Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Kexxtone
monensin


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Kexxtone 32.4 g strument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr għal baqar


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Elanco GmbH

    Heinz-Lohmann-Str. 4

    27472 Cuxhaven Il-Ġermanja


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Elanco France S.A.S

    26 Rue de la Chapelle 68330 Huningue Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Kexxtone 32.4 g strument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr għal baqar monensin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Monensin 32.4 g (ekwivalenti għal 35.2 g ta’ monensin sodium)


    Strument ċilindriku oranġjo tal-polypropylene li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr identifikat unikament b’numru, mgħammar bil-ġwienaħ, li jikkonsisti f’qalba li hi ppreżentata f’munzell ta’ 12-il sottounità


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għat-tnaqqis fl-inċidenza ta’ ketożi f’baqra tal-ħalib/erħa qabel jew ftit wara li twelled li mistennija li tiżviluppa ketożi.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’annimali li jiżnu inqas minn 300 kg ta’ piż tal-ġisem.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’każijiet rari, sinjali diġestivi (eż. dijarea, disturb fl-istonku ta’ annimali ruminanti) ġew osservati. F’każijiet rari ħafna, ostruzzjoni fl-esofagu ġiet osservata.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effetti mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar (baqar tal-ħalib u erieħ)


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr.


    Strument wieħed li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr jrid jingħata lil baqra tal-ħalib/erħa 3-4

    ġimgħat qabel id-data mistennija ta’ meta tkun se twelled, billi tuża għodda adattata għall-għoti. Kexxtone iforni doża medja ta’ madwar 335 mg ta’ monensin kuljum għal madwar 95 jum.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Segwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa.


    Hemm bżonn li l-annimal jitrażżan biex dan l-istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr jingħata kif suppost. Dan it-trażżin irid jillimita moviment ’il quddiem/lura u jippermetti li r-ras tal- annimal tinżamm fil-pożizzjoni estiża ’l quddiem u mingħajr pressjoni fuq l-għonq biex l-annimal ma jifgax.

    Kull strument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr għandu numru individwali fuq l- istrument. Għandha tittieħed nota ta’ dan in-numru flimkien man-numru korrispondenti ta’ identifikazzjoni tal-annimal biex b’hekk, jekk strument li jerħi l-mediċina jiġi rigurġitat, l-annimal ikun jista’ jiġi identifikat.

    Itwi l-ġwienaħ ’l isfel matul il-korp tal-istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr u

    daħħal il-kapsula fl-għodda adattata għall-għoti, fil-parti tal-ftuħ l-ewwel.

    Billi toqgħod bilwieqfa fuq naħa waħda tal-annimal, żommu b’rasu u għonqu miġbudin ’il quddiem u

    żommu b’mod sod ma’ ġenbejk. Aqbad l-annimal b’id waħda fil-ġenb tal-ħalq. Daħħal l-għodda tal-għoti fil-ħalq u evita s-snien ta’ quddiem. Sabiex tevita trawma u ħsara lill-faringi u l-esofagu, tużax forza eċċessiva.

    Daħħal l-għodda tal-għoti lil hinn mill-bażi tal-ilsien u aċċerta ruħek li tevita d-dras. Hekk kif l- annimal ikun qed jibla’, l-għodda tal-għoti tersaq faċilment fuq il-bażi tal-ilsien. TUŻAX FORZA EĊĊESSIVA. Jekk tiltaqa’ ma’ reżistenza, iġbed ftit lura l-għodda tal-għoti u rrepeti l-proċedura. Kun ċert li r-ras tal-għodda tal-għoti tkun lil hinn mill-bażi tal-ilsien. Meta l-annimal jibla’, itfa’ ’l barra l-istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr mill-għodda tal-għoti.


    Żomm il-baqar ikkurati f’żona ristretta għal siegħa wara l-għoti biex tosserva jekk ikunux naqsu milli jibilgħu l-mediċina jew f’każ ta’ rigurġitazzjoni. Jekk dan iseħħ, erġa’ agħti l-istrument li jerħi l- mediċina jekk ikun mingħajr ħsara. Jekk l-istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr ikun fih il-ħsara, agħti strument ieħor li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr. Ibqa’ ċċekkja l- baqar għal 4 ijiem wara d-dożaġġ biex tosserva għal sinjali li l-istrument li jerħi l-mediċina ikunx weħel fl-esofagu. F’każ ta’ rigurġitazzjoni bikrija identifika n-numru tal-annimal billi tqabbel man- numru tal-istrument li jerħi l-mediċina.


    Sinjali ta’ twaħħil jistgħu jinkludu nefħa segwita minn sogħla, tlegħib, nuqqas ta’ aptit u nuqqas ta’

    tqanċiċ.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM

    Laħam u ġewwieni tal-annimali: xejn

    Ħalib: xejn


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Żomm il-fojl magħluq tajjeb.

    Żmien kemm idum tajjeb wara li jkun infetaħ l-ippakkjar li jmiss mal-prodott: 6 xhur


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza li tinsab fuq il-pakkett wara

    “Jiskadi”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    L-identifikazzjoni ta’ annimali għall-kura għandha tkun fid-diskrezzjoni veterinarja. Il-fatturi ta’ riskju jistgħu jinkludu storja ta’ mard assoċjat ma’ nuqqas ta’ enerġija, punteġġ għoli tal-kundizzjoni tal- ġisem u parità.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    L-esponiment għas-sustanza attiva tista’ tirriżulta f’reazzjoni allerġika f’individwi suxxettibbli. Persuni li għandhom sensittività eċċessiva magħrufa għal monensin jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva għandhom jevitaw kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.

    Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li tkun qed timmaniġġja l-prodott mediċinali veterinarju.

    Uża l-ingwanti meta tkun qed timmaniġġja l-istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr, inkluż meta tkun qed tiġbor istrument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr li jkun ġie rigurġitata.

    Neħħi l-ingwanti u aħsel idejk u ġilda esposta wara li tmiss strumenti li jerħu l-mediċina fil-kirxa.


    Prekawzjonijiet oħrajn:

    Inġestjoni jew esponiment orali għal monensin jistgħu jkunu fatali fil-klieb, żwiemel, ekwini oħrajn jew fargħuni. Tħallix klieb, żwiemel, ekwini oħrajn jew fargħuni jiksbu aċċess għal prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom monensin.

    Minħabba r-riskju ta’ rigurġitazzjoni bolus, tippermettix lil dawn l-ispeċi jiksbu aċċess għal żoni fejn ikunu nżammu baqar ittrattati.

    Żomm il-klieb ’il bogħod minn annimali ttrattati. L-inġestjoni aċċidentali ta’ ingredjent attiv mill-klieb tista’ tkun fatali. Fil-każ ta’ suspett ta’ inġestjoni minn klieb, fittex parir mingħand veterinarju minnufih.


    Tqala u treddigħ:

    Jista’ jintuża matul it-tqala u t-treddigħ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    L-għoti aċċidentali ta’ iktar minn strument wieħed li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr jista’ jirriżulta f’xi reazzjonijiet avversi li huma tipiċi ta’ doża eċċessiva ta’ monensin, li jinkludu nuqqas ta’ aptit, dijarea u letarġija. Dawn ġeneralment ikunu temporanji. L-ogħla doża ttollerata hi tipikament bejn 1 mg u 2 mg ta’ monensin/kg ta’ piż tal-ġisem/jum.


    Inkompatibilitajiet: Mhux applikabbli

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew skart ieħor minn tali prodotti mediċinali veterinarji jew kwalunkwe strument li jerħi l-mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr rigurġitat, għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti lokali.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    <JJ/XX/SSSS>


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Borża ta’ fojl tal-aluminju li jkun fiha 1, 3 jew 5 strument(i) li jerħu mediċina fil-kirxa ta’ bhima li tixtarr.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-detentur tal- awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.