Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NeuroBloc
botulinum toxin type B

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NeuroBloc 5000 U/ml soluzzjoni għall-injezzjoni Tossina Botulinum ta’ Tip B


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

  1. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NeuroBloc

Is-sustanza attiva hija Tossina Botulinum ta’ Tip B. Millilitru wieħed (1 ml) fih 5000 U.


Kunjett ta’ 0.5 ml fih 2500 U ta’ Tossina Botulinum ta’ Tip B. Kunjett ta’ 1 ml fih 5000 U ta’ Tossina Botulinum ta’ Tip B. Kunjett ta’ 2 ml fih 10,000 U ta’ Tossina Botulinum ta’ Tip B.


Is-sustanzi l-oħra huma disodium succinate, sodium chloride, soluzzjoni ta’ human serum albumin, hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH), u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher NeuroBloc u l-kontenut tal-pakkett

NeuroBloc hu ppreżentat bħala soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett tal-ħġieġ li fih 0.5 ml (2500 Unità),

1.0 ml (5000 Unità) jew 2.0 ml (10,000 Unità). Is-soluzzjoni hi ċara u bla kulur sa isfar ċar. Daqs tal-pakkett ta’ 1.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Sloan Pharma S.à.r.l.

33, Rue du Puits Romain 8070 Bertrange

Il-Lussemburgu


Manifattur

Almac Pharma Services Limited Seagoe Industrial Estate Portadown

Craigavon

BT63 5UA

Ir-Renju Unit


u


Almac Pharma Services (Ireland) Limited Finnabair Industrial Estate

Dundalk Co. Louth

A91 P9KD

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


ae@sloanpharma.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss: ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU U MANIĠĠAR U GĦAR-RIMI

NeuroBloc hu pprovdut f’kunjetti biex jintuża darba biss.


Il-prodott mediċinali hu lest biex jintuża u l-ebda rikostituzzjoni mhi meħtieġa. Iċċaqlaqx bis-saħħa.


Biex tippermetti d-diviżjoni tad-doża totali bejn diversi injezzjonijiet, NeuroBloc jista’ jiġi dilwit b’sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni (ara sezzjoni 4.2 tas-Sommarju tal- Karatteristiċi tal-Prodott). Dawn id-dilwizzjonijiet b’sodium chloride għandhom isiru f’siringa, billi l- ewwel tiġbed l-ammont mixtieq ta’ NeuroBloc ġos-siringa, u mbagħad iżżid sodium chloride ġos- siringa. F’esperimenti mhux kliniċi, soluzzjoni ta’ NeuroBloc ġiet dilwita sa 6 darbiet mingħajr ma rriżultat l-ebda bidla fil-potenza. Ġaladarba dilwit, il-prodott mediċinali jrid jintuża immedjatament għax il-formulazzjoni ma fihiex preservattiv.


Kwalunkwe soluzzjoni mhux użata, il-kunjetti kollha skaduti ta’ NeuroBloc u t-tagħmir li jintuża fl- għoti tal-prodott mediċinali, għandhom jintremew b’attenzjoni bħala Skart Mediku Bijoperikoluż, kif jitolbu l-liġijiet lokali. Il-kunjetti għandhom jiġu eżaminati viżwalment qabel l-użu. Jekk is-soluzzjoni ta’ NeuroBloc ma tkunx ċara u bla kulur/isfar ċar jew jekk il-kunjett jidher li jkun fih il-ħsara, il- prodott m’għandux jintuża, u għandu jintrema bħala Skart Mediku Bijoperikoluż, kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Iddekontamina kwalunkwe tixrid b’10% ta’ soluzzjoni korrożiva, jew soluzzjoni ta’ sodium hypochlorite (chlorine bleach domestiku –2 ml (0.5%): 1 litru ta’ ilma). Ilbes ingwanti li ma jgħaddix ilma minnhom u iġbed il-likwidu b’assorbent adattat. Poġġi t-tossina assorbita f’borża autoclave, issiġillaha u ipproċessaha bħala Skart Mediku Bijoperikoluż, kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Tużax wara d-data ta’ skadenza stampata fuq il-kunjett.