Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Sustiva
efavirenz

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


SUSTIVA 50 mg kapsuli ibsin

efavirenz


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


-Piż tal-Ġisem


kg

SUSTIVA


Doża (mg)

Numru ta’ Kapsuli jew Pilloli u Saħħa li Għandhom Jingħataw

3.5 sa < 5

100

kapsula waħda ta’ 100 mg

5 sa < 7.5

150

kapsula waħda ta’ 100 mg +

kapsula waħda ta’ 50 mg

7.5 sa < 15

200

kapsula waħda ta’ 200 mg

15 sa < 20

250

kapsula waħda ta’ 200 mg + kapsula waħda ta’ 50 mg

20 sa < 25

300

tliet kapsuli ta’ 100 mg

25 sa < 32.5

350

tliet kapsuli ta’ 100 mg +

kapsula waħda ta’ 50 mg

32.5 sa < 40

400

żewġ kapsuli ta’ 200 mg

≥ 40

600

pillola waħda ta’ 600 mg JEW tliet kapsuli ta’

200 mg


Għal tfal li mhumiex kapaċi jibilgħu l-kapsuli, it-tabib jista’ jirrakkomanda li tinfetaħ il-kapsula iebsa u l-kontenut jitħallat ma’ ammont żgħir (1-2 kuċċarini) ta’ ikel (eż. jogurt). Il-kapsuli għandhom jinfetħu b’attenzjoni sabiex il-kontenut ma jinxteridx jew jaħrab mar-riħ fl-arja. Żomm il-kapsula bil-

kappa tħares ’il fuq u iġbed il-kappa ’ l bogħod mill-bqija tal-kapsula. Uża reċipjent żgħir għat-taħlit. Agħti t-taħlita lit-tifel/tifla kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara li ssir it-taħlita. Agħmel ċert li t-tifel/tifla jieħu l-ammont sħiħ tat-taħlita tal-ikel u tal-kontenut tal-kapsula. Żid ammont żgħir addizzjonali (madwar 2 kuċċarini) tal-ikel f’reċipjent tat-taħlit vojt, u ħawwad sabiex tagħmel ċert li ma jibqa’ ebda residwu tal-mediċina fir-reċipjent, u qis li t-tifel/tifla jieħu l- ammont sħiħ mill-ġdid. It-tifel/tifla ma għandu jingħata ebda ikel addizzjonali għal sagħtejn. It-tabib jista’ jirrakkomanda wkoll dan il-metodu ta’ teħid ta’ SUSTIVA għal adulti li ma jistgħux jibilgħu kapsuli.


image

Istruzzjonijiet għall-metodu ta’ traxxix tal-kapsula:


1

Evita li tagħti d-doża ta’ kuljum ta’ SUSTIVA fi żmien siegħa wara tmiegħ jew ikla.

2

Aħsel u xxotta idejk qabel u wara li tipprepara t-traxxix tal-kapsula.

3

Agħżel ikel artab li t-tifel/tifla jħobb/tħobb. Eżempji ta’ ikel artab huma zalza tat-tuffieħ, jelly tal-għeneb, jogurt, jew formula għat-trabi. Fi studju tal-preferenza tat-togħma fl-adulti, SUSTIVA mħallat mal-jelly tal-għeneb ingħata l-aħjar klassifikazzjoni.

4

Poġġi 1-2 kuċċarini tal-ikel f’kontenitur żgħir (illustrazzjoni a).

image

5

Il-kapsuli ta’ SUSTIVA jridu jinfetħu b’attenzjoni fuq il-kontenitur tal-ikel, kif deskritt fil-passi 6-7, biex b’hekk il-kontenut ma jinxteridx.

6

B’idejk fuq il-kontenitur, żomm il-kapsula bl-għatu wiċċu ’l fuq (ara l-illustrazzjoni b).

7

B’attenzjoni iġbed l-għatu mill-korp tal-kapsula (illustrazzjoni ċ).

8

Xerred il-kontenut tal-kapsula fuq l-ikel (illustrazzjoni d).

9

Jekk id-doża ta’ kuljum tikkonsisti minn iktar minn kapsula waħda, segwi l-passi 5-8 għal kull kapsula. Iżżidx aktar ikel.

10

Ħawwad il-kontenut tal-kapsula u l-ikel flimkien (illustrazzjoni e).

image


Passi 11-14 iridu jitlestew fi żmien 30 minuta mit-taħlit:

11

Agħti t-taħlita ta’ ikel u l-kontenut tal-kapsula lit-tifel/tifla, filwaqt li tiżgura li jiekol/tiekol l-ammont kollu (illustrazzjoni f).

image

12

Żid ammont żgħir ieħor (madwar 2 kuċċarini ta’ ikel mal-kontenitur tat-taħlit vojt

(illustrazzjoni a).

13

Ħawwad biex tagħmel ċert li m’hemm ebda residwu ta’ mediċina fil-kontenitur (illustrazzjoni

e).

14

Ara li t-tifel/tifla jerġa’/terġa’ tiekol l-ammont kollu (illustrazzjoni f).

15

Tagħtix lit-tifel/tifla xi ikel ieħor għal sagħtejn.


Jekk tieħu SUSTIVA aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq SUSTIVA ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.


Jekk tinsa tieħu SUSTIVA

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Jekk tieqaf tieħu SUSTIVA

Meta l-ħażna tiegħek ta’ SUSTIVA tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn SUSTIVA jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.


    L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ SUSTIVA meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.


    Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi SUSTIVA. Ir-raxx kien iktar komuni fit- tfal milli f’adulti kkurati bi SUSTIVA.


    Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu SUSTIVA f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il- problemi aktarx li jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf

    lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu SUSTIVA.

    Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

    • raxx tal-ġilda


      Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

    • ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

    • uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

    • ħakk

    • għeja

    • tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

      Testijiet jistgħu juru:

    • żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

    • żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm


      Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

    • nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

    • viżta mċajpra

    • sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

    • uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

    • reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema

      multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

    • ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

    • tkabbir tas-sider fl-irġiel

    • imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju, katatonja (kundizzjoni li fiha l-pazjent jispiċċa ma jistax jiċċaqlaq u ma jistax jitkellem għal perjodu ta’ żmien).

    • tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

    • tregħid

    • fwawar

      Testijiet jistgħu juru:

    • żieda ta’ kolesterol fid-demm


      Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

    • raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

    • insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

    • sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

    • suwiċidju


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan

    jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  2. Kif taħżen SUSTIVA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS.

    Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih SUSTIVA


Id-Dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin SUSTIVA tal-50 mg jiġu fi fliexken ta’ 30 kapsula.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG

Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2

Dublin 15

D15 T867

L-Irlanda


image

Manifattur

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Contrada Fontana del Ceraso 03012 Anagni (FR)

L-Italja


Aesica Queenborough Limited North Road, Queenborough Kent, ME11 5EL

image

Ir-Renju Unit


image

Aesica Pharmaceuticals GmbH - Monheim, Alfred-Nobel-Straße 10,

40789 Monheim, Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

dpoc_belux@merck.com

Luxembourg/Luxemburg MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel.: +361 888 53 00

hungary_msd@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak @merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS

Tlf: +45 44 82 40 00

dkmail@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA Tel: +49 89 121 42-0

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tel: +351 21 4465700

clic@merck.com


France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0)1 58 83 84 96

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals uc

Tel: +353 (0)1 483 3625

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o.

Tel.: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak @merck.com


Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l.

Tel: +39 06 50 39 61

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB

Tel: +46 (0)77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija

Tel: +371 67364 224

msd_lv@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736


Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme

Tel.: +370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’