Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Combivir
lamivudine, zidovudine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Combivir 150 mg/300 mg pilloli miksijin b'rita

lamivudine/zidovudine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma’ tibda tieħu din il-mediċina peress li fih

informazzjoni importanti għalik.


effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F'dan il-fuljett:


1. X'inhu Combivir u għalxiex jintuża

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Combivir

  1. Kif għandek tieħu Combivir

  2. Effetti sekondarji possibbli

  3. Kif taħżen Combivir

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Combivir u għalxiex jintuża


    Combivir jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl- adulti u fit-tfal.


    Combivir fih żewġ sustanzi attivi li jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV: lamivudine u zidovudine. It-tnejn li huma jagħmlu parti minn grupp ta’ mediċini antiretrovirali msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).


    Combivir ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.


    Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Combivir bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja

    kemm hija effettiva l-kura.


  2. Xgħandek tkun taf qabel ma tieħu Combivir Tiħux Combivir:


    • jekk inti allerġiku għal lamivudine jew zidovudine, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk għandek għadd baxx ħafna ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod (newtropenija).


      Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li xi waħda minn dawn tapplika għalik.


      Oqgħod attent ħafna b’Combivir


      Xi persuni li jieħdu Combivir jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

      • jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, tiqafx tieħu Combivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

      • jekk għandek mard tal-kliewi

      • jekk inti għandek piż żejjed b’mod serju (speċjalment jekk inti mara)


        Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk is-sustanzi attivi ikunux adattati għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.


        Oqogħod attent għal sintomi importanti

        Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Combivir.


        Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’f’Sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.


        Ipproteġi persuni oħra

        Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara

        ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir- riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.

        Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.


        Mediċini oħra u Combivir

        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inkluż mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.


        Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Combivir.


        Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Combivir:

      • prodotti mediċinali oħra li fihom lamivudine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV jew tal-epatite B

      • emtricitabine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV

      • stavudine, biex tikkura infezzjoni bl-HIV

      • ribavirin, jew injezzjonijiet ta’ ganciclovir biex tikkura infezzjonijiet virali

      • dożi għoljin ta’ co-trimoxazole (antibijotiku)

      • cladribine, użata biex tikkura l-lewkimja taċ-ċelluli ċiljati


        Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.


        Xi mediċini jistgħu jżidu l-probabbiltà li inti jkollok effetti sekondarji, jew iġgħielu l-effetti sekondarji jmorru għall-agħar. Dawn jinkludu:

      • sodium valproate, biex jikkura l-epilessija

      • interferon, biex jikkura infezzjonijiet virali

      • pyrimethamine, biex jikkura l-malarja u infezzjonijiet parassitiċi oħra

      • dapsone, biex jilqa’ kontra pulmonite u biex jikkura infezzjonijiet fil-ġilda

      • fluconazole jew flucytosine, biex jikkura infezzjonijiet bil-fungu bħal candida

      • pentamidine jew atovaquone, biex jikkura infezzjonijiet parassitiċi bħal pulmonite

        b’Pneumocystis jirovecii (ħafna drabi ssir referenza għaliha bħala PCP)

      • amphotericin jew co-trimoxazole, biex jikkura infezzjonijiet bil-fungu u bil-batterji

      • probenecid, biex jikkura l-gotta u kundizzjonijiet jixbhuha, u jingħata ma’ xi antibijotiċi biex jagħmilhom aktar effettivi

      • methadone, jintuża bħala sostitut tal-eroina

      • vincristine, vinblastine jew doxorubicin, biex jikkuraw il-kanċer.


        Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.


        Xi mediċini jkollhom interazzjoni ma’ Combivir

        Dawn jinkludu:

      • clarithromycin, antibijotiku


        jekk qed tieħu clarithromycin, hu d-doża tiegħek mill-anqas sagħtejn qabel jew wara li tieħu Combivir.


      • phenytoin, biex jikkura l-epilessija.


        Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu phenytoin. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jimmonitorjak waqt li tkun qed tieħu Combivir.


      • mediċini (normalment likwidi) li fihom sorbitol u alkoħol ieħor taz-zokkor (bħal xylitol, mannitol, lactitol jew maltitol), jekk jittieħdu regolament.


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tiġi kkurat b’xi waħda minn dawn.


        Tqala

        Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Combivir.


        Combivir u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk tkun ħadt Combivir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jirrikjedi li jsiru testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħrajn biex jimmonitorja l-iżvilupp tal-wild tiegħek. Fi tfal li ommhom tkun ħadet NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-ħarsien kontra l-HIV kien ikbar mir- riskju tal-effetti sekondarji.


        Treddigħ


        Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.


        Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Combivir jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek. Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

        Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


        Sewqan u tħaddim ta’ magni

        Combivir jista’ jġiegħelek tistordi u għandu effetti sekondarji oħra li. bihom tkun anqas pront.

        Issuqx u tħaddimx magni jekk m’intix tħossok f’siktek.


        Combivir fih is-sodium

        • Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull pillola, jiġifieri hija essenzjalment “mingħajr sodium”.

  3. Kif għandek tieħu Combivir


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

    Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Ibla’ l-pilloli Combivir ma’ ftit ilma. Combivir jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.


    Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d-doża kollha minnufih.


    Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

    Combivir jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda tiegħek milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u

    mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.


    Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Combivir mingħajr il-parir tat-tabib

    tiegħek.


    Kemm għandek tieħu


    Tfal u adoloxxenti li jiżnu 30 kg jew aktar:


    Id-doża tas-soltu ta’ Combivir hija pillola waħda darbtejn kuljum.


    Hu l-pilloli f’ħinijiet regolari, filwaqt li tħalli madwar 12-il siegħa bejn pillola u oħra.


    Tfal li jiżnu bejn 21 u 30 kg

    Id-doża ta’ Combivir li s-soltu wieħed jibda biha hija nofs pillola (½) li tittieħed filgħodu u pillola

    waħda sħiħa li tittieħed filgħaxija.


    Tfal li jiżnu bejn 14 u 21 kg

    Id-doża ta’ Combivir li s-soltu wieħed jibda biha hija nofs pillola (½) li tittieħed filgħodu u nofs

    pillola (½) li tittieħed filgħaxija.


    Għal tfal li jiżnu anqas minn 14-il kg lamivudine u zidovudine (is-sustanzi ta’ Combivir) għandhom jittieħdu separatament.


    Jekk għandek xi problema fil-kliewi, id-doża tiegħek tista’ tinbidel.

    Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.


    Jekk tieħu Combivir aktar milli suppost


    Jekk aċċidentalment tieħu ż-żejjed Combivir għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew

    ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri.


    Jekk tinsa tieħu Combivir


    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel. Tiħux doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid- demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’

    lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser

    jagħmillek testijiet għal dawn il-bidliet.


    Il-kura b’Combivir ħafna drabi tikkawża tnaqqis fix-xaħam mir-riġlejn, mid-dirgħajn u mill-wiċċ (lipoatrofija). Dan it-tnaqqis ta’ xaħam fil-ġisem intwera li mhuwiex kompletament riversibbli għal kollox wara li twaqqaf zidovudine. It-tabib tiegħek għandu jissorvelja għal sinjali ta’ lipoatrofija. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi tnaqqis ta’ xaħam mir-riġlejn, mid-dirgħajn, u mill-wiċċ. Meta jseħħu dawn is-sinjali, Combivir għandu jitwaqqaf u l-kura tal-HIV tiegħek tinbidel.


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Combivir jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV innifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.


    Flimkien mal-effetti sekondarji għal Combivir elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tittieħed terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

    Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti

    sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.


    Effetti sekondarji komuni ħafna

    Dawn jistghu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10:

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok imdardar (tqalligħ).


      Effetti sekondarji komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

    • taqla’ (rimettar)

    • dijarea

    • uġigħ fl-istonku

    • telf t’aptit

    • tħossok stordut

    • għeja, nuqqas ta’ enerġija

    • deni (temperatura għolja)

    • tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • diffikultà biex torqod (insomnja)

    • uġigħ u skonfort fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi

    • sogħla

    • mnieħer irritat jew inixxi

    • raxx fil-ġilda

    • jaqa’ x-xagħar (alopeċja).


      Effetti sekondarji komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

    • għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija jew lewkopenija)

    • żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied

    • żieda fl-ammont ta’ bilirubin fid-demm (sustanza li jipproduċiha l-fwied) li tista’ ġġiegħel il-ġilda tiegħek tidher safra.


      Effetti sekondarji mhux komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

    • tħossok bla nifs

      • gass

      • ħakk

      • dgħjufija fil-muskoli.


        Effett sekondarju mhux komuni li jista’ jidher minn testijiet tad-demm huwa:

      • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija) jew kull tip ta’ ċelluli tad-demm (panċitopenija)


        Effetti sekondarji rari

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

        • reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista’ twassal għal diffikulta` biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

        • disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

        • aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm, ara s-sezzjoni li jmiss, “Effetti sekondarji

          oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV”)

        • infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

        • uġigħ fis-sider, mard tal-muskolu tal-qalb (kardjomijopatija) aċċessjonijiet (konvulżjonijiet)

        • Tħossok dipress jew anzjuż, ma tkunx tista’ tikkonċentra, tħossok bi ngħas

        • indiġestjoni, disturb fit-togħma

        • tibdil fil-kulur tad-dwiefer, tal-ġilda jew tal-ġilda fuq ġewwa ta’ ħalqek

        • tħossok qisek għandek l-influwenza – tkexkix ta’ bard u għaraq

        • tħoss tingiż fil-ġilda (torqodlok))

        • sensazzjoni ta’ dgħjufija fir-riġlejn u fid-dirgħajn

        • diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

        • titrix

        • tgħaddi l-awrina b’mod aktar frekwenti

        • tkabbir tas-sider fl-irġiel.


          Effetti sekondarji rari li jistgħu jidhru f’testijiet tad-demm huma:

        • żieda f’enzima msejħa amylase.

        • mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ- ċelluli l-ħomor).


          Effetti sekondarji rari ħafna

          Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:


          Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

        • mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli tad-demm ħomor jew bojod ġodda (anemija aplastika).


        Jekk ikollok effetti sekondarji


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.


        Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV


        Terapija b’taħlita ta’ mediċini bħal Combivir tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt

        il-kura tal-HIV.


        Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa


        Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbiltà akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu

        b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.


        Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġ.


        Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Combivir:


        Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.


        Aċidożi lattika hija effett sekondarju rari iżda serju

        Xi persuni li jkunu qed jieħdu Combivir jiżviluppaw kundizzjoni msejħa aċidożi lattika, flimkien ma’ fwied kbir aktar mis-soltu.


        Aċidożi lattika tiġi kkawżata minn aċidu lattiku li jinġemgħa fil-ġisem. Hija rari; jekk isseħħ, ġeneralment tiżviluppa wara ftit xhur ta’ kura. Hija tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, billi tikkawża insuffiċjenza tal-organi interni.


        1. aċidożi lattika hija aktar probabbli li tiżviluppa f’persuni li għandhom mard tal-fwied, jew f’persuni b’esagerazzjoni ta’ piż żejjed (ħoxnin ħafna), speċjalment in-nisa.


          Sinjali ta’ aċidożi lattika jinkludu:

          • Tieħu nifs fil-fond, mgħaġġel, bi tbatija

          • ħedla tan-ngħas

          • titrix jew dgħjufija fid-dirgħajn u r-riġlejn

          • tħossok imdardar (nawsja), taqla’ (rimettar)

          • uġigħ fl-istonku.


            Waqt il-kura tiegħek, it-tabib jimmonitorjak għal sinjali ta’ aċidożi lattika. Jekk ikollok kwalunkwe sintomu minn dawn imsemmijin hawn fuq, jew xi sintomi oħra li jinkwetawk:


            Ara t-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.


            Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam


            Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostejonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imutu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

          • jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

          • jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

          • jekk jixorbu l-alkoħol

          • jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

          • jekk għandhom piż żejjed.


            Sinjali ta’ ostejonekrożi jinkludu:

          • ebusija fil-ġogi

          • uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

          • diffikultà biex tiċċaqlaq.

            Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:

            Għid lit-tabib tiegħek.


            Effetti oħra jistgħu jidhru mit-testijiet tad-demm

            Terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV tista’ tikkawża wkoll:

          • żieda fil-livelli ta’ aċidu lattiku fid-demm, li f’okkazzjonijiet rari tista’ twassal għal aċidożi lattika


        Rappurtar tal-effetti sekondarji

        image

        Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

        permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

        sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Combivir


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenuttal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Combivir

    Is-sustanzi attivi huma lamivudine u zidovudine. Is-sustanzi l-oħra huma:

    • Il-qalba tal-pillola; microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate (gluten free),

      magnesium stearate, colloidal silicon dioxide

    • Il-kisja b’rita; hypromellose, titanium dioxide, macrogol 400, u polysorbate 80


Kif jidher Combivir u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli Combivir miksijin b'rita jiġu f’folji jew fi flixken. Kull pakkett jkun fih 60 pillola miksija b'rita. Huma pilloli minn bojod għal jagħtu ħarira fl-isfar, forma ta’ kapsula, b’sinjal imnaqqax fin- nofs, u mmarkati bil-kodiċi GXFC3 fuq iż-żewġ naħat.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni

għat-Tqegħid fis-Suq

GlaxoSmithKline

Pharmaceuticals S.A.

ul. Grunwaldzka 189

60-322 Poznan

Il-Polonja

ViiV Healthcare BV

Van Asch van Wijckstraat 55H

3811 LP Amersfoort L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien ViiV Healthcare srl/bv Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Lietuva

ViiV Healthcare BV Tel: + 370 80000334


България

ViiV Healthcare BV

Teл.: + 359 80018205

Luxembourg/Luxemburg ViiV Healthcare srl/bv Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország

ViiV Healthcare BV Tel.: + 36 80088309


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S

Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

ViiV Healthcare BV Tel: + 356 80065004


Deutschland

ViiV Healthcare GmbH

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

viiv.med.info@viivhealthcare.com

Nederland

ViiV Healthcare BV

Tel: + 31 (0)33 2081199


Eesti

ViiV Healthcare BV Tel: + 372 8002640

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

Tel: +34 900 923 501

es-ci@viivhealthcare.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

ViiV Healthcare SAS

Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

Infomed@viivhealthcare.com

Portugal

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL,

LDA

Tel: + 351 21 094 08 01

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com


Hrvatska

ViiV Healthcare BV Tel: +385 800787089

România

ViiV Healthcare BV

Tel: + 40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

ViiV Healthcare BV Tel: + 386 80688869


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika ViiV Healthcare BV Tel: + 421 800500589


Italia

ViiV Healthcare S.r.l Tel: + 39 (0)45 7741600

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline Oy

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30


Κύπρος

ViiV Healthcare BV Τηλ: + 357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

ViiV Healthcare BV Tel: + 371 80205045

United Kingdom (Northern Ireland)

ViiV Healthcare BV

Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}