Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Locatim (previously Serinucoli)
Locatim, oral solution for neonatal calves less than 12 hours of age


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Locatim soluzzjoni orali għal għoġġiela tat-twelid li għandhom anqas minn 12-il siegħa


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ u l-manifattur respon sab b li g ħ all -ħru g tal -lott: Biokema Anstalt

    Pflugstrasse 12

    9490 Vaduz

    FŰRSTENTUM LIECHTENSTEIN


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Locatim huwa soluzzjoni orali għal għoġġiela tat-twelid li għandhom anqas minn 12-il siegħa


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Konċentrat tal-lattoserum ta’ l-ifrat li fih Immunoglobilini G li jaġixxu kontra E. coli F5 (K99) adhesin

    2.8* log10/ml

    *Bil-metodu ta’ ELISA


    Methyl parahydroxybenzoate 0.8 mg/ml.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Tnaqqis fil-mortalità ikkaġunata minn enterotossikożi assoċjata ma’ E. coli F5 (K99) adhesin matul l- ewwel jiem ta’ ħajja bħala suppliment għal kolostrum mingħand il-baqra.


  5. KUNTRADIZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Xejn li hu magħruf.

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma

    ħadmitx,, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Għoġġiela li għadhom kif jitwieldu li għandhom anqas minn 12-il siegħa.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Teħid mill-ħalq ta’ 60 ml kemm jista’ jkun malajr, preferibbilment mogħtija fl-ewwel 4 siegħat, imma mhux aktar minn 12-il siegħa wara t-twelid.

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Il-prodott għandu jingħata kif inhu jew imħallatfil-ħalib jew f'dak li jingħata minflok il-ħalib fl-ewwel 12-il siegħa ta’ ħajjet l-għoġol, kemm jista’ jkun malajr wara li jibda jirrispondi. Jekk l-għoġol isibha bi tqila biex jieħu l-prodott, għandu jingħata permezz ta’ siringa ordinarja mpoġġija fil-ħalq.


    L-għoġol għandu jingħata kolostrum normali ieħor minbarra l-prodott.


    Fin-nuqqas ta’ informazzjoni li turi b’mod speċifiku l-ħarsien tas-saħħa ta’ aktar minn doża ripetuta, huwa rrakkomandat li l-għoġġiela jingħataw doża waħda biss


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Xejn.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen fil-friġġ (2C – 8C).

    Żomm il-flixkun fil-pakkett ta’ barra.

    Tiffriżax.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali ghal kull speci għal x’hiex huwa indikat:

    Il-prodott jiġi magħmul minn kolostrum miġbur mill-baqar miżmuma taħt kundizzjonijiet fil-beraħ. Sussegwentement, barra anti-korpi għal vaċċinazzjoni għal E.Coli F5 (K99) huwa fih ukoll anti-korpi għal organiżmi oħra, bħala riżultat ta’ vaċċinazzjoni u/jew espożizzjoni tal-baqar li minnhom jittieħed il-kolostrum, għal organiżmi fl-ambjent tagħhom. Għalhekk wieħed irid ikun konxju dwar dan meta jiġu ppjanati programmi ta’ vaċċinazzjoni għal għoġol li jieħdu Locatim.


    Prekawzjonijiet speċjali għall -użu fl-annimali:

    Dan il-prodott jista’ jkun fih anti-korpi diretti kontra l-virus tal- BVD.


    Tqala u treddigħ:

    Dan il-prodott mhux maħsub biex jintuża waqt it-tqala u t-treddiegħ.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-prodott mediċinali veterinarju immunoloġiku jekk jintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il prodott mediċinali veterinarju immunoloġiku qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessi va (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Effetti mhux mixtieqa li jgħaddu li huma żjieda fit-temperatura korporja u żjieda fir-rata ta’ respirazzjoni intwerew meta l-prodott ġie mogħti f’doża doppja.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilita, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-prodott jissuplimenta l-proprjetajiet protettivi ta’ kolostrum kontra E.coli F5 (K99) adhesin. Daqs tal-kontenitur: 1, 6, 12, 24 jew 48 flixkun ta’ 60 ml

Il-manifattura, l-importazzjoni, il-pussess, il-bejgħ, il-provvista u/jew l-użu ta' Locatim huwa pprojbit jew jista’ jkun ipprojbit f'ċertu Stati Membri fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu taħt leġizlazzjoni nazzjonali. Kull persuna li għandha l-ħsieb li timmanifattura, timporta, tieħu pussess, tbiegħ, tipprovdi u/jew tuża Locatim għandha tikkonsulta ma’ l-Awtorità Kompetenti ta’ l-Istat Membru dwar il-programmi ta' tilqim fis-seħħ qabel ma timmanifattura, timporta, tieħu pussess, tbiegħ, tipprovdi u/jew tuża.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ