Paġna ewlenija Paġna ewlenija

TachoSil
human fibrinogen, human thrombin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


TachoSil, matriċi siġillanti

fibrinoġen tal-bniedem/trombin tal-bniedem


Aqra sew dan il-fuljett kollu b’attenzjoni.


Kif jidher TachoSil u l-kontenut tal-pakkett


TachoSil hija matriċi siġillanti magħmula mill-collagen, li hija miksija fuq in-naħa s-safra b’fibrinoġen tal-bniedem u trombin tal-bniedem.


Il-prodott huwa disponibbli f’daqsijiet differenti u jiġi f’pakketti li jesgħu sa 5 unitajiet: Pakkett bi matriċi waħda ta’ 9.5 ċm x 4.8 ċm

Pakkett b’2 matriċi ta’ 4.8 ċm x 4.8 ċm Pakkett bi matriċi waħda ta’ 3.0 ċm x 2.5 ċm Pakkett b’5 matriċi ta’ 3.0 ċm x 2.5 ċm

Matriċi waħda rumblata bil-lest ta’ 4.8 ċm x 4.8 ċm


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Corza Medical GmbH Speditionsstraße 21

40221 Düsseldorf

Il-Ġermanja


Manifattur


Takeda Austria GmbH St. Peter Strasse 25

A-4020 Linz

L-Awstrija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar/SSSS}


.


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU


Aqra dan qabel ma tiftaħ il-pakkett:

TachoSil tiġi f’pakketti sterili u għalhekk huwa importanti:



Struzzjonijiet

Uża l TachoSil f’kundizzjonijiet sterili biss.


Ara liema daqs ta’ tachoSil huwa meħtieġ. Id-daqs tal-matriċi siġillanti jiddependi mid-daqs tal-ferita. Iżda, jekk jogħġbok kun af li l-matriċi għandha tgħatti 1-2 ċm aktar mit-truf tal-ferita. Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar minn matriċi waħda, il-matriċi għandhom jitrikkbu fuq xulxin. Għal feriti iżgħar, eż f’kirurġija minimament invażiva, id-daqsijiet żgħar (4.8 x 4.8 ċm jew 3.0 x 2.5 ċm) jew TachoSil irrumblat bil-lest (4.8 ċm x 4.8 ċm) hu rakkomandat. TachoSil tista’ tinqata’ għad-daqs eżatt u tingħata l-forma sabiex titfassal skont il-ferita.


  1. Imsaħ il-ferita bil-mod qabel ma’ TachoSil titpoġġa fuq il-ferita. Fsada qawwija għandha titwaqqaf b’mod kirurġiku.


  2. Iftaħ il-pakkett sterili ta’ ġewwa u oħroġ l-matriċi. Xarrab l-matriċi llixxata ta’ TachoSil minn qabel fis-soluzzjoni bil-melħ u poġġiha fuq il-ferita mal-ewwel (jekk il-ferita tkun imxarrba għal kollox bid-demm u bi fluwidi oħra, ma hemmx bżonn li l-matriċi tixxarrab qabel l-applikazzjoni).TachoSil rumblata bil-lest m’għandiex tkun titnidi minn qabel qabel ma tgħaddi minn ġot-trocar jew il-port.


  3. Naddaf l-istrumenti kirurġiċi, ingwanti u t-tessuti fil-qrib, jekk ikun hemm bżonn. TachoSil jista' jeħel ma' strumenti kirurġiċi, jew mal-ingwanti jew ma' tessuti li jmissu miegħu miksija bid-demm Huwa importanti li jiġi nnotat li nuqqas li wieħed inaddaf it-tessuti li jmissu miegħu jista' jikkawża adeżjonijiet.


  4. Jekk ser jintuża trocar għall-aċċess għall-ġerħa, il-parti ta’ ġewwa ta’ trocar għandu jkun xott.

    Huwa rakkomandat li tneħħi l-parti ta’ fuq tat-trocar qabel ma tgħaddi it-TachoSil irrumblat billest minn ġot-trocar.


  5. Poġġi n-naħa attiva ta’ kulur isfar ta’ TachoSil fuq il-ferita. Żomm TachoSil ’l isfel bi pressjoni ħafifa għal 3-5 minuti. Uża ingwanta mxarrba jew kuxxinett imxarrab sabiex TachoSil tinżamm f’postha. Għal kirurġija minimament invażiva, il-matriċi rumblata bil-lest tista’ tinħall mal-istrumenti fuq is-sit t’applikazzjoni. TachSil mhix mħollha għandha mbagħad tiġi mxarrba fis-sit t’applikazzjoni b’pad niedja u għandha tinżamm fil-post taħt pressjoni ħafifa għal 3-5 minuti.


  6. Neħħi l-pressjoni ħafifa bil-mod wara 3-5 minuti. Sabiex tkun ċert li TachoSil ma teħilx mal- ingwanta jew mat-tajjar mxarrab, u tinqala’ minn mal-ferita, TachoSil tista’ tinżamm minn tarf wieħed eż. billi tintuża pinzetta. Ma hemm l-ebda prodott residwu li jrid jitneħħa, il- matriċi kollha ddub (tiġi risorbita)!

Traċċabilità

Sabiex tittejjeb it-traċċabilità tal-prodotti mediċinali bijoloġiċi, l-isem u n-numru tal-lott tal-prodott amministrat għandhom jiġu rrekordjati.