Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Neuraceq
florbetaben (18F)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Neuraceq 300 MBq/mL soluzzjoni għall-injezzoni

florbetaben (18F)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


- Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah

Tfal u adolexxenti

Neuraceq mhux maħsub għall-użu fi tfal u adolexxenti li għadhom m’għalqux it-18-il sena.


Mediċini oħra u Neuraceq

Għid lit-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra għax dawn jistgħu jinterferixxu mal-interpretazzjoni tal-immaġni mill-PET scan.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek għal parir qabel ma tingħata din il-mediċina.


Għandek tinforma lit-tabib tal-mediċina nukleari qabel ma tingħata Neuraceq jekk hemm il-possibilità li tista’ tkun tqila, jekk inqabeż xi pirjid tiegħek jew jekk qed tredda’. Meta tkun f’dubju, huwa importanti li tikkonsulta t-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek li ser jissorvelja l-proċedura.


Tqala

It-tabib tal-mediċina nukleari ser jagħti din il-mediċina waqt it-tqala biss kemm-il darba il-benefiċċju mistenni jisboq ir-rikji.


Treddigħ

Għandek tieqaf tredda’ għal 24 siegħa wara l-injezzjoni. Battal il-ħalib mis-sider matul dan il-perijodu u armi l-ħalib tas-sier li tkun ħlibt. It-tkomplija tat-treddigħ għandu jsir bi ftehim mat-tabib

tal-mediċina nukleari li ser jissorvelja l-proċedura.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Neuraceq m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


Neuraceq fih ethanol u sodium ascorbate.

- Dan il-prodott mediċinal fih 15 vol % ethanol (alcohol), jiġifieri sa’ 1.2 g f’kull doża, ekwivalenti għal 30 mL birra, 12.5 ml inbid f’kull doża.

Jagħmel ħsara lil min ibati minn alkoħoliżmu.

Għandu jitqies waqt it-tqala jew f’każ ta’ nisa li qed ireddgħu, fit- tfal u f’nies li qegħdin f’riskju għoli, bħal pazjenti li jbatu minn mard tal-fwied, jew epilessija.

għall-injezzjonijiet (ara wkoll sezzjoni 2 “Neuraceq fih ethanol u sodium ascorbate”).


Kif jidher Neuraceq u l-kontenut tal-pakkett

Neuraceq huwa soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur. Din hija fornuta f’kunjett tal-ħġieġ bla kulur ta’ 15 mL, issiġillat b’tapp tal-lastku u siġill tal-aluminju.


Kull kunjett b’ħafna dożi fih 1 sa 10 mL ta’ soluzzjoni li jikkorispondi għal 300 sa 3000 MBq ta’

florbetaben (18F) fid-data u l-ħin ta’ kalibrazzjoni.


Id-daqs tal-pakkett hu ta’ kunjett wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Life Radiopharma Berlin GmbH Max-Planck-Straße 4

12489 Berlin

Il-Ġermanja

e-mail: gra@life-mi.com


image

Manifattur

BV Cyclotron VU

De Boelelaan 1081

image

1081 HV Amsterdam L-Olanda

Curium PET France CHU Brabois

4 rue du Morvan

54500 Vandoeuvre les Nancy

image

Curium PET France

Parc scientifique Georges Besse

180 allée Von Neumann 30000 Nîmes

Franza


image

Curium PET France

14 rue de la Grange aux Belles

75010 Paris

Franza


Curium PET France

image

avenue de la Bataille Flandres Dunkerque, CS 44229 35000 Rennes

Franza


image

Curium PET France CHU Xavier Arnozan avenue du Haut-Lévèque 33604 Pessac

Franza


Life Radiopharma Berlin GmbH Max-Planck-Strasse 4

12489 Berlin

image

Il-Ġermanja


image

Life Radiopharma Warszawa Sp. z o.o. ul. Szeligowska 3

image

05-850 Szeligi Il-Polonja


Life Radiopharma Bonn GmbH Spessartstr. 9

53119 Bonn Il-Ġermanja


image

Curium Italy S.R.L. via Pergolesi, 33 20900 Monza

L-Italja


image

Curium Italy S.R.L.

Viale Oxford 81 (loc. Tor Vergata) 00133 Rome

L-Italja


image

Curium Italy S.R.L.

Piazzale Santa Maria della Misericordia, 15 33100 Udine

image

L-Italja


ITEL Telecomunicazioni S.R.L.

Via Antonio Labriola Zona Industriale SNC 70037 Ruvo di Puglia (BA)

Curium Pharma Ireland Limited

Blackrock Clinic

Blackrock

Co. Dublin, A94 E4X7

L-Irlanda


image

Curium Pharma Spain, S.A. Thomas Alba Edison, s/n 41092 Seville

image

image

Spanja


Curium Pharma Spain, S.A. Pol. Ind. Conpisa,

C/ Veguillas - 2 Nave 16,

Ajalvir 28864 (Madrid)

image

Spanja


Seibersdorf Labor GmbH Grundstueck Nr. 482/2 EZ 98 KG 2444 Seibersdorf

L-Awstrija


image

BetaPlus Pharma SA

Avenue Hippocrate 10 bte 1527

1200 Brussels

Il-Belġju


Institut Radiofarmacia Aplicada Barcelona-IRAB c/Doctor Aiguader 88, planta -1

08003 Barcelona Spanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar/SSSS}


Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .


image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Is-SKP komplut ta’ Neuraceq jiġi pprovdut bħala dokument separat fil-pakkett tal-prodott, bil-għan li jipprovdi lil professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa b’tagħrif xjentifiku addizzjonali u prattiku dwar l-għoti u l-użu tar-radjofarmaċewtiku.


Jekk jogħġbok irreferi għas-SKP {Is-SKP għandu jkun inkluż fil-kaxxa}.