Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Envarsus
tacrolimus

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Envarsus 0.75 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod Envarsus 1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod Envarsus 4 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod


tacrolimus


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Effetti sekondarji mhux magħrufa (frekwenza mhux magħrufa):

Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen Envarsus


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, il-folja u l-ippakkjar ta’ barra wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


    Aħżen fl-ippakkjar oriġinali b’fojl tal-aluminju sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Uża l-pilloli kollha li jerħu l-mediċina bil-mod fi żimen 45 ġurnata wara li jinfetaħ l-ippakkjar tal- aluminju.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Envarsus

magnesium stearate, tartaric acid (E334), butylated hydroxytoluene (E321), dimethicone 350.


Kif jidher Envarsus u l-kontenut tal-pakkett

Envarsus 0.75 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux miksija, imnaqqxa b’“0.75” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.

Envarsus 1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux

miksija, imnaqqxa b’“1” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.

Envarsus 4 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux

miksija, imnaqqxa b’“4” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.


Envarsus huwa fornut f’folji tal-PVC/alu li fihom 10 pilloli. 3 folji huma ppakkjati flimkien f’ippakkjar protettiv b’fojl tal-aluminju, inkluż dessikant. Hemm disponibbli pakketti ta’ 30, 60 u 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Via Palermo, 26/A 43122 Parma

L-Italja


Manifattur

Rottendorf Pharma GmbH

Ostenfelder Straβe 51-61

image

59320 Ennigerloh Il-Ġermanja

jew

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Via San Leonardo 96

43122 Parma

L-Italja jew

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Gonzagagasse 16/16 1010 Wien

L-Awstrija


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Chiesi sa/nv

Tél/Tel: +32 (0)2 788 42 00

Lietuva

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: +43 1 4073919


България

Chiesi Bulgaria EOOD

Teл.: +359 29201205

Luxembourg/Luxemburg

Chiesi sa/nv

Tél/Tel: +32 (0)2 788 42 00


Česká republika

Chiesi CZ s.r.o.

Tel: +420 261221745

Magyarország Chiesi Hungary Kft. Tel.: +36-1-429 1060


Danmark

Chiesi Pharma AB Tlf: +46 8 753 35 20

Malta

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: +39 0521 2791


Deutschland

Chiesi GmbH

Tel: +49 40 89724-0

Nederland

Chiesi Pharmaceuticals B.V. Tel: +31 0 88 5016400


Eesti

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: +43 1 4073919

Norge

Chiesi Pharma AB Tlf: +46 8 753 35 20


Ελλάδα

Chiesi Hellas AEBE

Τηλ: +30 210 6179763

Österreich

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: +43 1 4073919


España

Chiesi España, S.A.U. Tel: +34 93 494 8000

Polska

Chiesi Poland Sp. z.o.o. Tel.: +48 22 620 1421

France

Chiesi S.A.S

Tél: +33 1 47688899

Portugal

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: +39 0521 2791


Hrvatska

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: +43 1 4073919

România

Chiesi Romania S.R.L. Tel: +40 212023642


Ireland

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: +39 0521 2791

Slovenija

Chiesi Slovenija d.o.o. Tel: +386-1-43 00 901


Ísland

Chiesi Pharma AB Sími: +46 8 753 35 20

Slovenská republika Chiesi Slovakia s.r.o. Tel: +421 259300060


Italia

Chiesi Italia S.p.A. Tel: +39 0521 2791

Suomi/Finland

Chiesi Pharma AB Puh/Tel: +46 8 753 35 20


Κύπρος

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Τηλ: +39 0521 2791

Sverige

Chiesi Pharma AB Tel: +46 8 753 35 20


Latvija

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: +43 1 4073919

United Kingdom (Northern Ireland)

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: +39 0521 2791


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.



Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: .


ANNESS IV


KONKLUŻJONIJIET XJENTIFIĊI U RAĠUNIJIET GĦALL-VARJAZZJONI GĦAT- TERMINI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSURs għal tacrolimus (formulazzjonijiet sistemiċi), il-konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


Fid-dawl tad-data disponibbli dwar infezzjoni b’ċitomegalovirus minn rapporti spontanji (inkluż, f’xi każijiet, relazzjoni temporali mill-qrib) u fid-dawl ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni plawżibbli, il-PRAC jikkunsidra li relazzjoni kawżali bejn tacrolimus sistemiku u infezzjoni b’ċitomegalovirus hi mill- inqas possibbiltà raġonevoli. Il-PRAC ikkonkluda li l-informazzjoni dwar il-prodott ta’ prodotti li fihom tacrolimus sistemiku għandha tiġi emendata kif xieraq.


Fid-dawl tad-data disponibbli dwar l-infezzjonijiet minn rapporti spontanji u fid-dawl ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni plawżibbli, il-PRAC jikkunsidra li l-informazzjoni dwar il-prodott ta’ prodotti li fihom tacrolimus sistemiku għandha tiġi emendata kif xieraq.


Fid-dawl tad-data disponibbli dwar l-interazzjonijiet ma’ flucloxacillin mil-letteratura u fid-dawl ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni plawżibbli, il-PRAC jikkunsidra li interazzjonijiet farmakokinetiċi ma’ flucloxacillin huma mill-inqas possibbiltà raġonevoli. Il-PRAC ikkonkluda li l-informazzjoni dwar il- prodott ta’ prodotti li fihom tacrolimus sistemiku għandha tiġi emendata kif xieraq.


Fid-dawl tad-data disponibbli dwar l-interazzjoni tal-farmakodinamika ma’ trimethoprim u sulfamethoxazole/trimethoprim minn rapporti spontanji u mil-letteratura, il-PRAC jikkunsidra li l- interazzjoni farmakodinamika ma’ trimethoprim u sulfamethoxazole/trimethoprim hi mill-inqas possibbiltà raġonevoli. Il-PRAC ikkonkluda li l-informazzjoni dwar il-prodott ta’ prodotti li fihom tacrolimus sistemiku għandha tiġi emendata kif xieraq.


Fid-dawl tad-data disponibbli dwar in-nefrotossiċità u r-riskju ta’ progressjoni għal indeboliment renali kroniku mil-letteratura, il-PRAC jikkunsidra li l-informazzjoni dwar il-prodott għandha tiġi aġġornata biex tissaħħaħ it-twissija relatata man-nefrotossiċità.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għal tacrolimus (formulazzjonijiet sistemiċi) is-CHMP huwa tal- fehma li l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ prodotti mediċinali li fihom tacrolimus (formulazzjonijiet sistemiċi) huwa favorevoli suġġett għall-bidliet proposti għall-informazzjoni tal- prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu

varjati.