ħruġ ta’ demm mhux tal-mestrwazzjoni) bejn il-mestrwazzjonijiet tiegħek. Jista’ jkollok bżonn tuża protezzjoni sanitarja, iżda kompli ħu l-pilloli tiegħek bħas-soltu. Ħruġ irregolari ta’ demm vaġinali normalment jieqaf ġaladarba ġismek ikun aġġusta għall-pillola (normalment wara madwar 3 xhur). Jekk il-ħruġ ta’ demm ikompli, isir eċċessiv jew jibda mill-ġdid, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed

      Provi kliniċi bi IOA urew li jista’ jkun li kultant ma jkollokx il-mestrwazzjoni regolari ta’ kull xahar wara Jum 24.

    • Jekk tkun ħadt il-pilloli kollha b’mod korrett, u ma tkunx irremettejt jew kellek dijarea qawwija, jew tkun użajt mediċini oħrajn, allura jkun hemm ċans żgħir ħafna li inti tqila. Ibqa’ ħu IOA bħas-soltu. Ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk tirremetti jew ikollok dijarea qawwija’ jew f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u IOA’.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Jekk ma tkunx ħadt il-pilloli kollha b’mod korrett, jew jekk il-mestrwazzjoni tiegħek ma tiġix darbtejn wara xulxin, inti tista’ tkun tqila. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament. Tibdiex il-folja li jmiss ta’ IOA sakemm it-tabib tiegħek ikun iċċekkja li m’intix tqila.


      Jekk tieqaf tieħu IOA

      Tista’ tieqaf tieħu IOA fi kwalunkwe ħin. Jekk ma tixtieqx toħroġ tqila, l-ewwel staqsi lit-tabib tiegħek dwar metodi oħrajn ta’ kontraċezzjoni.

      Jekk tieqaf tieħu IOA għax tkun tixtieq toħroġ tqila, hu rakkomandat li tistenna sakemm ikollok mestrwazzjoni b’mod naturali qabel tipprova toħroġ tqila. Dan ser jgħinek tistabbilixxi meta t-tarbija tkun ser titwieled.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, IOA jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Jekk ikollok xi effett sekondarju, b’mod partikolari jekk ikun qawwi jew persistenti, jew jekk ikollok xi bidla f’saħħtek li taħseb li tista’ tkun ikkawżata minn IOA, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek. Żieda fir-riskju ta’ tagħqid tad-demm fil-vini tiegħek (tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism)) jew tagħqid tad-demm fl-arterji tiegħek (tromboemboliżmu fl-arterji (ATE - arterial thromboembolism)) hija preżenti għan-nisa kollha li jieħdu kontraċettivi kkombinati tal- ormoni. Għal informazzjoni f’aktar dettall dwar ir-riskji differenti mit-teħid ta’ kontraċettivi kkombinati tal-ormoni, jekk jogħġbok ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tuża IOA”. L- effetti mhux mixtieqa li ġejjin kienu assoċjati mal-użu ta’ IOA.

    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • akne

    • tibdil fil-mestrwazzjoni (eż. assenti jew irregolari)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • tnaqqis ta’ interess fis-sess; dipressjoni/burdata dipressa; tibdil fil-burdata

    • uġigħ ta’ ras jew emigranja

    • tħossok imdardra (nawseja)

    • mestrwazzjoni eċċessiva; uġigħ fis-sider; uġigħ pelviku

    • żieda fil-piż


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    • żieda fl-aptit, żamma ta’ fluwidu (edema)

    • fwawar

    • nefħa fiż-żaqq

    • żieda fl-għaraq; telf ta’ xagħar; ħakk; ġilda xotta; ġilda żejtnija

    • toqol fid-dirgħajn u r-riġlejn

    • mestrwazzjoni regolari iżda skarsa; sider ikbar; għoqda fis-sider; produzzjoni ta’ ħalib meta ma tkunx tqila; sindrome premestrwali; uġigħ waqt l-att sesswali; nixfa fil-vaġina jew fil-vulva; spażmu tal-utru

    • irritabilità

    • żieda fl-enzimi tal-fwied


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • tagħqid tad-demm ġo vina jew arterja li jagħmel ħsara, pereżempju:

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • f’riġel jew sieq (i.e., DVT)

      • fil-pulmun (i.e., PE)

      • attakk tal-qalb

      • puplesija

      • puplesija ħafifa jew sintomi temporanji bħal ta’ puplesija magħrufa bħala attakk iskemiku

        temporanju (TIA - transient ischaemic attack)

      • tagħqid tad-demm fil-fwied, fl-istonku/l-imsaren, fil-kliewi jew fl-għajnejn.

      Iċ-ċans li jkollok tagħqid tad-demm jista’ jkun akbar jekk inti għandek kwalunkwe kondizzjoni oħra li

      żżid dan ir-riskju (Ara sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet li jżidu r-riskju ta’ tagħqid tad-demm u s-sintomi ta’ tagħqid tad-demm.)

    • nuqqas ta’ aptit

    • żieda ta’ interess fis-sess

    • disturbi fl-attenzjoni

    • għajnejn xotti; intolleranza għal contact lenses

    • ħalq xott

    • irqajja’ ta’ pigment ta’ kulur kannella dehbi fuq il-ġilda, l-iktar fil-wiċċ; tkabbir eċċessiv ta’ xagħar

    • riħa vaġinali; skonfort fil-vaġina jew fil-vulva

    • ġuħ

    • marda tal-bużżieqa tal-marrara


    Reazzjonijiet allerġiċi (ipersensittività) ġew irrapportati f’utenti ta’ IOA, iżda l-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli.


    Informazzjoni addizzjonali dwar it-tibdil possibbli tal-effetti sekondarji fuq il-mestrwazzjoni (eż. nuqqas ta’ mestrwazzjoni jew mestrwazzjoni irregolari) waqt l-użu ta’ IOA hi deskritta f’sezzjoni 3 Kif u meta għandek tieħu l-pilloli’, ‘Jekk ikollok ħruġ tad-demm mhux mistenni’ u ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).

    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonaliimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  4. Kif taħżen IOA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u fuq il-kartuna wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.


    Pilloli kkombinati (li jinkludu l-pilloli IOA) mhux meħtieġa m’għandhomx jintremew mal-ilma tad- dranaġġ jew is-sistema muniċipali tad-dranaġġ. Is-sustanzi attivi ormonali fil-pillola jista’ jkollhom effetti ta’ ħsara jekk jilħqu l-ambjent akwatiku. Ħudhom lura lill-ispiżerija jew armihom b’mod sigur ieħor kif jitolbu l-liġijiet lokali. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.


  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih IOA

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Qalba tal-pillola (pilloli bojod attivi u pilloli sofor tal-plaċebomiksijab’rita):

Lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘IOA fih lactose’), cellulose microcrystalline (E460), crospovidone (E1201), talc (E553b), magnesium stearate (E572) u silica colloidal anhydrous Kisja tal-pillola (pilloli bojod attivi miksija b’rita):

Poly(vinyl alcohol) (E1203), titanium dioxide (E171), macrogol 3350 u talc (E553b) Kisja tal-pillola (pilloli sofor tal-plaċebomiksijab’rita):

Poly(vinyl alcohol) (E1203), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc (E553b), iron oxide yellow (E172) u iron oxide black (E172)


Kif jidher IOA u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli attivi miksija b’rita (pilloli) huma bojod u tondi. Għandhom miktub fuqhom il-kodiċi ‘ne’ fuq iż-żewġ naħat.

Il-pilloli tal-plaċebo miksija b’rita huma sofor u tondi. Huma kkodifikati b’‘p’ fuq iż-żewġ naħat. IOA jiġi f’folji ta’ 1 jew 3 ta’ 28 pillola miksija b’rita (24 pillola bojod attivi miksija b’rita u 4 pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita) ippakkjati f’kartuna ply.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme Limited Hertford Road, Hoddesdon Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

Manifattur

Organon (Ireland) Limited Drynam Road

Swords Co. Dublin L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel: + 370 5 2780247

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Teл.: + 359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36 1 888 5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+ 31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel: + 372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: + 47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: + 30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp.z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: + 351 21 4465808

clic@merck.com

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 40 21 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s.r.o. Tel: + 421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Italia

MSD Italia S.r.l.

Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: + 358 (0)9 804650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673

+357 22866700

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tfn: + 46 (0)77 570 04 88

medicinskinfo@merck.com


Latvija

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: + 371 67 364224

msd_lv@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272

medicalinformationuk@merck.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


a.europa.eu.