Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bravecto
fluralaner


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Bravecto 112.5 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb żgħar ħafna (2-4.5 kg) Bravecto 250 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb żgħar (>4.5-10 kg) Bravecto 500 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb ta’daqs medju (>10-20 kg) Bravecto 1,000 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb kbar (>20-40 kg) Bravecto 1,400 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb kbar ħafna (40-56 kg)


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Intervet International B. V.

    Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer

    L-OLANDA


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet GesmbH

    Siemensstrasse 107

    1210 Vienna L-AWSTRIJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Bravecto 112.5 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb żgħar ħafna (2 - 4.5 kg) Bravecto 250 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb żgħar (4.5 - 10 kg) Bravecto 500 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb ta’daqs medju (10 - 20 kg) Bravecto 1,000 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb kbar (20 - 40 kg) Bravecto 1,400 mg pilloli li jintmagħdu għal klieb kbar ħafna (40 - 56 kg)


    fluralaner


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull Bravecto pillola li tintmagħad fiha:


    Bravecto pilloli li jintmagħdu

    Fluralaner (mg)

    għal klieb żgħar ħafna (2 - 4.5 kg)

    112.5

    għal klieb żgħar (>4.5 - 10 kg)

    250

    għal klieb ta’daqs medju (>10 - 20 kg)

    500

    għal klieb kbar (>20 - 40 kg)

    1,000

    għal klieb kbar ħafna (>40 - 56 kg)

    1,400


    Pillola kannella ċar jew skur b’wiċċ tond lixx jew ftit aħrax. Jista’ jidher xi rħamar, frak jew it-tnejn.


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet ta’ qurdien u ta’ briegħed fuq il-klieb.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa insettiċida u akaraċida sistemiku li jipprovdi

    • azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-bergħud (Ctenocephalides felis) għal 12-il ġimgħa,

    • azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-qurdien (Ixodes ricinus, Dermacentor reticulatus u Dermacentor variabilis) għal 12-il ġimgħa.

    • azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-qurdiena (Rhipicephalus sanguineus) għal 8 ġimgħat.


      Il-briegħed u l-qurdien iridu jeħlu mal-annimal ospitanti u jibdew jieklu sabiex jiġu esposti għas- sustanza attiva.


      Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ trattament għal kontroll ta’ flea allergy dermatitis (FAD).


      Għat-trattament tad-demodikożi ikkawżat minn Demodex canis.

      Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bis-sarcoptic mange (Sarcoptes scabiei var. canis). Għal tnaqqis fir-riskju ta`infezzjoni bil- Babesia canis canis bit-trassmissjoni permezz ta`

      Dermacentor reticulatus sa 12 il-ġimgħa. L-effett huwa ndirett minħabba l-attivita kontra l-vettur.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv jew ingredjenti oħra mhux attivi.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Effetti gastrointestinali ħfief u li jgħaddu bħal dijarea, remettar, nuqqas t’aptit u tlegħib ġew osservati b’mod komuni fi studji kliniċi (1.6% tal-klieb ittrattati).


    Telqa, rogħda fil-muskoli, atassja u konvulżjonijiet kienu rrappurtati rari ħafna f’rapporti spontanji. Il-biċċa l-kbira tal-effetti mhux mixtieqa rrappurtati kienu limitati u ta' tul qasir.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa, anki dawk mhux diġà mniżżla f’dan il-fuljett jew tahseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lill-veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għall-użu orali.


    Bravecto pilloli li jintmagħdu għandhom jiġu amministrati skont it-tabella li ġejja (li tikkorrispondi għal doża ta’ 25 - 56 mg fluralaner/kg piż f’faxxa waħda ta’ piż):


    Piż tal-kelb (kg)

    Saħħa u numru ta’ pilloli li għandhom jiġu amministrati

    Bravecto

    112.5 mg

    Bravecto 250 mg

    Bravecto 500 mg

    Bravecto 1,000 mg

    Bravecto 1,400 mg


    2 - 4.5

    1

    >4.5 - 10

    1

    >10 - 20

    1

    >20 - 40

    1

    >40 - 56

    1


    Għall-klieb ta’ piż akbar minn 56 kg uża taħlita ta’ żewġ pilloli li l-aktar iqarrbu lejn il-piż tal-kelb.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Il-pilloli li jintmagħdu m’għandhomx jinkisru jew jinqasmu.

    Amministra Bravecto pilloli li jintmagħdu fil-ħin jew viċin il-ħin tal-ikel.


    Bravecto hija pillola li tintmagħad u hija aċċettata sew mill-biċċa l-kbira tal-klieb. Jekk il-pillola ma titteħidtx b’mod volontarju mill-kelb, din tista’ tingħata wkoll mal-ikel jew direttament fil-ħalq. Il-kelb għandu jiġi osservat waqt l-amministrazzjoni biex ikun ikkonfermat li l-pillola imbelgħet.


    Skeda tat-trattament:

    Għall-aqwa kontroll ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed, il-prodott mediċinali veterinarju għandu jiġi amministrat f’intervalli ta’ 12-il ġimgħa. Għall-aqwa kontroll ta’ infestazzjonijiet tal-qurdien, iż-żmien

    biex terġa’ tittratta jiddependi fuq l-ispeċi ta’ qurdien. Ara sezzjoni 4.

    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bid-Demodex canis, għandha tingħata doża waħda tal-prodott. Billi id-demodikożi hija marda b’ħafna fatturi, huwa tal-parir li wieħed jittratta ukoll mard ieħor kif

    jixraq.

    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bis- sarcoptic mange (Sarcoptes scabiei var. canis), għandha tingħata doża waħda tal-prodott. Il-bżonn ta’ ripetizzjoni tat-trattament u l-frekwenza għandhom ikunu skont il-parir tal-veterinarju kuranti.


  10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza li hemm murija fuq il-folja wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:

    Il-parassiti jridu jibdew jieklu minn fuq l-annimal ospitanti sabiex jiġu esposti għal fluralaner;għalhekk ir-riskju li jiġi trasmess mard li jinġarr mill-parassiti (inklus Babesia canis canis )

    ma jistax jiġi eskluż kompletament.

    Il-parassiti jridu jibdew jieklu minn fuq l-annimal ospitanti sabiex jiġu esposti għal fluralaner; għalhekk ir-riskju li jiġi trasmess mard li jinġarr mill-parassiti ma jistax jiġi eskluż.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Uża b’kawtela fi klieb li diġà jsofru mill-epilessija.

    Fin-nuqqas ta’ data disponibbli, il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fuq ġriewi ta’ anqas minn 8 ġimgħat u/jew klieb li jiżnu anqas minn 2 kg.

    Il-prodott m’għandux jiġi amministrat f’intervalli iqsar minn 8 ġimgħat billi is-sigurtà ta’ intervalli iqsar ma ġietx studjata.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Biex tevita li tfal ikollhom aċċess għall-prodott, żommu fil-pakkett oriġinali sakemm tużah. Ġew rappurtati reazzjonijiet ta’ ipersensittività fin-nies.

    Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li żżomm il-prodott.

    Aħsel idejk sew bis-sapun u l-ilma immedjatament wara li tuża l-prodott.


    Tqala, treddigħ u fertilità:

    Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jintuża fil-klieb għat-tgħammir, waqt it-tqala u fit-treddigħ.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Fluralaner jabbina b’mod qawwi mal-proteini tal-plażma u jista’ jikkompeti ma’ sustanzi attivi oħra li jabbinaw b’mod qawwi bħal non-steroidal anti-inflammatory drugs (NSAIDs) u d-derivat tal-kumarin,

    il-worfarina. L-inkubazzjoni tal-fluralaner fil-preżenza ta’ carprofen jew worfarina fil-livelli massimi

    mistennija fil-plażma tal-klieb, ma naqqsux l-abbinar mal-proteini tal-fluralaner, carprofen jew worfarina.

    Waqt studji kliniċi ma kienu osservati l-ebda interazzjonijiet bejn Bravecto pilloli li jintmagħdu għal

    klieb u prodotti mediċinali veterinarji użati b’mod regolari.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Is-sigurtà ntweriet f’annimali għat-tgħammir, waqt it-tqala u fit-treddigħ li ġew ittrattati b’dożi eċċessivi sa 3 darbiet aktar mid-doża massima rakkomandata.

    Is-sigurtà ntweriet fi ġriewi ta’ 8 - 9 ġimgħat u jiżnu 2.0 - 3.6 kg ittrattati b’dożi eċċessivi sa 5 darbiet aktar mid-doża massima rakkomandata fi tliet okkażjonijiet f’intervalli iqsar minn dawk rakkomandati

    (intervalli ta’ 8 ġimgħat).

    Il-prodott mediċinali veterinarju kien ittollerat sew f’Collies b’multidrug-resistance-protein 1 (MDR1 -

    /-) defiċjenti wara doża waħda amministrata mill-ħalq f’doża 3 darbiet aktar mid-doża rakkomandata.


    Inkompatibilitajiet maġġuri: Xejn li hu magħruf.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-prodott jikkontribwixxi lejn il-kontroll tal-popolazzjoni tal-briegħed fl-ambjent f’dawk il-postijiet li għalihom għandhom aċċess il-klieb ittrattati.

Il-bidu tal-effett huwa fi żmien 8 sigħat mit-twaħħil tal-bried (C. felis) u 12 il-sigħa mit-twaħħil tal- I.

ricinus u 48 sigħa għall-qurdien tal- D. reticulatus.

Kaxxa tal-kartun bi strixxa tal-aluminju ssiġillata b’għatu tal-folja tal-PET aluminju li fiha pillola, 2 jew 4 pilloli.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Bravecto 112.5 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna (2 - 4.5 kg) Bravecto 250 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar (>4.5 - 10 kg) Bravecto 500 mg soluzzjoni spot-on għal klieb ta’daqs medju (>10 - 20 kg) Bravecto 1,000 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar (>20 - 40 kg) Bravecto 1,400 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar ħafna (>40 - 56 kg)


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Intervet International B. V.

    Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer

    L-OLANDA


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet Productions

    Rue de Lyons 27460 Igoville

    FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Bravecto 112.5 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna (2 - 4.5 kg) Bravecto 250 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar (>4.5 - 10 kg) Bravecto 500 mg soluzzjoni spot-on għal klieb tadaqs medju (>10 - 20 kg) Bravecto 1,000 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar (>20 - 40 kg) Bravecto 1,400 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar ħafna (>40 - 56 kg) fluralaner


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull ml fiha 280 mg fluralaner. Kull pipetta tagħti:


    Kontenut tal-

    pipetta (ml)

    Fluralaner

    (mg)

    għal klieb żgħar ħafna 2 - 4.5 kg

    0.4

    112.5

    għal klieb żgħar >4.5 - 10 kg

    0.89

    250

    għal klieb ta’daqs medju >10 - 20 kg

    1.79

    500

    għal klieb kbar >20 - 40 kg

    3.57

    1,000

    għal klieb kbar ħafna >40 - 56 kg

    5.0

    1,400


    Soluzzjoni ċara bla kulur jew fl-isfar.


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet ta’ qurdien u ta’ briegħed fuq il-klieb.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa insettiċida u akaraċida sistemiku li jipprovdi:

    • azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-bergħud (Ctenocephalides felis u C. canis) għal 12-il ġimgħa,

    • azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-qurdien (Ixodes ricinus, Rhipicephalus sanguineus u

      Dermacentor reticulatus) għal 12-il ġimgħa.


      Il-briegħed u l-qurdien iridu jeħlu mal-annimal ospitanti u jibdew jieklu sabiex jiġu esposti għas- sustanza attiva.


      Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ trattament għall-kontroll ta’ flea allergy dermatitis (FAD).


      Għat-trattament tad-demodikożi ikkawżat minn Demodex canis.


      Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bis-sarcoptic mange (Sarcoptes scabiei var. canis).


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv jew ingredjenti oħra mhux attivi.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet tal-ġilda, ħfief u li jgħaddu bħal eritema jew alopexja fis-sit tal-applikazzjoni ġew osservati b’mod komuni fi studji kliniċi (1.2% tal-klieb ittrattati).

    Remettar, telqa u anoressija kienu rrappurtati rari ħafna f’rapporti spontanji wara l-użu tal-prodott.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa, anki dawk mhux diġà mniżżla f’dan il-fuljett jew tahseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lill-veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għall-użu bħala spot-on.


    Bravecto għandu jiġi amministrat skont it-tabella li ġejja (li tikkorrispondi għal doża ta’ 25 - 56 mg fluralaner/kg piż korporju):


    Piż korporju tal-kelb (kg)

    Saħħa u numru ta’ pipetti li għandhom jiġu amministrati

    Bravecto

    112.5 mg

    Bravecto 250 mg

    Bravecto 500 mg

    Bravecto 1,000 mg

    Bravecto 1,400 mg

    2 - 4.5

    1

    >4.5 - 10

    1

    >10 - 20

    1

    >20 - 40

    1


    Piż korporju tal-kelb (kg)

    Saħħa u numru ta’ pipetti li għandhom jiġu amministrati

    Bravecto

    112.5 mg

    Bravecto 250 mg

    Bravecto 500 mg

    Bravecto 1,000 mg

    Bravecto 1,400 mg

    >40 - 56

    1


    Għall-klieb ta’ piż akbar minn 56 kg uża taħlita ta’ żewġ pipetti li l-aktar iqarrbu lejn il-piż korporju.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Metodu tal-amministrazzjoni

    image

    L-ewwel: Immedjatament qabel l-użu, iftaħ il-qartas u oħroġ il-pipetta. Ilbes l-ingwant. Il-pipetta għandha tinżamm mill-qiegħ jew mill-parti l-iebsa ta’ fuq taħt it- tapp f’pożżizzjoni wieqfa (il-ponta ’l fuq) biex tinfetaħ.

    It-tapp għandu jiddawwar dawra waħda b’mod orarju jew anti-orarju. It-tapp jibqa’ fuq il-pipetta; mhuwiex

    possibbli li jitneħħa. Meta s-siġill jinħass li nkiser, il-

    pipetta tkun miftuħa u lesta għall-applikazzjoni.


    It-tieni: Waqt l-applikazzjoni, il-kelb għandu jkun wieqaf jew mimdud b’daru orizzontali. Qiegħed il- ponta tal-pipetta wieqfa mal-ġilda bejn l-għadmiet tal-ispalel tal-kelb.


    It-tielet: Agħfas il-pipetta bil-mod u applika l-kontenut kollu direttament mal-ġilda tal-kelb f’post wieħed (meta l-volum ikun żgħir) jew f’diversi postijiet matul il-linja dorsali tal-kelb mill-ispalla sal- bażi tad-denb. Evita li tapplika aktar minn 1 ml f’post wieħed għax din tista’ tqattar u taqa’ minn fuq il-kelb.


    image


    Skeda tat-trattament

    Għall-aħjar kontroll ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed u tal-qurdien, il-prodott mediċinali veterinarju għandu jiġi amministrat f’intervalli ta’ 12-il ġimgħa.

    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bid-Demodex canis, għandha tiġi applikata doża waħda tal-

    prodott.

    Billi id-demodikożi hija marda b’ħafna fatturi, huwa tal-parir li wieħed jittratta ukoll mard ieħor kif jixraq.

    Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet bis- sarcoptic mange (Sarcoptes scabiei var. canis), għandha tiġi applikata doża waħda tal-prodott. Il-bżonn ta’ ripetizzjoni tat-trattament u l-frekwenza għandhom ikunu skont il-parir tal-veterinarju kuranti.


  10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandu bżonn tal-ebda kundizzjoni speċjali sabiex jinħażen. Il- pipetti għandhom jinżammu fil-pakkett ta’ barra biex jiġi evitat telf tas-solvent jew li tidħol l-umdità. Il- qratas għandhom jinfetħu biss immedjatament qabel l-użu.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-folja wara EXP. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speci għal xiex huwa indikat:

    Il-parassiti jridu jibdew jieklu minn fuq l-annimal ospitanti sabiex jiġu esposti għal fluralaner; għalhekk ir-riskju li jiġi trasmess mard li jinġarr mill-parassiti ma jistax jiġi eskluż.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat kuntatt mal-għajnejn tal-annimal. Tużax direttament fuq feriti tal-ġilda.

    Taħsilx il-kelb u tħallihx jidħol fl-ilma jew jgħum f’ilma ġieri fi żmien 3 ijiem mit-trattament.

    Fin-nuqqas ta’ data disponibbli, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fuq ġriewi ta’ anqas minn 8 ġimgħat u/jew klieb li jiżnu anqas minn 2 kg.

    Il-prodott m’għandux jiġi amministrat f’intervalli iqsar minn 8 ġimgħat billi is-sigurtà ta’ intervalli

    iqsar ma ġietx studjata.

    Dan il-prodott huwa għal użu topikali u m’għandux jingħata mill-ħalq.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Għandu jiġi evitat il-kuntatt mal-prodott u għandhom jintlibsu ingwanti protettivi b’użu ta’ darba, li jiġu akkwistati mal-prodott mill-post tal-bejgħ, meta jintmiss il-prodott, għar-raġunijiet li ġejjin: Ġew rappurtati, f’numru żgħir ta’ persuni, reazzjonijiet ta’ ippersensittività li potenzjalment jistgħu

    jkunu serji.

    Persuni b’ippersensittività għall-fluralaner jew għal kwalunkwe sustanza oħra għandhom jevitaw li jiġu esposti għall-prodott.

    Il-prodott jeħel mal-ġilda u jista’ jeħel ukoll mal-uċuħ wara li jinxtered il-prodott. Raxx tal-ġilda,

    tnemnim, nuqqas ta’ ħass ġew irrappurtati minn numru żgħir ta’ individwi wara kuntatt mal-ġilda. Jekk iseħħ kuntatt mal-ġilda, aħsel ir-roqgħa affettwata fil-pront bis-sapun u l-ilma. F’xi każijiet is-

    sapun u l-ilma ma jkunux biżżejjed biex ineħħu l-prodott imxerred minn mas-swaba.

    Kuntatt mal-prodott jista’ jseħħ ukoll meta tmiss l-annimal ittrattat.

    Kun żgur li ż-żona tal-applikazzjoni fuq l-annimal tiegħek ma tibqax tidher qabel ma jerġa’ jkun hemm kuntatt maż-żona tal-applikazzjoni. Dan jinkludi tmellis tal-annimal u rqad fl-istess sodda mal-

    annimal. Iż-żona tal-applikazzjoni ddum madwar 48 siegħa biex tinxef imma ddum tidher aktar fit-tul. Jekk iseħħu reazzjonijiet tal-ġilda, kellem tabib u wrih il-pakkett tal-prodott.

    Nies b’ġilda sensittivà jew b’allerġiji ġeneralizzati magħrufa eż. għal prodotti mediċinali veterinarji tal-istess tip għandhom imissu b’kawtela l-prodott mediċinali veterinarju kif ukoll l-annimali ttrattati. Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni tal-għajnejn. F`każ ta` kuntatt mal-għajnejn, laħlaħ sew

    immedjatament bl-ilma.

    Dan il-prodott huwa ta’ ħsara jekk jinbela’. Żomm il-prodott fil-pakkett oriġinali sakemm tużah biex tevita li tfal ikollhom aċċess dirett għal prodott. Pipetta użata għandha tintrema fil-pront. F’każ li jinbela

    b’mod aċċidentali, fittex parir mediku fil-pront u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Il-prodott huwa fjammabli ħafna. Żomm il-bogħod mis-sħana, xrar, fjammi mikxufa jew sorsi oħra li jaqbdu.

    F`kas ta` tixrid, per eżempju fuq wiċc tal-mejda jew fl-art, neħħi l-prodott żejjed billi tuża tissue paper u naddaf is-sit bid-deterġent.


    Tqala, treddigħ u fertilità:

    Jista’ jintuża fil-klieb għat-tgħammir, klieb tqal jew li qed ireddgħu.

    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni: Xejn li hu magħruf.

    Fluralaner jabbina b’mod qawwi mal-proteini tal-plażma u jista’ jikkompeti ma’ sustanzi attivi oħra li jabbinaw b’mod qawwi bħal non-steroidal anti-inflammatory drugs (NSAIDs) u d-derivat tal-kumarin,

    il-worfarina. L-inkubazzjoni tal-fluralaner fil-preżenza ta’ carprofen jew worfarina fil-livelli massimi mistennija fil-plażma tal-klieb, ma naqqsux l-abbinar mal-proteini tal-fluralaner, carprofen jew worfarina.

    Waqt studji kliniċi ma kienu osservati l-ebda interazzjonijiet bejn Bravecto pilloli li jintmagħdu għal klieb u prodotti mediċinali veterinarji użati b’mod regolari.


    Doża eċċessiva:

    Is-sigurtà ntweriet fi ġriewi ta’ 8 - 9 ġimgħat u li jiżnu 2.0 - 3.7 kg ittrattati b’dożi eċċessivi sa 5 darbiet aktar mid-doża massima rakkomandata fi tliet okkażjonijiet f’intervalli iqsar minn dawk

    rakkomandati (intervalli ta’ 8 ġimgħat).

    Is-sigurtà ntweriet fil-klieb fit-tgħammir, waqt it-tqala u fit-treddigħ ittrattati b’dożi eċċessivi sa 3 darbiet aktar mid-doża massima rakkomandata

    Il-prodott mediċinali veterinarju kien ittollerat sew f’Collies b’multidrug-resistance-protein 1 (MDR1 -

    /-) defiċjenti wara doża waħda amministrata mill-ħalq f’doża 3 darbiet aktar mid-doża rakkomandata.


    Inkompatibilitajiet: Xejn li hu magħruf.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-prodott jikkontribwixxi lejn il-kontroll tal-popolazzjoni tal-briegħed fl-ambjent f’dawk il-postijiet li għalihom għandhom aċċess il-klieb ittrattati.

  1. effett jibda jintlaħaq fi żmien 8 sigħat għal briegħed (C. felis) u fi żmien 12-il siegħa għal qurdien (I. ricinus).

    Pipetta b’doża waħda, magħmula minn aluminju llaminat/folja tal-polypropylene magħluqa b’tapp tal-

    HDPE u ppakkjata f’qartas tal-folja tal-aluminju llaminat. Kull kaxxa tal-kartun fiha pipetta waħda jew żewġ pipetti u par ingwanti għal kull pippetta.

    Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

    FULJETT TA’ TAGĦRIF:

    Bravecto 112.5 mg soluzzjoni spot-on għal qtates żgħar (1.2 – 2.8 kg) Bravecto 250 mg soluzzjoni spot-on għal qtates ta’daqs medju (>2.8 – 6.25 kg) Bravecto 500 mg soluzzjoni spot-on għal qtates kbar (>6.25 – 12.5 kg)


    1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


      Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Intervet International B. V.

      Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer

      L-OLANDA


      Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet Productions

      Rue de Lyons

      27460 Igoville FRANZA


    2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


      Bravecto 112.5 mg soluzzjoni spot-on għal qtates żgħar (1.2 – 2.8 kg) Bravecto 250 mg soluzzjoni spot-on għal qtates ta’daqs medju (>2.8 – 6.25 kg) Bravecto 500 mg soluzzjoni spot-on għal qtates kbar (>6.25 – 12.5 kg) fluralaner


    3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


      Kull ml fiha 280 mg fluralaner. Kull pipette tagħti:


      Kontenut tal- pipetta (ml)

      Fluralaner (mg)

      għal qtates żgħar 1.2 – 2.8 kg

      0.4

      112.5

      għal qtates ta’daqs medju >2.8 – 6.25 kg

      0.89

      250

      għal qtates kbar >6.25 – 12.5 kg

      1.79

      500


      Soluzzjoni ċara bla kulur jew fl-isfar.


    4. INDIKAZZJONIJIET


      Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet ta’ qurdien u ta’ briegħed fuq il-qtates.


      Dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa insettiċida u akaraċida sistemiku li jipprovdi azzjoni immedjata u persistenti li toqtol il-bergħud (Ctenocephalides felis) u l-qurdien (Ixodes ricinus) għal 12-il ġimgħa.


      Il-briegħed u l-qurdien iridu jeħlu mal-annimal ospitanti u jibdew jieklu sabiex jiġu esposti għas- sustanza attiva.


      Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ trattament għall-kontroll ta’ flea allergy dermatitis (FAD).

      Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet ta’ mites tal-widnejn (Otodectes cynotis).


    5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


      Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv jew ingredjenti oħra mhux attivi.


    6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


      Reazzjonijiet tal-ġilda, ħfief u li jgħaddu bħal eritema jew alopexja fis-sit tal-applikazzjoni ġew osservati b’mod komuni fi studji kliniċi (2.2% tal-qtates ittrattati).

      Is-sinjali li ġejjin kien osservati b’mod mhux komuni ftit wara l-amministrazzjoni: apatija/rogħda/anoressija (0.9% tal-qtates ittrattati) jew remettar/tbeżliq eċċessiv (0.4% tal-qtates

      ittrattati).


      Rari ħafna, konvulżjonijiet ġew irrappurtati bbażati fuq esperjenzi ta’ sigurtà wara t-tqegħied fuq is- suq (farmakoviġilanza).


      Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

      • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a)

      • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

      • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

      • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

      • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa, anki dawk mhux diġà mniżżla f’dan il-fuljett jew tahseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lill-veterinarju tiegħek.


    7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


      Qtates.


    8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


      Għall-użu bħala spot-on.


      Bravecto għandu jiġi amministrat skont it-tabella li ġejja (li tikkorrispondi għal doża ta’ 40 - 94 mg fluralaner/kg piż korporju):


      Piż korporju tal-

      qattus (kg)

      Saħħa u numru ta’ pipetti li għandhom jiġu amministrati

      Bravecto 112.5 mg

      Bravecto 250 mg

      Bravecto 500 mg

      1.2 – 2.8

      1

      >2.8 – 6.25

      1

      >6.25 – 12.5

      1


      Għal qtates ta’ piż akbar minn 12.5 kg uża taħlita ta’ żewġ pipetti li l-aktar iqarrbu lejn il-piż korporju.


      image

    9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


      Metodu tal-amministrazzjoni

      image

      L-ewwel: Immedjatament qabel l-użu, iftaħ il-qartas u oħroġ il-pipetta. Ilbes l-ingwanti. Il-pipetta għandha tinżamm mill-qiegħ jew mill-parti l-iebsa ta’ fuq taħt it-tapp f’pożizzjoni wieqfa (il-ponta ’l fuq) biex tinfetaħ. It-tapp għandu jiddawwar dawra waħda b’mod orarju jew anti-orarju. It-tapp jibqa’ fuq il-pipetta; mhuwiex possibbli li jitneħħa. Meta s-siġill jinħass li nkiser, il-pipetta tkun miftuħa u lesta għall-applikazzjoni.


      It-tieni: Għal applikazzjoni ħafifa, il-qattus għandu jkun wieqaf jew mimdud b’daru orizzontali. Qiegħed il-ponta tal-pipetta mal-bażi tar-ras tal-qattus.


      It-tielet: Agħfas il-pipetta bil-mod u applika l-kontenut kollu direttament mal-ġilda tal-qattus. Il-prodott għandu jiġi applikat f’post wieħed fil-bażi tar-ras fuq qtates ta’ piż korporju sa 6.25 kg u f’żewġ postijiet fi qtates ta’ piż korporju ’l fuq minn 6.25 kg.


      Skeda tat-trattament

      Għall-aħjar kontroll ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed u tal-qurdien, il-prodott mediċinali veterinarju għandu jiġi amministrat f’intervalli ta’ 12-il ġimgħa.

      Għat-trattament ta’ infestazzjonijiet tal-mites tal-widnejn (Otodectes cynotis), għandha tiġi applikata doża waħda tal-prodott. Viżta veterinarja oħra hija rakkomandata 28 ġurnata wara t-trattament billi xi

      annimali jistgħu kollhom bżonn trattamnet ieħor bi prodott alternattiv.


    10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


      Mhux applikabbli.


    11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


      Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

      Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandu bżonn tal-ebda kundizzjoni speċjali sabiex jinħażen. Il- pipetti għandhom jinżammu fil-pakkett ta’ barra biex jiġi evitat telf tas-solvent jew li tidħol l-umdità. Il-

      qratas għandhom jinfetħu biss immedjatament qabel l-użu.

      Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-folja wara EXP. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


    12. TWISSIJIET SPEĊJALI


      Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:

      Il-parassiti jridu jibdew jieklu minn fuq l-annimal ospitanti sabiex jiġu esposti għal fluralaner; għalhekk ir-riskju li jiġi trasmess mard li jinġarr mill-parassiti ma jistax jiġi eskluż.


      Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

      Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat kuntatt mall-għajnejn tal-annimal. Tużax direttament fuq feriti tal-ġilda.

      Fin-nuqqas ta’ data disponibbli, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fuq frieħ tal- qtates ta’ anqas minn 9 ġimgħat u/jew qtates li jiżnu anqas minn 1.2 kg.

      Il-prodott m’għandux jiġi amministrat f’intervalli iqsar minn 8 ġimgħat billi is-sigurtà ta’ intervalli

      iqsar ma ġietx studjata.

      Dan il-prodott huwa għal użu topikali u m’għandux jingħata mill-ħalq. Tħallix annimali ttrattati riċentement jilagħqu lil xulxin.


      Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

      Għandu jiġi evitat il-kuntatt mal-prodott u għandhom jintlibsu ingwanti protettivi b’użu ta’ darba, li jiġu akkwistati mal-prodott mil-post tal-bejgħ, meta jintmiss il-prodott, għar-raġunijiet li ġejjin: Ġew rappurtati, f’numru żgħir ta’ persuni, reazzjonijiet ta’ ippersensittività li potenzjalment jistgħu jkunu serji.

      Persuni b’ippersensittività għall-fluralaner jew għal kwalunkwe sustanza oħra għandhom jevitaw li jiġu esposti għall-prodott.

      Il-prodott jeħel mal-ġilda u jista’ jeħel ukoll mal-uċuħ wara li jinxtered il-prodott. Raxx tal-ġilda,

      tnemnim, nuqqas ta’ ħass ġew irrappurtati minn numru żgħir ta’ individwi wara kuntatt mal-ġilda. Jekk iseħħ kuntatt mal-ġilda, aħsel ir-roqgħa affettwata fil-pront bis-sapun u l-ilma. F’xi każijiet is-

      sapun u l-ilma ma jkunux biżżejjed biex ineħħu l-prodott imxerred minn mas-swaba.

      Kuntatt mal-prodott jista’ jseħħ ukoll meta tmiss l-annimal ittrattat.

      Kun żgur li ż-żona tal-applikazzjoni fuq l-annimal tiegħek ma tibqax tidher qabel ma jerġa jkun hemm kuntatt maż-żona tal-applikazzjoni. Dan jinkludi tmellis tal-annimal u rqad fl-istess sodda mal-annimal.

      Iż-żona tal-applikazzjoni ddum madwar 48 siegħa biex tinxef imma ddum tidher aktar fit-tul. Jekk iseħħu reazzjonijiet tal-ġilda, kellem tabib u wrih il-pakkett tal-prodott.

      Nies b’ġilda sensittivà jew b’allerġiji ġeneralizzati magħrufa eż. għal prodotti mediċinali veterinarji tal-istess tip għandhom imissu b’kawtela il-prodott mediċinali veterinarju kif ukoll l-annimali ttrattati. Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni tal-għajnejn. F`każ ta` kuntatt mal-għajnejn, laħlaħ sew

      immedjatament bl-ilma.

      Dan il-prodott huwa ta’ ħsara jekk jinbela’. Żomm il-prodott fil-pakkett oriġinali sakemm tużah biex tevita li tfal ikollhom aċċess dirett għal prodott. Pipetta użata għandha tintrema fil-pront. F’każ li jinbela

      b’mod aċċidentali, fittex parir mediku fil-pront u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


      Il-prodott huwa fjammabli ħafna. Żomm il-bogħod mis-sħana, xrar, fjammi mikxufa jew sorsi oħra li jaqbdu.

      F`kas ta` tixrid, per eżempju fuq wiċc tal-mejda jew fl-art, neħħi il-prodott żejjed billi tuża tissue paper u naddaf is-sit bid-deterġent.


      Tqala, treddigħ u fertilità:

      Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx waqt it-tqala u fit-treddigħ . Uża biss skont il- valutazzjoni tal-benefiċċju/riskju mill-veterinarju responsabbli.


      Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni: Xejn li hu magħruf.

      Fluralaner jabbina b’mod qawwi mal-proteini tal-plażma u jista’ jikkompeti ma’ sustanzi attivi oħra li

      jabbinaw b’mod qawwi bħal non-steroidal anti-inflammatory drugs (NSAIDs) u d-derivat tal-kumarin, il-worfarina. L-inkubazzjoni tal-fluralaner fil-preżenza ta’ carprofen jew worfarina fil-livelli massimi mistennija fil-plażma tal-klieb, ma naqqsux l-abbinar mal-proteini tal-flualaner, carprofen jew worfarina.

      Waqt studji kliniċi ma kienu osservati l-ebda interazzjonijiet bejn Bravecto pilloli li jintmagħdu għal klieb u prodotti mediċinali veterinarji użati b’mod regolari.


      Doża eċċessiva:

      Is-sigurtà ntweriet fi frieħ tal-qtates ta’ 9 - 13-il ġimgħa u li jiżnu 0.9 - 1.9 kg ittrattati b’dożi eċċessivi sa 5 darbiet aktar mid-doża massima rakkomandata fi tliett okkażjonijiet f’intervalli iqsar minn dawk

      rakkomandati (intervalli ta’ 8 ġimgħat).

      Il-prodott meħud bil-ħalq fid-doża massima rakkomandata ta’ 93 mg fluralaner/kg piż kien ittollerat sew mill-qtates, ħlief għal ftit produzzjoni limitata ta’ bżieq u tqaħqiħ jew remettar immedjatament

      wara l-amministrazzjoni.


      Inkompatibilitajiet: Xejn li hu magħruf.


    13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

      Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

      Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


    14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


      Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


    15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-prodott jikkontribwixxi lejn il-kontroll tal-popolazzjoni tal-briegħed fl-ambjent f’dawk il-postijiet li għalihom għandhom aċċess il-qtates ittrattati.

L-effett jibda jintlaħaq fi żmien 12-il siegħa għal briegħed (C. felis) u fi żmien 48 siegħa għal qurdien (I. ricinus).

Pipetta b’doża waħda, magħmula minn aluminju llaminat/folja tal-polypropylene magħluqa b’tapp tal-

HDPE u ippakkjata f’qartas tal-folja tal-aluminju llaminat. Kull kaxxa tal-kartun fiha pipetta waħda jew żewġ pipetti u par ingwanti għal kull pippetta.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.