Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Fortacin
lidocaine, prilocaine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Fortacin 150 mg/mL + 50 mg/mL sprej għall-ġilda, soluzzjoni

lidocaine/prilocaine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem uża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar

tiegħek.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Fortacin u gћalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fortacin

  3. Kif għandek tuża Fortacin

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Fortacin

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Fortacin u gћalxiex jintuża


    Fortacin huwa kombinazzjoni ta’ żewġ mediċini: lidocaine u prilocaine. Dawn jappartjenu għal grupp ta’ mediċini msejħa anestetiċi lokali.


    Fortacin huwa indikat għat-trattament ta’ eġakulazzjoni prematura li sseħħ fl-irġiel adulti (li għandhom 18-il sena u aktar) mal-ewwel att sesswali. Dan jekk inti dejjem, jew kważi dejjem, tkun eġakulajt fi żmien minuta tal-att sesswali u dan iġiegħlek tħoss effetti emozzjonali negattivi. Fortacin jaħdem billi jnaqqas is-sensittività tar-ras tal-pene biex iżid il-ħin qabel l-eġakulazzjoni.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fortacin Tużax Fortacin

    • jekk inti jew is-sieħeb/sieħba tiegħek intom allerġiċi għal lidocaine jew prilocaine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    • jekk inti jew is-sieħeb/sieħba tiegħek għandkom storja ta’ allerġija jew sensittività għal anestetiċi lokali oħra li għandhom struttura simili (magħrufa bħala anestetiċi lokali tat-tip amide).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Fortacin.

    • jekk inti, jew is-sieħeb/sieħba tiegħek, ġejtu dijanjostikati b’marda ġenetika jew b’kondizzjoni oħra li taffettwa ċ-ċelloli tad-demm ħomor (defiċjenza ta’ glucose 6 phosphate, anemija jew methaemoglobinaemia);

    • jekk għandek storja ta’ sensittività għal mediċini, speċjalment jekk m’intix ċert liema mediċina tikkawża s-sensittività;

    • jekk issofri minn problemi severi fil-fwied.


      L-eġakulazzjoni prematura jista’ jkun li sseħħ minħabba kundizzjoni li tkun teħtieġ sorveljanza medika. Jekk dan il-prodott li jintuża skont l-istruzzjonijiet ma jipprovdix serħan, ikkonsulta tabib.

      Użu mal-kondoms:

    • Fortacin ma jistax jintuża ma’ kondoms tal-irġiel u tan-nisa bla latex magħmulin

      mill-polyurethane minħabba li dawn il-kondoms jistgħu jiddeterjoraw meta jintużaw flimkien ma’ Fortacin u għalhekk jistgħu jonqsu milli jipproteġu kontra l-mard trażmess sesswalment jew it-tqala. Fortacin jista’ jintuża flimkien ma’ apparati ta’ kontraċezzjoni li jkunu magħmulin minn lastku tal-latex, polyisoprene, nitrile u silicone peress li ma ntwera l-ebda deterjorament-. Iċċekkja sewwa minn liema materjal hu magħmul il-kontraċettiv tiegħek jew tas-sieħeb/sieħba tiegħek qabel ma tuża dan il-prodott. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert.

    • Jekk tuża Fortacin mal-kondoms, huwa aktar probabbli li ma tkunx tista’ tiżviluppa jew iżżomm erezzjoni. Huwa wkoll aktar probabbli li jkollok sensazzjoni mnaqqsa fil-pene u madwaru.


      Evita kuntatt aċċidentali:

    • Meta tuża din il-mediċina, b’mod partikolari meta tħejji l-kontenitur, immira l-kontenitur ’il bogħod minn wiċċek biex tevita kuntatt aċċidentali mal-widnejn, l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq.

    • Jekk xi mediċina aċċidentalment tidħol f’għajnejk jew għajnejn is-sieħeb/sieħba tiegħek, laħlaħ immedjatament b’ilma kiesaħ jew b’soluzzjoni salina u pprova żommhom mgħottijin kemm tista’sakemm kwalunkwe effett, bħal tnemnim, jitlaq. Kun af li l-mekkaniżmi protettivi normali, bħal teptip, jew sensazzjoni li daħlet xi ħaġa fl-għajn, jistgħu jkunu assenti sakemm jitlaq

      it-tnemnin.

    • Fortacin ma għandux jiġi f’kuntatt ma’ tambur tal-widnejn danneġġjat.


      Kuntatt ma’ membrani mukużi oħrajn:

    • Fortacin jista’ jiġi wkoll f’kuntatt ma’ membrani mukużi oħrajn bħal ħalqek, imnieħrek jew griżmejk jew dawk tas-s-sieħeb/sieħba tiegħek, u dan jista’ jwassal biex tħosshom xi ftit imtarrxa għal xi ħin qasir. Peress li dan inaqqas il-kapaċità tiegħek li tħoss l-uġigħ f’dawn

      il-partijiet, għandha tingħata aktar attenzjoni biex ma tagħmlilhomx ħsara sakemm jitlaq it-tnemnin.


      Possibbiltà ta’ trasferiment lis-sieħeb/sieħba. eż. fil-vaġina jew fl-anus:

    • Matul l-att sesswali, xi ammont żgħir ta’ din il-mediċina jista’ jiġi ttrasferit eż. lejn il-vaġina jew l-anus. Għalhekk, kemm inti kif ukoll is-sieħeb/sieħba tiegħek tistgħu tħossu tnemnim ħafif għal ħin qasir u għandkom toqogħdu attenti li ma tweġġgħux lilkom infuskom, b’mod partikolari waqt l-attività sesswali. Għal aktar informazzjoni rigward l-effetti sekondarji possibbli

      fis-sieħeb/sieħba, ara sezzjoni 4.


      Jekk inti jew is-sieħeb/sieħba tiegħek tiżviluppaw xi raxx jew irritazzjoni, waqqfu l-użu ta’ Fortacin. Jekk is-sintomi jippersistu, ikkonsulta tabib.


      Tfal u adolexxenti

      Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal jew adolexxenti li għandhom anqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u Fortacin

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Huwa partikolarment importanti li tkellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Fortacin jekk tkun qed tieħu kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin li jistgħu jinteraġġixxu ma’ Fortacin:

    • anestetiċi lokali oħra

    • mediċini għall-qalb (mediċini anti-arritmijaċi)

    • mediċini magħrufa li jżidu r-riskju ta’ disturb li jnaqqas l-ammont ta’ ossiġnu fid-demm (methaemoglobinaemia), bħal dawk elenkati hawn taħt:

      • Benzocaine – anestetiku lokali li jintuża biex jittratta l-uġigħ u l-ħakk

      • Chloroquine, pamaquine, primaquine, quinine – li jintużaw biex jittrattaw il-malarja

      • Metoclopramide – li jintuża biex jittratta sintomi ta’ mard (dardir) u rimettar, inkluż f’pazjenti bl-emigranja

      • Glyceryl trinitrate (GTN, nitroglycerin), isosorbide mononitrate, erythrityl tetranitrate, pentaerythritol tetranitrate u mediċini oħra tan-nitrat u tan-nitrit li jintużaw biex tiġi ttrattata l-anġina (uġigħ fis-sider ikkawżat mill-qalb)

      • Sodium nitroprusside, isosorbide dinitrate – li jintużaw biex tiġi ttrattata pressjoni tad-demm għolja u insuffiċjenza tal-qalb

      • Nitrofurantoin – antibijotiku li jintuża biex jittratta infezzjonijiet urinarji u fil-kliewi

      • Sulphonamides (imsejħa wkoll mediċini sulpha), eż. sulfamethoxazole – antibjotiku li jintuża biex jiġu ttrattati infezzjonijiet fis-sistema urinarja, u sulfasalazine – li jintuża biex jittratta l-marda ta’ Crohn, il-kolite ulċerattiva u l-artrite idjopatika

      • Dapsone – li jintuża biex jiġu ttrattati kondizzjonijiet tal-ġilda bħal-lebbra u d-dermatite u anki biex tipprevjeni l-malarja u pnewmonja f’pazjenti b’riskju għoli

      • Phenobarbital, phenytoin – li jintużaw biex jittrattaw l-epilessija

      • Aċidu para-Aminosalicylic (PAS) – li jintuża biex jittrattaw t-tuberkulożi


        Ir-risku ta’ methaemoglobinaemia jista’ jiżdied ukoll bl-użu ta’ ċerti żebgħat (żebgħa tal-anilina), jew il-naftalina tal-pestiċidi, għalhekk informa lit-tabib tiegħek jekk taħdem b’xi żebgħat jew pestiċidi kimiċi.


        Tqala, treddigħ u fertilità

        Fortacin mhuwiex approvat għall-użu min-nisa.

        Ħu parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina.


        Tqala

        Fortacin- m’għandux jintuża waqt li s-sieħba tiegħek hija tqila sakemm inti ma tużax kondom tal-irġiel effettiv, kif indikat hawn fuq f’sezzjoni 2 “Użu mal-kondoms”, biex tevita l-esponiment tat-tarbija

        fil-ġuf.


        Treddigħ

        Din il-mediċina tista’ tintuża waqt li s-sieħba tiegħek tkun qed tredda’.


        Fertilità

        Fortacin jista’ jnaqqas il-possibbiltà li tinqabad tqila. Għalhekk, il-pazjenti li jixtieq ikollhom it-tfal, għandhom jew jevitaw li jużaw Fortacin, jew, jekk din il-mediċina hija essenzjali biex ikun hemm penetrazzjoni, għandhom jaħslu l-pene glans bl-akbar reqqa possibbli ħames minuti wara li jkun ġiet applikat Fortacin, iżda qabel l-att sesswali.


  3. Kif għandek tuża Fortacin


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata ta’ Fortacin hija ta’ 3 sprejjaturi (3 sprejjaturi = doża waħda) fuq ir-ras tal-pene mill-inqas 5 minuti qabel l-att sesswali. Jistgħu jintużaw massimu ta’ 3 dożi fi żmien 24 siegħa

    b’tal-anqas 4 sigħat bejn kull doża.


    M’għandhiex tinqabeż id-doża massima rakkomandata (3 dożi fi żmien 24 siegħa).


    Struzzjonijiet għall-użu

    • Qabel l-ewwel użu, ħawwad il-kontenitur tal-isprej għal ftit sekondi u mbagħad ħejji

      l-mekkaniżmu tal-pompa billi tisprejja l-valv tliet darbiet fl-arja. Immira l-kontenitur ’il bogħod minn wiċċek biex tevita kuntatt mal-għajnejn, l-imnieħer, il-ħalq u l-widnejn.

    • Qabel kull doża sussegwenti, ħawwad il-kontenitur tal-isprej għal ftit sekondi u mbagħad erġa’ ħejji l-pompa billi tisprejja darba fl-arja.

    • Iġbed lura kwalunkwe prepuzju mir-ras tal-pene. Billi żżomm il-landa wieqfa (il-valv ’il fuq), applika doża waħda (3 sprejjaturi) ta’ Fortacin fuq ir-ras kollha tal-pene, billi tkopri terz tiegħu b’kull sprejjatura.

    • Stenna 5 minuti mbagħad imsaħ kwalunkwe sprej żejjed qabel l-att sesswali. Jekk tuża kondom, hu importanti li timsaħ kwalunkwe sprej żejjed (ara wkoll sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni importanti rigward l-użu mal-kondoms).


      Jekk tuża Fortacin aktar milli suppost

      Jekk tapplika żżejjed, imsħu.


      Is-sintomi ta’ meta Fortacin jintuża żżejjed huma elenkati hawn taħt. Ikkuntattja lit-tabib jew

      lill-ispiżjar tiegħek jekk tesperjenza xi waħda minn dawn. Hemm probabbiltà żgħira ħafna li dawn iseħħu jekk jintuża kif indikat:

    • Tħossok mhux f’siktek jew sturdut

    • Tnemnim tal-ġilda madwar il-ħalq u tnemnim tal-ilsien

    • Togħma anormali

    • Vista mċajpra

    • Żarżir fil-widnejn

    • Hemm ukoll riskju ta’ disturb li jnaqqas l-ammont ta’ ossiġnu fid-demm (methaemoglobinaemia). Dan huwa aktar probabbli meta ċerti mediċini jkunu ttieħdu fl-istess ħin. Jekk jiġri dan, il-ġilda ssir griża fl-ikħal minħabba nuqqas ta’ ossiġnu.


      F’każijiet serji ta’ doża eċċessiva, is-sintomi jistgħu jinkludu aċċessjonijiet, pressjoni tad-demm baxxa, diffikultà biex tieħu nifs, qtugħ ta’ nifs u taħbit tal-qalb mibdul. Dawn l-effetti jistgħu jkunu fatali.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Ġew irrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin b’Fortacin fil-pazjenti rġiel: Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • Inkapaċità li tiġi żviluppata jew tinżamm erezzjoni

    • sensazzjoni mnaqqsa fil-pene jew madwaru

    • sensazzjoni ta’ ħruq fil-pene jew madwaru


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • uġigħ ta’ ras

    • irritazzjoni lokali tal-griżmejn (jekk jinxtamm)

    • irritazzjoni tal-ġilda

    • ħmura fuq il-pene u madwaru

    • nuqqas ta’ eġakulazzjoni matul l-att sesswali

    • orgażmu anormali

    • tnemnim fil-pene u madwaru

    • uġigħ jew skumdità fil-pene u madwaru

    • ħakk fil-pene u madwaru

    • temperatura għolja


      Ġew irrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin b’Fortacin fl-imsieħba sesswali: Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • sensazzjoni ta’ ħruq fil-vaġina u madwarha

    • sensazzjoni mnaqqsa fil-vaġina u madwarha


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • uġigħ ta’ ras

    • irritazzjoni lokali tal-griżmejn (jekk jinxtamm)

    • infezzjoni (Candida) tat-traxx tal-vaġina

    • skumdità fl-anus u l-warrani

    • telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq;

    • diffikultà jew uġigħ waqt li tgħaddi l-awrina

    • uġigħ fil-vaġina

    • skumdità jew ħakk fil-vulva u l-vaġina


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk inti jew is-sieħeb/sieħba sesswali tiegħek ikollkom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Fortacin


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kontenitur tal-isprej u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen f’temperatura taħt 25 °C. Tagħmlux fil-friża. Għandek tarmi l-kontenitur 12-il ġimgħa wara li tużah l-ewwel darba.

    Il-kontenitur tal-metall huwa taħt pressjoni. Ittaqbux, tkissrux u taħarqux anki jekk ikun jidher vojt. Wara li jkunu ngħataw id-dożi kollha, fil-kontenitur ikun jifdal volum ta’fluwidu żejjed li ma jkunx jista’ jintuża.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Fortacin


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Recordati Ireland Ltd. Raheens East Ringaskiddy Co. Cork L-Irlanda


Manifattur

Recordati Industria Chimica e Farmaceutica S.p.A. Via Matteo Civitali 1

20148 Milano L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Recordati Ireland Ltd. Tél/Tel: + 353 21 4379400

Lietuva

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


България

Recordati Ireland Ltd. Teл.: + 353 21 4379400

Luxembourg/Luxemburg Recordati Ireland Ltd. Tél/Tel: + 353 21 4379400


Česká republika Herbacos Recordati s.r.o. Tel: + 420 466 741 915

Magyarország Recordati Ireland Ltd. Tel.: + 353 21 4379400


Danmark

Recordati Ireland Ltd. Tlf: + 353 21 4379400

Malta

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


Deutschland

Recordati Pharma GmbH Tel: + 49 (0) 731 7047 0

Nederland

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


Eesti

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400

Norge

Recordati Ireland Ltd. Tlf: + 353 21 4379400


Ελλάδα

Recordati Hellas Pharmaceuticals A.E. Τηλ: + 30 210-6773822

Österreich

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


España

Casen Recordati, S.L. Tel: + 34 91 659 15 50

Polska

RECORDATI POLSKA sp. z o.o. Tel.: + 48 22 206 84 50


France

Laboratoires BOUCHARA-RECORDATI Tél: + 33 1 45 19 10 00

Portugal

Jaba Recordati, S.A. Tel: + 351 21 432 95 00


Hrvatska

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400

România

Recordati România S.R.L. Tel: + 40 21 667 17 41


Ireland

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400

Slovenija

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400

Ísland

Recordati Ireland Ltd. Sími: + 353 21 4379400

Slovenská republika Herbacos Recordati s.r.o. Tel: + 420 466 741 915


Italia

Recordati Industria Chimica e Farmaceutica S.p.A.

Tel: + 39 02 487871

Suomi/Finland

Recordati Ireland Ltd. Puh/Tel: + 353 21 4379400


Κύπρος

Recordati Ireland Ltd. Τηλ: + 353 21 4379400

Sverige

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


Latvija

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400

United Kingdom (Northern Ireland)

Recordati Ireland Ltd. Tel: + 353 21 4379400


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}>


Informazzjoni dettaljata u aġġornata dwar din il-mediċina hi disponibbli billi tiskennja l-kodiċi QR t’hawn taħt u l-kartuna ta’ barra bi smartphone.

L-istess informazzjoni hi disponibbli wkoll fuq il-URL li ġej: www.fortacin.eu KodiċiQR www.fortacin.eu


.