Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Visudyne
verteporfin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Visudyne 15 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

verteporfin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Visudyne u l-kontenut tal-pakkett

Visudyne jiġi bħala trab aħdar għal iswed f’kunjett tal-ħġieġ trasparenti. It-trab jiġi rikostitwit ma’ l- ilma qabel jintuża sabiex jifforma soluzzjoni opaka ħadra skura.


Visudyne jiġi f’pakketti li jkun fihom kunjett 1 ta’ trab.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

CHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH Ziegelhof 24

17489 Greifswald

Il-Ġermanja


Manifattur

Delpharm Huningue S.A.S. 26 rue de la Chapelle 68330 Huningue

Franza


CHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH Ziegelhof 23-24

17489 Greifswald Il-Ġermanja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea

għall-Mediċini: https://www.ema.europa.eu

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Irrikostitwixxi Visudyne f’7.0 ml ilma għall-injezzjonijiet sabiex tagħmel 7.5 ml ta’ soluzzjoni ta’

2.0 mg/ml. Visudyne rikostitwit huwa soluzzjoni ħadra skura opaka. Huwa rakkomandat li Visudyne rikostitwit jiġi mifli għal frak jew telf ta’ kulur qabel jingħata. Għal doża ta’ 6 mg/m2 superfiċje tal- ġisem (id-doża rakkomandata għall-kura) idilwixxi l-ammont tas-soluzzjoni Visudyne meħtieġ fil- destrożju 50 mg/ml (5%) soluzzjoni għall-infużjoni għal volum finali ta’ 30 ml. Tużax soluzzjoni ta’ kloridu tas-sodju. L-użu ta’ filtru ta’ pajp ta’ l-infużjoni standard b’membrani idrofiliċi (bħal polyethersulfone) b’daqs ta’ pori ta’ mhux anqas minn 1.2 µm huwa rakkomandat.


Għall-kundizzjonijiet tal-ħażna, jekk jogħġbok ara sezzjoni 5 ta’ dan il-fuljett.


Il-kunjett u kwalunkwe parti tas-soluzzjoni rikostitwita li ma tintużax għandha tintrema wara li tintuża darba.


Jekk il-materjal jinxtered, għandu jiġi milquh u jintmesaħ b’biċċa niedja. Kuntatt mal-ġilda u ma’ l- għajnejn għandu jkun evitat. L-użu ta’ ingwanti tal-lasktu u protezzjoni għall-għajnejn huma rakkomandati. Kull fdal tal-mediċina li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-mediċina għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.