Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cyanokit
hydroxocobalamin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cyanokit 2.5 g trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

hydroxocobalamin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Cyanokit u l-kontenut tal-pakkett


Cyanokit trab għal soluzzjoni għall-infużjoni hu trab kristallin aħmar skur fornut f’kunjett tal-ħġieġ magħluq b’tapp tal-lastku tal-bromobutyl u għatu ta’ l-aluminju b’għatu tal-plastik.


Kull pakkett fih żewġ kunjetti (kull kunjett hu ppakkjat f’kaxxa waħda tal-kartun), żewġ strumenti sterili għat-trasferiment, sett wieħed sterili ta’ infużjoni ġol-vini u kateter sterili qasir wieħed għall- għoti lit-tfal.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


SERB S.A.

Avenue Louise 480

1050 Brussels Il-Belġju


Manifattur


Merck Santé s.a.s. / SEMOY 2, rue du Pressoir Vert 45400 Semoy

Franza Jew

SERB S.A.

Avenue Louise 480

1050 Brussels Il-Belġju

Jew SERB

40 Avenue George V

75008 Paris Franza


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


image

Struzzjonijiet dwar l-immaniġġjar


It-trattament ta’ avvelenament b’cyanide jrid jinkludi attenzjoni immedjata għall-ftuħ tal- passaġġ tan-nifs, ossiġinazzjoni u idratazzjoni adegwati, sapport kardjovaskulari u l- immaniġġjar tal-puplesiji. Trid tingħata konsiderazzjoni għal miżuri ta’ dekontaminazzjoni bbażati fuq ir-rotta ta’ l- espożizzjoni.


Cyanokit ma jissostitwixxix it-terapija bl-ossiġnu u ma jridx jittardja t-tħejjija tal-miżuri msemmija hawn fuq.

Il-preżenza u l-grad ta’ avvelenament b’cyanide ta’ spiss ma jkunux magħrufa inizjalment. Madankollu, jekk tkun ippjanata determinazzjoni tal-livell ta’ cyanide fid-demm, hu rakkomandat li l-kampjun tad-demm jittieħed qabel il-bidu tal-kura b’Cyanokit.


M’hemm l-ebda test li hu komunement disponibbli mgħaġġel u li jikkonferma l-preżenza ta’ cyanide fid-demm. Id-deċiżjonijiet dwar it-trattament jridu jsiru abbażi ta’ l-istorja klinika u/jew sinjali u sintomi ta’ intossikazzjoni ta’ cyanide. Jekk ikun hemm suspett kliniku ta’ avvelenament b’cyanide, hu rakkomandat bis-saħħa li Cyanokit jingħata mingħajr dewmien.


It-t ħej ji j a t a’ Cyanokit


Kull kunjett għandu jkun rikostitwit b’100 mL ta’ diluwent bl- użu ta’ strumenti sterili għat- trasferiment li hu provdut. Soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL ta’ sodium chloride (0.9%) hi d-diluwent rakkomandat. Huwa biss meta soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL ta’ sodium chloride (0.9%) ma tkunx disponibbli, li tista’ tintuża wkoll soluzzjoni ta’ Lactated Ringer jew glucose

50 mg/mL (5%) soluzzjoni għall-injezzjoni.


Il-kunjett ta’ Cyanokit għandu jixxengel jew jinqaleb għal mill-inqas 30 sekonda biex tħallat is- soluzzjoni. M’għandux jitħawwad, għax it-taħwid tal-kunjett jista’ jikkawża r-ragħwa, u għaldaqstant jagħmel l-iċċekkjar tar-rikostituzzjoni inqas faċli. Minħabba li s-soluzzjoni rikostitwita hi soluzzjoni ta’ kulur aħmar skur, xi partikuli li ma jinħallux jistgħu ma jkunux jidhru. Imbagħad, is-sett tal- infużjoni ġol-vini pprovdut fil-kitt irid jintuża għax jinkludi filtru adattat u għandu jkun ipprajmat bis- soluzzjoni rikostitwita. Jekk ikun hemm bżonn irrepeti din il-proċedura bit-tieni kunjett.

P ożol oġi ja


Doża i ni zjali

Adulti: Id-doża inizjali ta’ Cyanokit hi ta’ 5 g (2 x 100 mL).


Popolazzjoni pedjatrika: Fi tfal żgħar sa adolexxenti (0 sa 18-il sena), id-doża inizjali ta’ Cyanokit hi ta’ 70 mg/kg piż tal-ġisem, u ma taqbiżx 5 g.


Piż tal-ġisem

f’kg


5


10


20


30


40


50


60

Doża inizjali


0.35


0.70


1.40


2.10


2.80


3.50


4.20

fi g

f’mL

14

28

56

84

112

140

168


Doża s usse gwent i

Skond is-serjeta` ta’ l-avvelenament u r-rispons kliniku, tista’ tingħata t-tieni doża.


Adulti: Id-doża sussegwenti ta’ Cyanokit hi ta’ 5 g (2 x 100 mL).


Popolazzjoni pedjatrika: Fi tfal żgħar sa adolexxenti (0 sa 18-il sena), id-doża sussegwenti ta’ Cyanokit hi ta’ 70 mg/kg piż tal-ġisem, u ma taqbiżx 5 g.


Doża m ass im a


Adulti: Id-doża massima totali rakkomandata hi 10 g.


Popolazzjoni pedjatrika: Fi tfal żgħar sa adolexxenti (0 sa 18-il sena), id-doża massima totali rakkomandata hi ta’ 140 mg/kg, u ma taqbiżx l-10 g.


Indeboliment tal-kliewi u tal-fwied


L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ f’dawn il-pazjenti.


Me t odu t a’ kif għandu j i ngħata


Id-doża inizjali ta’ Cyanokit tingħata bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 15-il minuta.


Ir-rata ta’ l-infużjoni ġol-vini għat-tieni doża tvarja minn 15-il minuta (għal pazjenti li huma estremament instabbli) sa sagħtejn, skond il-kundizzjoni tal-pazjent.


L-għoti f l -i st ess ħi n t a’ Cyanoki t u prodot ti oħraj n


Cyanokit m’għandux jitħallat ma’ diluwenti oħrajn ħlief 9 mg/mL ta’ sodium chloride (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni jew soluzzjoni Lactated Ringer jew glucose 50 mg/mL (5%) soluzzjoni għall-injezzjoni.


Billi inkompatibilitajiet fiżiċi u kimiċi kienu osservati f’numru ta’ prodotti mediċinali magħżula li jintużaw b’mod frekwenti f’tentattivi tar-risuxitazzjoni, dawn il-prodotti mediċinali u prodotti oħrajn m’għandhomx jingħataw fl-istess ħin mill-istess linja tal-vini bħal hydroxocobalamin.


Jekk il-prodotti tad-demm (demm sħiħ, ċelluli ħomor ippakkjati, konċentrat tal-plejtlits u plażma friska iffriżata) u hydroxocobalamin jingħataw fl-istess ħin, l-użu ta’ linji separati tal-vini (preferibbilment fuq estremitajiet kontralaterali) hu rakkomandat (ara sezzjoni 6.2).


Kumbinazzjoni b’antidotu ieħor ta’ cyanide: L-inkompatibilità kimika kienet osservata ma’ sodium thiosulfate u sodium nitrite. Jekk issir id-deċiżjoni li jingħata antidotu ieħor ta’ cyanide ma’ Cyanokit, dawn il-prodotti mediċinali ma jridux jingħataw fl-istess ħin ġo l-istess linja tal-vini.

Stabbiltà tas-soluzzjoni rikostitwita waqt l-użu


L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni rikostitwita b’sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) intweriet għal 6 sigħat f’temperatura ta’ bejn 2°C sa 40°C.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r- responsabbiltà ta’ l-utent, u normalment ma jkunux itwal minn 6 sigħat f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.