Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Keppra
levetiracetam

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Keppra 250 mg pilloli miksija b’rita Keppra 500 mg pilloli miksija b’rita Keppra 750 mg pilloli miksija b’rita Keppra 1000 mg pilloli miksija b’rita Levetiracetam


Aqra dan il-fuljett kollu qabel inti jew it-tifel/tifla tibdew tieħdu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Keppra u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Keppra

  3. Kif għandek tieħu Keppra

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Keppra

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Keppra u gћalxiex jintuża

    Levetiracetam hija mediċina għal kontra l-epilessija (użata biex tittratta l-aċċessjonijiet f-epilessija). Keppra huwa wżat:

    • waħdu f'adulti u adolexxenti minn 16 il-sena b’epilessija li għadha kif ġiet iddijanjostikata, fit-

      trattament ta' ċertu forma ta’ epilessija. L-epilessija hija kundizzjoni fejn il-pazjent ikollu aċċessjonijiet ripetuti. Levetiracetam huwa użat għat-tip ta’ epilessija fejn fil-bidu l- aċċessjonijiet jaffetwaw naħa waħda biss tal-moħħ imma jista wara dak iż-żmien jestendi għal erjas ikbar fiż-żewġ naħiet tal-moħħ (aċċessjoni partial onset kemm bil, kif ukoll mingħajr ġeneralizazzjoni sekondarja). Levetiracetam ingħata lilek mit-tabib sabiex inaqqas in-numru ta’ aċċessjonijiet.

    • biex jiżdied ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-epilessija fit-trattament ta’:

      • aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm bil, kif ukoll mingħajr ġeneralizazzjoni f’adulti, adolexxenti, tfal u trabi minn età ta’ xahar.

      • aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi (skossi qosra, bħal xokk f’muskolu jew grupp ta’ muskoli) f’ adulti u adolexxenti minn 12 snin b’epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż- żgħożija

      • aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic (aċċessjonijiet maġġuri, inkluż telf ta’ koxjenza) f’ adulti u adolexxenti 12 il-sena b’epilessija idjopatika.ġeneralizzata (it-tip ta’ epilessija li hi maħsuba li għandha kawża ġenetika).


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Keppra Tieħux Keppra

    • jekk inti allerġiku għal levetiracetam, derivattivi ta’ pyrrolidone jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Keppra

    • Jekk int tbati minn problemi fil-kliewi, oqgħod fuq li jgħidlek it-tabib. Dan/din jista' jiddeċiedi li jbidillek id-doża.

    • Jekk tinnota li it-tifel/tifla tiegħek qed tikber iżjed bil-mod jew żvillup tal-puberta’ mhux mistenni, jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek.

    • Numru żgħir ta’ nies fuq trattament b’mediċini ta’ kontra l-epilessija bħal Keppra kellhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk għandek xi sintomi ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet ta’ suwiċidju, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

    • Jekk għandek storja fil-familja jew storja medika ta’ ritmu tal-qalb irregolari (li jidher fuq elettrokardjogramma), jew jekk għandek marda u/jew tieħu trattament li jagħmlek suxxettibbli għal irregolaritajiet fit-taħbit tal-qalb jew żbilanċi fil-melħ.


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin jiggrava jew idum iktar minn ftit jiem:

    • Ħsibijiet anormali, tħossok irritabbli jew tirreaġixxi b’mod aktar aggressiv milli normalment tagħmel, jew jekk int jew il-familja u l-ħbieb tiegħek tindunaw b’bidliet importanti fil-burdata jew fl-imġiba.

    • Aggravar tal-epilessija

      F’każijiet rari, l-aċċessjonijiet tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss, l- aktar matul l-ewwel xahar wara l-bidu tat-trattament jew żieda fid-doża. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ġodda waqt li tieħu Keppra, ara tabib mill-aktar fis possibbli.


      Tfal u adolexxenti


    • Keppra mhux indikat biex jintuża waħdu (monterapija) fit-tfal u adolexxenti taħt is-16-il sena.


      Mediċini oħra u Keppra

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew jista’ jkun li ser tieħu xi mediċini oħra.


      Tieħux macrogol (mediċina li tintuża bħala lassativ) għal siegħa qabel u siegħa wara li tieħu levetiracetam għaliex dan jista’ jirriżulta f’ telf tal-effett tiegħu.


      Tqala u treddigħ

      Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għal parir, jekk inti tqila jew qed tradda’, taħseb li inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, qabel tieħu din il-mediċina. Levetiracetam jista’ jintuża waqt it-tqala, biss jekk wara evalwazzjoni bir-reqqa t-tabib tiegħek jikkunsidra li hemm bżonn għalih.

      M’għandekx twaqqaf it-trattament tiegħek mingħajr ma l-ewwel tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek. Riskju li jista’ jkun hemm xi diffetti għat-tarbija ġol-guf ma jistax jiġi kompltament eskluż.

      Mhux irrikkmandat t-treddigħ waqt it-trattament.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Għaliex Keppra jista' jħeddlek, jista’ jkollu effett fuq l-ħila tiegħek li ssuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni,. Dan jista' jiġri l-iżjed fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid-doża. M’għandekx issuq jew tuża' magni sakemm ma jiġi stabbilit li ma jaffettwax il-ħila tiegħek li tagħmel dawn l-attivitajiet.


      Keppra 750 mg pilloli fihom Sunset Yellow FCF (E110).

      Sunset Yellow FCF (E110) sustanza li tgħati l-kulur tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi.


  3. Kif għandek tieħu Keppra


    Għandek dejjemn tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Għandek tieħu n-numru ta’ pilloli skond l-istruzzjonijiet tat-tabib.

    Keppra għandu jittieħed darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, madwar fl-istess ħin kuljum.


    Terapija Miżjuda u monoterapija (mill-età ta’ 16-il sena)


    • Adulti (≥18-il sena) u adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew aktar:

      Doża rakkomandata: bejn 1000 mg u 3000 mg kuljum.

      Meta l-ewwel tibda tieħu Keppra, it-tabib tiegħek ser jiktiblek doża aktar baxxa matul il- ġimagħtejn qabel ma jibdik fuq l-iżjed doża baxxa ta’ kuljum.

      Eżempju: jekk id-doża ta’ kuljum tiegħek hija maħsuba li tkun 1000 mg, id-doża tal-bidu mnaqqsa tiegħek hija pillola 1 ta’ 250 mg filgħodu u pillola 1 ta’ 250 mg filgħaxija, u d-doża se tiżdied bil-mod biex tilħaq 1000mg kuljum wara ġimagħtejn.


    • Adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew anqas:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Keppra skont il-piż u d-doża.


    • Doża fit-trabi (xahar sa 23 xahar) u tfal (2 sa 11-il sena) li jiżnu anqas minn 50 kg:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Keppra skont l-età, il-piż u d- doża.


      Keppra 100 mg/ml soluzzjoni orali hija l-għamla l-iżjed adatta għal trabi u tfal taħt l-età ta’ 6 snin u

      fit-tfal u adolexxenti (minn 6 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn 50kg u meta bil-pilloli ma’ jistax ikollok dożaġġ eżatt.


      Kif jittieħed

      Ibla il-pilloli Keppra ma’ ammont xieraq ta' likwidu (ez.tazza ilma). Tista’ tieħu Keppra kemm mal- ikel kif ukoll mingħajr. Wara li jittieħed mill-ħalq levetiracetam jista’ jħalli togħma morra.


      Kemm għandu jdum it-trattament

    • Keppra huwa wżat bħala trattament għal marda kronika. Trid tibqa' tieħu Keppra sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

    • Twaqqafx it-trattament jekk ma jgħidlekx it-tabib għax dan jista’ jżidlek l-aċċessjonijiet.


      Jekk tieħu Keppra aktar milli suppost

      Effetti mhux mixtieqa li possibilment ikun hemm wara li jitteiħed iżjed Keppra milli suppost huma: ngħas, aġitazzjoni, aggressjoni, nuqqas ta’ viġilanza, inhibizzjoni ta’ nifs u koma.

      Għarraf lit-tabib tiegħek jekk ħadt iżjed Keppra milli jmissek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar trattament possibli għat-trattament tal-overdose.


      Jekk tinsa tieħu Keppra

      Għarraf it-tabib tiegħek jekk insejt tieħu doża waħda jew iżjed. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Keppra

    • Jekk tkun ser twaqqaf it-trattament, għandek tnaqqas Keppra bil-mod biex ma jkunx hemm żieda fl-aċċessjonijiet. Jekk it-tabib jiddeċidi li jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Keppra, huwa/hija jgħidlek kif għandek tnaqqas il-pilloli bil-mod.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, jew mur l-eqreb departiment tal-emergenza, jekk inti tħoss:


    • Debbolizza, tħossok rasek qed iddur bik jew stordut jew ikollok diffikultà tieħu nifs, għaliex dawn jistgħu ikunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika (anafilletika) serja

    • Nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ilsien u ġerżuma (edima ta’ Quincke)

    • Sintomi bħal ta’ riħ u raxx fuq il-wiċċ segwit minn raxx mifrux b’temperatura għolja, żieda fil- livelli tal-enżimi tal-fwied murija f’ testijiet tad-demm u żieda f’ tip ta’ ċellola tad-demm bajda (esinofilja) u tkabbir fin-nodi limfatiċi (Reazzjoni tad-Droga b’ Esinofilja u Sintomi Sistemiċi [DRESS]).

    • Sintomi bħal volum tal-awrina baxx, għajja, dardir, rimettar, konfużjoni u nefħa fir-riġlejn, għekiesi jew fis-saqajn, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi

    • Raxx fil-ġilda li tista’ tifforma bżieżaq u li tkun tidher qisha marki tal-mira żgħar (tikka skura ċentrali mdawwra b’erja iżjed ċara, b’ ċirku skur max-xifer) (eritema multiforme)

    • Raxx mifrux bil-bżieżaq u ġilda titqaxxar, partikularment madwar il-ħalq, imnieħer, għajnejn u ġenitali (sindromu Stevens-Johnson)

    • Raxx iżjed severa li tikkawża t-tqaxxir tal-ġilda f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekrożi tossika epidermali)

    • Sinjali ta’ tibdil serju mentali jew jekk xi ħadd madwarek jinnota sinjali ta’ konfużjoni, nagħas,amneżija (telf ta’ memorja), impediment tal-memorja (tinsa), aġir abnormali jew xi sinjali newroloġiċi oħrajn inkuż movimenti involontarji jew mhux ikkontrollati. Dawn jistgħu ikunu sintomi ta’ enċefalopatija.


      L-iżjed effetti mhux mixtieqa rrappurtati huma nażofarinġite, nagħas, uġigħ ta’ ras, għajja u sturdament. Fil-bidu tat-trattament jew meta tiżdied id-doża, effetti mhux mixtieqa bħal ngħas, għajja u sturdament jistgħu jkunu iżjed komuni. Dawn l-effetti għandhom iżda jonqsu maż-żmien.


      Komuni ħafna: jista’ jaffettwa iżjed minn wieħed minn 10 persuni

    • nażofaringite;

    • nagħas, uġigħ ta’ ras.


      Komuni: jista' jaffettwa sa 1 f’10 persuna

    • anoressija (telf t’aptit);

    • depressjoni, ostilità jew aggressjoni, anzjetà, insomnja, nervożità jew irritabiltà;

    • aċċessjonijiet, mard tal-bilanċ (mard tal-ekwilibru), sturdament (sensazzjoni ta’ ċaqliq), telqa- (nuqqas ta’ enerġija u entużjażmu), rogħda (tirtogħod mingħajr ma trid);

    • vertigo (sensazzjoni li kollox idur bik);

    • sogħla;

    • uġigħ fl-addomenu, dijareja, dispepsja (indigistjoni), rimettar, dardir;

    • raxx;

    • astenja/għajja.


      Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa 1 f’100 persuna

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets fid-demm, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod fid-demm;

    • tnaqqis fil-piz, żieda fil-piz;

    • attentat ta’ suwiċidju u ħsibijiet ta’ suwiċidju, mġieba abnormali, alluċinazzjonijiet, rabja, konfużjoni, attakk ta’ paniku, instabiltà emozzjonali/tibdil fil-burdati, agitazzjoni;

    • amneżija (telf ta’ memorja),impediment tal- memorja (tinsa), ko-ordinazzjoni abnormali/ataxja (impediment fil-movimenti ko-ordinati), paraesteżja (tingiż), disturbi fl-attenzjoni (telf ta’konċentrazzjoni);

    • diplopja (viżjoni dopplja), viżjoni mċajpra;

    • valuri għolja/ abnormali fit-test tal-funzjoni tal-fwied;

    • telf ta’ xahar, ekżema, ħakk;

    • debolezza fil-muskoli, mijalġja (uġigħ fil-muskoli);

    • korriment.


      Rari: jista’ jaffettwa sa 1 f’1000 persuna

    • infezzjoni;

    • tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm;

    • reazzjonijiet allerġiċi serji (DRESS, reazzjoni anafillattika [reazzjoni severa u importanti], edima ta’ Quinke [nefħa fil-wiċċ, xofftejn u griżmejn]);

    • tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sodium fid-demm;

    • suwiċidju, mard tal-personalità (problemi ta’ mġieba), ħsibijiet abnormali (ħsieb bil-mod, ma tistax tikkonċentra);

    • delirju;

    • enċefalopatija (ara sottosezzjoni “Għid lit-tabib tiegħek immedjatament” għal deskrizzjoni dettaljata tas-sintomi);

    • l-aċċessjonijiet jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss;

    • spażmi fil-muskoli inkontrollablili jaffetwaw ir-ras, it-torso u d-dirgħajn u r-riġlejn, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti, iperkineżja (iperattività);

    • tibdil fir-ritmu tal-qalb (Elettrokardjogramma);

    • pankreatite;

    • insuffiċjenza tal-fwied, epatite;

    • tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi

    • raxx fil-ġilda, li jista’ jifforma bżieżaq u li jidher qisu targi żgħar (tikek ċentrali skuri mdawwra b’erja iżjed pallida, b’ċirku skur mat-tarf) (erythema multiforme), raxx diffuz bil-bżieżaq u ġilda li titqaxxar, partikolarrment madwar il-ħalq, mnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’

      Stevens-Johnson), u forma iżjed severa li tikkawża ġilda li titqaxxar f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekroliżi tossiku epidermali).

    • rabdomilożi (it-tkissir tat-tessut tal-muskoli) u żieda assoċjata fil-creatinine phosphokinase fid- demm. Il-prevalenza hija sinifikament ogħla fil-pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi

    • mixi mzappap jew diffikultà biex timxi;

    • kombinazzjoni ta’ deni, ebusija tal-muskoli, pressjoni tad-demm u rata tal-qalb mhux stabbli, konfużjoni, livell baxx ta’ kuxjenza (jistgħu jkunu sinjali ta’ disturb imsejjaħ sindrome malinn newrolettiku). Il-prevelanza hija ferm ogħla f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljettTista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Keppra


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    M’għandekx tuża din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa u l-folja, wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il- mediċina m’għandhiex bżonn ebda ħtiġijiet speċjali għall-ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Keppra

Is-sustanza attiva hi levetiracetam.

Pillola waħda ta’ Keppra 250 mg fih 250 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Keppra 500 mg fih 500 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Keppra 750 mg fih 750 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Keppra 1000 mg fih 1000 mg levetiracetam.


Sustanzi oħra jinkludu:

Il-qalba: croscarmellose sodium, macrogol 6000, silica colloidal anhydrous, magnesium stearate.

Il-kisja tar-rita: (Polyvinyl alcohol-part. hydrolyzed, titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc, sustanza li jagħtu l-kulur*.


*Is-sustanzi li jagħtu l-kulur huma:

pllola 250 mg: indigo carmine aluminium lake (E132) pillola 500 mg: iron oxide yellow (E172)

pillola 750 mg: sunset yellow FCF aluminium lake (E110), iron oxide red (E172)


Id-Dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett

Keppra 250 mg pilloli miksija b'rita huma blu, 13mm tawwalin, maqtuha minn nofs u mnaqqxa bil- kodiċi “ucb” u “250” fuq naħa waħda.

Il-linja mnaqqxa hija biss biex tiffaċilita l-qsim sabiex tkun tista’ tibla’ u mhux biex tiddividi f’żewġt dożi ndaqs.


Keppra 500 mg pilloli miksija b'rita huma sofor, 16 mm tawwalin, maqtuha minn nofs u mnaqqxa bil- kodiċi “ucb” u “500” fuq naħa waħda.

Il-linja mnaqqxa hija biss biex tiffaċilita l-qsim sabiex tkun tista’ tibla’ u mhux biex tiddividi f’żewġt dożi ndaqs.


Keppra 750 mg pilloli miksija b'rita huma orangjo, 18 mm tawwalin, maqtuha minn nofs u mnaqqxa bil-kodiċi “ucb” u “750” fuq naħa waħda.

Il-linja mnaqqxa hija biss biex tiffaċilita l-qsim sabiex tkun tista’ tibla’ u mhux biex tiddividi f’żewġt dożi ndaqs.


Keppra 1000 mg pilloli miksija b'rita huma bojod, 19 mm tawwalin, maqtuha minn nofs u mnaqqxa bil-kodiċi “ucb” u “1000” fuq naħa waħda.

Il-linja mnaqqxa hija biss biex tiffaċilita l-qsim sabiex tkun tista’ tibla’ u mhux biex tiddividi f’żewġt dożi ndaqs.


Il-pilloli Keppra huma ppakkjati f’f’folji f’kaxxai tal-kartun li fihom:

250 mg: 20, 30, 50, 60, 100 x 1, 100 pillola miksija b'rita u pakketti multipli li fihom 200 (2 paketti ta’

100) pilloli miksija b’rita.


500 mg: 10, 20, 30, 50, 60, 100 x 1, 100, 120 pillola miksija b'rita u pakketti multipli li fihom 200 (2 paketti ta’ 100) pilloli miksija b’rita.


750 mg: 20, 30, 50, 60, 80, 100 x 1, 100, pillola miksija b'rita u pakketti multipli li fihom 200 (2 paketti ta’ 100) pilloli miksija b’rita.


1000 mg: 10, 20, 30, 50, 60, 100 x 1, 100, pillola miksija b'rita u pakketti multipli li fihom 200 (2 paketti ta’ 100) pilloli miksija b’rita.


Il-pakkett tal-pilloli 100 x 1 issibu f’folji tal-aluminju/PVC li jistgħu jinqasmu f’dożi singoli. Il- pakketti l-oħra issibhom f’folji standard tal-aluminju/PVC.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

UCB Pharma SA, Allée de la Recherche 60, B-1070 Brussell, Belġju.


Manifattur

image

UCB Pharma SA, Chemin du Foriest, B-1420 Braine-l-Alleud, Belġju.

jew Aesica Pharmaceuticals S.r.l., Via Praglia 15, I-10044 Pianezza, Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

UCB Pharma SA/NV

Tel/Tél: + 32 / (0)2 559 92 00

Lietuva

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358 9 2514 4231 (Suomija)


България

Ю СИ БИ България ЕООД

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Luxembourg/Luxemburg

UCB Pharma SA/NV

Tél/Tel: + 32 / (0)2 559 92 00


Česká republika

UCB s.r.o.

Tel: + 420 221 773 411

Magyarország

UCB Magyarország Kft. Tel.: + 36-(1) 391 0060


Danmark

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Malta

Pharmasud Ltd.

Tel: + 356 / 21 37 64 36


Deutschland

UCB Pharma GmbH

Tel: + 49 /(0) 2173 48 4848

Nederland

UCB Pharma B.V.

Tel.: + 31 / (0)76-573 11 40


Eesti

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358 9 2514 4231 (Soome)

Norge

UCB Nordic A/S

Tlf: + 45 / 32 46 24 00


Ελλάδα

UCB Α.Ε.

Τηλ: + 30 / 2109974000

Österreich

UCB Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 291 80 00


España

UCB Pharma, S.A.

Tel: + 34 / 91 570 34 44

Polska

UCB Pharma Sp. z o.o. Tel: + 48 22 696 99 20


France

UCB Pharma S.A.

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 35

Portugal

UCB Pharma (Produtos Farmacêuticos), Lda Tel: + 351 / 21 302 5300


Hrvatska

Medis Adria d.o.o.

Tel: +385 (0) 1 230 34 46

România

UCB Pharma Romania S.R.L. Tel: + 40 21 300 29 04


Ireland

UCB (Pharma) Ireland Ltd. Tel: + 353 / (0)1-46 37 395

Slovenija

Medis, d.o.o.

Tel: + 386 1 589 69 00


Ísland

Vistor hf.

Tel: + 354 535 7000

Slovenská republika

UCB s.r.o., organizačná zložka Tel: + 421 (0) 2 5920 2020

Italia

UCB Pharma S.p.A. Tel: + 39 / 02 300 791

Suomi/Finland

UCB Pharma Oy Finland Puh/Tel: +358 9 2514 4221


Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd Τηλ: + 357 22 34 74 40

Sverige

UCB Nordic A/S

Tel: + 46 / (0) 40 29 49 00


Latvija

UCB Pharma Oy Finland

Tel: +358 9 2514 4231 (Somija)

United Kingdom (Northern Ireland)

UCB (Pharma) Ireland Ltd Tel: + 353 / (0)1-46 37 395


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar/SSSS}