Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Irbesartan Teva
irbesartan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Irbesartan Teva 75 mg pilloli miksija b’rita

Irbesartan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Jekk qed tieħu ċertu pilloli li jaqtgħu l-uġigħ, li jissejħu mediċini mhux sterojdi ta' kontra l- infjammazzjoni, l-effett ta' irbesartan jista' jitnaqqas.


Tqala u treddigħ Tqala

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk inti tqila (jew taħseb li tista' tinqabad tqila). It-tabib tiegħek

ġeneralment jista' jagħtik parir biex tieqaf tieħu Irbesartan Teva qabel ma inti tinqabad tqila jew kif tkun taf. Irbesartan Teva mhux rakkomandat fl-ewwel fażijiet tat-tqala, u m'għandux jittieħed wara tliet xhur tqala, peress li jista' jikkawża sfreġju serju lit-tarbija tiegħek jekk jittieħed wara t-tielet xahar ta' tqala.


Treddigħ

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti tkun qed tredda' jew ser tibda tredda'. Irbesartan Teva mhux rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu u t-tabib tiegħek jista' jagħżel trattament ieħor jekk inti tkun tixtieq tredda', speċjalment jekk it-tarbija għadha titwieled, jew twieldet qabel iż-żmien.


Sewqan u tħaddim ta' magni

Irbesartan Teva mhux probabbli li jaffettwa l-ħila biex issuq jew tuża magni. Madankollu, jista' jkun hemm kull tant żmien sturdament jew għeja waqt it-trattament għal pressjoni għolja. Jekk tesperjenza dawn, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tiddeċiedi ssuq jew tuża l-magni.

Irbesartan Teva fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Irbesartan Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kif u mnejn għandu jittieħed

    Irbesartan Teva għandu jittieħed mill-ħalq. Ibla' l-pilloli b'ammont suffiċjenti ta' fluwidu (eż. Tazza ilma). Tista' tieħu Irbesartan Teva mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ipprova ħu d-doża ta' kuljum tiegħek fl-istess ħin kuljum. Huwa importanti li tibqa' tieħu Irbesartan Teva sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek mod ieħor.


    • Pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja

      Id-doża li ġeneralment tingħata hi ta' 150 mg darba kuljum. Id-doża tista' mbagħad tiżdid għal

      300 mg darba kuljum skont ir-rispons fuq il-pressjoni tad-demm.


    • Pazjenti li għandhom pressjoni tad-demm għolja u dijabete ta' tip 2 b'mard tal-kliewi F'pazjenti li għandhom pressjoni tad-demm għolja u dijabete ta' tip 2, 300 mg darba kuljum hi d- doża ppreferuta ta' manteniment għat-trattament assoċjat ma' mard tal-kliewi assoċjat miegħu.


      It-tabib tiegħek għandu mnejn jirrakomanda doża inqas, speċjalment fil-bidu tat-trattament f'ċertu pazjenti, bħal dawk li qegħdin fuq emodijalisi, jew li l-eta tagħhom hi fuq 75 sena.


      L-effett sabiex titnaqqas il-pressjoni massima tad-demm għandu jintlaħaq fi żmien 4-6 ġimgħat wara l- bidu tat-trattament.


      Jekk tieħu Irbesartan Teva aktar milli suppost

      Jekk inti b'mod aċċidentali tieħu wisq pilloli, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih,.


      Jekk tinsa tieħu Irbesartan Teva

      Jekk b’mod aċċidentali tonqos milli tieħu d-doża ta’ kuljum tiegħek, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika.


    Bħal fil-każ ta' mediċini simili, każijiet rari ta' reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (raxx, urtikarja), kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, ix-xofftejn u /jew l-ilsien ġew rapportati f'pazjenti li kienu qed jieħdu irbesartan. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, jew tibda taqta' nifsek, waqqaf it-teħid ta' Irbesartan Teva u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


    Lista ta’ effetti sekondarji:

    • Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10): jekk tbati minn pressjoni tad-

      demm għolja u dijabete ta' tip 2 bil-mard tal-kliewi, testijiet tad-demm jistgħu juru livell ogħla

      ta' potassju.

    • Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10): sturdament, tħossok ma tiflaħx/remettar, għeja u testijiet tad-demm jistgħu juru livelli mgħollija ta' enżim li jkejjel il-funzjoni al-muskolu u tal-qalb (enżin ta' creatine kinase). F'pazjenti li għandhom pressjoni tad-demm għolja u dijabete ta' tip 2 b'mard tal-kliewi, sturdamenti meta tqum bilwieqfa wara li tkun qed timtedd jew tpoġġi bilqiegħda, pressjoni baxxa tad-demm meta tqum minn pożizzjoni fejn tkun qed timtedd jew bilqiegħda, uġigħ fil-ġogi jew il-muskoli u livell imnaqqas ta' proteina fiċ-ċelluli ħomor tad-demm (emoglobina) kienu rraportati wkoll.


    • Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna1 minn kull 100): rata ta' taħbit tal-qalb ogħla. Fwawar, sogħla, dijarea, indiġestjoni/uġigħ fl-istonku, impotenza (problemi bil-prestazzjoni sesswali), uġigħ fis-sider.


    Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli): sensazzjoni ta’ tidwir, uġigħ ta' ras, disturbi fit-togħma, ċenċil fil-widnejn, bugħawwieġijiet, uġigħ fil-ġogi u l-muskoli, tnaqqis fin- numru ta’ plejtlits, funzjoni mhix normali tal-fwied, livelli ogħla ta' potassju fid-demm, funzjoni indebolita tal-kliewi, infjammazzjoni tal-vażi ż-żgħar tad-demm li prinċipalment jaffettwaw il-ġilda (kundizzjoni magħrufa bħala vaskulite lewkoċitiklastika) u reazzjonijiet allerġiċi severi (xokk anafilattiku). Każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew tal-abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

    sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Irbesartan Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġ ebda kundizzjoni ta' ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih Irbesartan Teva


Kif jidher Irbesartan Teva u l-kontenut tal-pakkett

Irbesartan Teva 75 mg pilloli miksija b'rita jikkonsistu minn pillola miksija b'rita ta' lewn bajdani għal ofwajt f'għamla ta' kapsula. Naħa waħda tal-pillola għandha intaljata fuqha l-kodiċi “93”. In-naħa l- oħra tal-pillola hija intaljata bil-kodiċi “7464”.


Irbesartan Teva jiġu f’kaxxi ta’ 7 pilloli, 14-il pillola, 28, 30, 56, 60, 80, 84, 98 u 100 pillola miksija b’rita u f’folji mhux ipperforati; pakketti b’daqsijiet ta’ 50 x 1 u 56 x 1 pilloli miksija b’rita f’folji ta’ doża unika u pakketti b’daqsijiet ta’ 28 pillola miksija b’rita f'folji mhux ipperforati b’kalendarju.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali


Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifatturi:

Teva Operations Poland Sp.z.o.o

ul. Mogilska 80

31-546 Kraków Il-Polonja


Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13 Debrecen H-4042 L-Ungerija


Pharmachemie B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Tél/Tel: +32 38207373

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Belgique/Belgien Tél/Tel: +32 38207373


България

Тева Фарма ЕАД Teл: +359 24899585

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Tel: +420 251007111

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Τel: +44 2075407117


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Nederland

Teva Nederland B.V.

Tel: +31 8000228400


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590

Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 6610801

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o Tel: +385 13720000


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Tel: +421 257267911


Ísland

Teva Finland Oy

Finnland

Sími: +358 201805900

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Κύπρος

Specifar A.B.E.E. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666


Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


/