Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Caelyx pegylated liposomal
doxorubicin

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall-utent


Caelyx pegylated liposomal 2 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

doxorubicin hydrochloride


Aqra sew dan-il fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Caelyx pegylated liposomal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni: kunjetti li jipprovdu 10 ml (20 mg) jew 25 ml (50 mg).

Kif jidher Caelyx pegylated liposomal u l-kontenut tal-pakkett

Caelyx pegylated liposomal huwa sterili, jgħaddi d-dawl minnu u aħmar. Caelyx pegylated liposomal issibu f’kunjetti tal-ħġieġ f’pakkett ta’ wieħed jew għaxar kunjetti.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Baxter Holding B.V. Kobaltweg 49,

3542 CE Utrecht, Olanda.


Manifattur

Janssen Pharmaceutica NV

Turnhoutseweg 30 B-2340 Beerse

Il-Belġju.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Baxter Belgium SPRL/BVBA Tél/Tel: +32 (0)2 386 80 00

braine_reception@baxter.com

Lietuva

UAB „Baxter Lithuania“ Tel: +37052527100


България

Baxter Holding B.V. Teл.: +31 (0)30 2488 911

Luxembourg/Luxemburg Baxter Belgium SPRL/BVBA Tél/Tel: +32 (0)2 386 80 00

braine_reception@baxter.com


Česká republika

BAXTER CZECH spol. s r.o. Tel: +420 225 774 111

Magyarország Baxter Hungary Kft. Tel: +36 1 202 1980


Danmark

Baxter A/S

Tlf: +45 4816 6400

Malta

Baxter Holding B.V.

Tel: +44 (0)1635 206345


Deutschland

Baxter Deutschland GmbH

Tel: +49 (0)89 31701-0

info_de@baxter.com

Nederland

Baxter B.V.

Tel: +31 (0)30 2488 911

utrecht_reception@baxter.com


Eesti

OÜ Baxter Estonia Tel: +372 651 5120

Norge

Baxter AS

Tlf: +47 22 58 48 00


Ελλάδα

Baxter (Hellas) Ε.Π.Ε., Τηλ: +30 210 28 80 000

Österreich

Baxter Healthcare GmbH Tel: +43 1 71120 0

austria_office_healthcare@baxter.com

España

Baxter S.L.

Tel: +34 91 678 93 00

Polska

Baxter Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 488 37 77


France

Baxter SAS

Tél: +33 1 34 61 50 50

Portugal

Baxter Médico Farmacêutica, Lda. Tel: +351 21 925 25 00


Hrvatska

Baxter Healthcare d.o.o. Tel: +385 1 6610314

România

BAXTER HEALTHCARE SRL Tel: +40 372 302 053


Ireland

Baxter Holding B.V. Tel: +44 (0)1635 206345

Slovenija

Baxter d.o.o.

Tel: +386 1 420 16 80


Ísland

Baxter Medical AB

Sími: +46 8 632 64 00

Slovenská republika Baxter Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 32 10 11 50


Italia

Baxter S.p.A.

Tel: +390632491233

Suomi/Finland

Baxter Oy

Puh/Tel: +358 (09) 862 111


Κύπρος

Baxter Holding B.V.

Τηλ: +31 (0)30 2488 911

Sverige

Baxter Medical AB Tel: +46 (0)8 632 64 00


Latvija

Baxter Latvia SIA Tel: +371 677 84784

United Kingdom (Northern Ireland)

Baxter Holding B.V.

Tel: +44 (0)1635 206345


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


It-tagħrif li jmiss qed jingħata għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss (ara sezzjoni 3):


Kawtela għandha tiġi eżerċitata fil-ġestjoni tad-dispersjoni ta’ Caelyx pegylated liposomal. L-użu tal- ingwanti hu meħtieġ. Jekk Caelyx pegylated liposomal imiss il-ġilda jew il-mukoża, aħsel minnufih u sew b’ilma u sapun. Caelyx pegylated liposomal għandu jintuża u jintrema bl-istess mod kif isir

bil-prodotti mediċinali kontra l-kanċer oħrajn.


Stabilixxi d-doża ta' Caelyx pegylated liposomal li għandha tingħata (bbażata fuq id-doża rakkomandata u l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tal-pazjent). Iġbed il-volum xieraq ta' Caelyx pegylated liposomal f'siringa sterili. Għandha tintuża teknika asettika bl-iżjed mod strett peress illi f’Caelyx pegylated liposomal m’hemmx sustanzi preservattivi jew batterjostatiċi. Id-doża xierqa ta' Caelyx pegylated liposomal għanda tiġi dilwita f'5 % (50 mg/ml) soluzzjoni tal-glucose għall-infużjoni qabel ma tingħata. Għal dożi < 90 mg iddilwixxi Caelyx pegylated liposomal f'250 ml u għal dożi ≥ 90 mg, iddilwixxi Caelyx pegylated liposomal f'500 ml.


Biex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' reazzjonijiet għall-infużjoni, id-doża tal-bidu għandha tingħata b'rata ta' mhux aktar minn 1 mg/minuta. Jekk ma tiġi nnutata ebda reazzjoni, l-infużjonijiet ta' wara b’Caelyx pegylated liposomal ikunu jistgħu jingħataw fuq medda ta' 60 minuta.


Fil-programm ta' provi dwar kanċer tas-sider, tibdil tal-infużjoni kien permess għal dawk il-pazjenti li

kellhom reazzjoni għall-infużjoni kif ġej: 5 % tad-doża totali ġiet infuża bil-mod fl-ewwel

15-il minuta. Jekk tkun tollerata mingħajr reazzjoni, r-rata ta' infużjoni tiġi rduppjata għall-15-

il minuta li jmiss. Jekk tkun tollerata, l-infużjoni titlesta fis-siegħa li jmiss b'ħin ta' infużjoni totali ta'

90 minuta.


Jekk il-pazjent/a ġġarrab sintomi bikrija jew sinjali ta' reazzjoni għall-infużjoni, waqqaf l-infużjoni immedjatament, agħti il-premedikamenti xierqa (antistamini u/jew kortikosterojd li jaġixxi fuq perijodu ta’ żmien qasir) u erġa' ibda b'rata iżjed baxxa.


L-użu ta' xi dilwent ieħor li mhux 5 % (50 mg/ml) soluzzjoni tal-glucose għall-infużjoni jew il- preżenza ta' sustanzi batterjostatiċi bħalma hu benzyl alcohol jista' jwassal għall-preċipitazzjoni ta’ Caelyx pegylated liposomal.


Huwa rrakkomandat li l-pajp ta' infużjoni ta’ Caelyx pegylated liposomal jitqabbad mill-port tal-ġenb ta' infużjoni tal-glucose għal ġol-vini 5 % (50 mg/ml). L-infużjoni tista' ssir minn vina periferali. Tużax b’filtri tal-pajp tad-dripp.