Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xagrid
anagrelide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Xagrid 0.5 mg kapsuli ibsin

anagrelide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Rappurtar tal-effetti sekondarji


image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen Xagrid


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Jekk it-tabib tiegħek iwaqqaflek il-mediċina tiegħek, iżżomx il-kapsuli li jibqalek sakemm ma jkunx qallek biex iżżommhom it-tabib.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Xagrid


Is-sustanza attiva hi anagrelide. Kull kapsula fiha 0.5 mg ta’anagrelide (bħala anagrelide

hydrochloride).


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Il-kontenut tal-kapsula: povidone (E1201); crospovidone; lactose, anhydrous; lactose monohydrate; cellulose, microcrystalline (E460) u magnesium stearate.

Qoxra tal-kapsula: gelatin u titanium dioxide (E171).

Linka ta’ l-istampar: shellac; strong ammonium solution, potassium hydroxide (E525); black iron oxide (E172).


Kif jidher Xagrid u l-kontenut tal-pakkett


Xagrid hu pprovdut bħala kapsuli opaki, bojod u ibsin. Huma mmarkati b’‘S 063’.

Il-kapsuli huma pprovduti fi fliexken li fihom 100 kapsula iebsa. Il-flixkun fih ukoll kontenitur żgħir issiġillat. Dan fih sustanza li tnixxef biex iżżomm il-kapsuli nexfin. Żomm il-kontenitur issiġillat fil-

flixkun. Tneħħix u tikolx is-sustanza li tnixxef.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda

Tel: +800 66838470

E-mail: medinfoEMEA@takeda.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.


. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u trattamenti.