Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Evicel
human fibrinogen, human thrombin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent EVICEL soluzzjonijiet ta’ siġillant

fibrinoġen uman trombina umana


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Jekk ikollok kwalunkwe mis-sintomi msemmija hawn fuq, jew kwalunkwe sintomi oħrajn relatati

mal-operazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew lill-kirurgu immedjatament. Jekk ma tħossokx tajjeb, għid lit-tabib tiegħek immedjatament, anki jekk is-sintomi tiegħek jkunu differenti minn

dawk deskritti hawn fuq.


Eff et ti sekondarj i oħr aj n

Effetti sekondarji oħrajn li ġew irrappurtati li kienu komuni fil-provi kliniċi b’EVICEL (i.e., jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 persuni) kienu jinkludu meninġite, deni, diffikultajiet bil-koagulazzjoni tad-

demm u akkumulazzjoni ta’ fluwidu CSF fil-kavitajiet tal-moħħ (idroċefalu). Il-frekwenza ta’ dawn l-effetti

kollha kienet komuni.


Effetti sekondarji li kienu mhux komuni matul il-provi kliniċi b’EVICEL (i.e., jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) kienu jinkludu infezzjoni, akkumulazzjoni ta’ demm (ematoma), nefħa, tnaqqis fl- emoglobina, u kumplikazzjonijiet tal-ferita wara l-operazzjoni (li jinkludu ħruġ ta’ demm jew infezzjoni).


EVICEL huwa siġillant li fih il-fibrina. Siġillanti li fihom il-fibrina in ġenerali jistgħu, f’każjiet rari (sa pazjent 1 minn kull 1,000 persuna), jikkaġunaw reazzjoni allerġika. Jekk tesperjenza reazzjoni allerġika jista’ jkollok wieħed jew iktar mis-sintomi li ġejjin: raxx fil-ġilda, ħorriqija jew urtikarja, għafis fis-sider, tertir, fwawar, uġigħ ta’ ras, pressjoni tad-demm baxxa, letarġija, nawżea, nuqqas ta’ sabar, żieda fir-rata tal-qalb, tnemmil, remettar jew tħarħir. L-ebda reazzjoni allerġika ma ġiet irrapportata s’issa f’pazjenti ttrattati b’EVICEL.


Hemm ukoll possibbilità teorika li int tista’ tiżviluppa antikorpi għall-proteini b’EVICEL, li jistgħu potenzjalment jinterferixxu mat-tgħaqid tad-demm. Il-frekwenza tat-tip ta’ avveniment mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).


Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji permezz tas-sistema ta’ r appur tar nazz j onali im ni żżl a f ’ Appendi ċi V . Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen EVICEL


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta kif ukoll fuq il-pakkett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Il-kunjetti għandhom jinżammu f’pożizzjoni wieqfa.


    Aħżen fil-friżer f’temperatura ta’ -18oC jew inqas. Żomm il-kunjetti fil-kartuna ta’ barra biex tilqa’ mid- dawl. Terġax tiffriża.

    Wara t-taħlil tas-silġ, kunjetti mhux miftuħin jistgħu jinħażnu f’temperatura ta’ 2oC -8°C u milqugħin mid- dawl, sa 30 jum, mingħajr ma jerġa’ jkun iffriżat matul dan il-perjodu. Id-data ta’ skadenza ġdida f’temperatura ta’ 2oC -8C għandha tinkiteb fuq il-kartuna iżda ma għandhiex taqbeż id-data ta’ skadenza stampata mill-manifattur fuq il-kartuna u t-tikketta. Fi tmiem dan il-perjodu, il-prodott għandu jintuża jew jintrema.


    Il-komponenti fibrinoġen u trombina huma stabbli f’temperatura ambjentali sa 24 siegħa. Tagħmilx EVICEL fil-friġġ ladarba jkun laħaq it-temperatura ambjentali.


    Iżda la darba miġbudin ġewwa l-apparat tal-applikazzjoni, jeħtieġ li jintużaw minnufih. Armi kwalunkwe prodott mhux użat wara 24 siegħa fit-temperatura ambjentali.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih EVICEL

Is-sustanzi attivi huma kif ġejjin:


Komponent 1: Proteina umana li tagħqad li prinċipalment fiha fibrinoġen u fibronektina (50 - 90 mg/ml) Komponent 2: Trombina umana (800 - 1,200 IU/ml)


Sustanzi oħrajn huma:


Komponent 1: arginine hydrochloride, glycine, sodium chloride, sodium citrate, calcium chloride, u ilma għall-injezzjonijiet.


Komponent 2: calcium chloride, human albumin, mannitol, sodium acetate, u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher EVICEL u l-kontenut tal-pakkett:


Daqs ij i et t a’ pakkett i


EVICEL huwa siġillant li fih il-fibrina umana li hija fornuta bħala pakkett li fih żewġ kunjetti tal-ħġieġ separati. Kull wieħed fih 1 ml, 2 ml jew 5 ml soluzzjoni ta’ fibrinoġen uman u trombina umana rispettivament.


EVICEL jiġi fid-daqsijiet ta’ pakketti li ġejjin: 2 x 1 ml, 2 x 2 ml, u 2 x 5 ml. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


L-apparat ta’ applikazzjoni u t-truf aċċessorjali adattati huma fornuti separatament.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Omrix Biopharmaceuticals N.V. Leonardo Da Vinci Laan 15

B-1831 Diegem Il-Belġju

Tel: + 32 2 746 30 00

Fax: + 32 2 746 30 01


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

https://www.ema.europa.eu.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini.

image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa: ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

Aqra dan qabel tiftaħ il-pakkett:

EVICEL jiġi f’pakketti sterili u għaldaqstant huwa importanti li tuża biss pakketti li ma jkunx fihom ħsara, li ma jkunux infetħu (sterilizzazzjoni wara mhijiex possibbli).


Tużax soluzzjonijiet li huma mdardrin jew li fihom xi depożiti.


Ħażna


Iż-żmien approvat kemm idum tajjeb EVICEL, huwa ħżin ta’ sentejn f’temperatura ≤ -18oC. Tużax wara d- data ta’ meta jiskadi li tidher fuqil-kartuna.


Fi żmien is-sentejn ta’ kemm idum tajjeb il-prodott, wara li jinħall, kunjetti mhux miftuħin jistgħu jinħażnu f’temperatura ta’ 2C - 8C (fi friġġ) u milqugħin mid-dawl għal 30 jum.Id-data meta bdiet il-ħażna fil-friġġ għandha tkun immarkata fuq il-pakkett fl-ispazju pprovdut. Terġax tiffriża.

Il-komponenti tal-fibrinoġen u trombina huma stabbli f’temperatura ambjentali sa 24 siegħa iżda meta jkunu nġibdu għal ġo l-apparat tal-għoti, għandhom jintużaw minnufih.


Il-kunjetti għandhom jinħażnu f’pożizzjoni wieqfa.

Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta. Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


L-apparat tal-applikazzjoni għandu jinħażen f’temperatura ambjentali, separatament mill-fibrinoġen u t- trombina.


Taħlil mis-silġ

Il-kunjetti għandhom jinħallu mis-silġ b’wieħed minn dawn il-modi:

2°C-8°C (friġġ): il-kunjetti jinħallu mis-silġ fi żmien 1 jum,

20°C-25°C (temperatura ambjentali): il-kunjetti jinħallu mis-silġ fi żmien 1 siegħa,

37°C (eż:, banju marija, bl-użu ta’ teknika asettika, jew billi l-kunjetti jissaħħnu fl-id): il-kunjetti għandhom jiġu maħlula mis-silġ fi żmien 10 minuti u jeħtieġ li ma jitħallewx f’din it-temperatura għal iktar minn 10 minuti, jew sakemm is-silġ jinħall għal kollox. It-temperatura m’għandhiex taqbeż is-37°C.

Qabel l-użu, il-prodott jeħtieġ jilħaq 20 C-30°C. Preparazzjoni

EVICEL għandu jiġi applikat biss permezz tal-użu ta’ apparat ta’ applikazzjoni EVICEL immarkat-CE u l-

użu mhux obbligatorju ta’ ponta aċċessorja għall-apparat. Fuljetti li jagħtu struzzjonijiet iddettaljati għall-użu ta’ EVICEL flimkien mal-apparat ta’ applikazzjoni u t-truf aċċessorjali mhux obbligatorji huma pprovduti mal-pakkett tal-apparat tal-applikazzjoni u ta’ truf aċċessorjali. It-truf aċċessorjali għandhom jintużaw biss minn persuni li huma mħarrġin kif suppost fil-proċeduri laparoskopiċi, proċeduri laparoskopiċi assistiti, jew proċeduri li jinvolvu operazzjoni miftuħa. Il-prodott għandu jiġi rrikostitwit u jingħata biss skont l- istruzzjonijiet u bit-tagħmir irrakkomandat għal dan il-prodott.


Biex jiġi evitat ir-riskju ta’ emboliżmu tal-arja jew il-gass li jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja EVICEL għandu jiġi sprejjat permezz ta’ CO2 taħt pressjoni biss.


Is-soluzzjonijiet iridu jkunu ċari jew xi ftit opalexxenti. Tużax soluzzjonijiet li huma mdardrin jew li jkollhom depożiti. Iġbed il-kontenuti taż-żewġ kunjetti għal ġewwa l-apparat tal-applikazzjoni, billi timxi skond l- istruzzjonijiet għall-użu fil-pakkett tal-apparat. Iż-żewġ siringi għandhom jimtlew b’volumi indaqs, u

m’għandhomx ikollhom bżieżaq tal-arja. L-ebda labra ma hija nvoluta fil-preparazzjoni ta’ EVICEL għall- għoti.


Qabel ma EVICEL jiġi applikat l-erja tal-wiċċ tal-ferita jeħtieġ li jiġi xxuttat b’tekniċi standard (eż. applikazzjoni intermittenti ta’ għafsiet, imseħliet, użu ta’ tagħmir tal-ġbid tal-arja).


Applikazzjoni permezz ta’ qtar


Billi żżomm it-tarf tal-applikatur qrib kemm jista’ jkun possibbli mal-wiċċ tat-tessut, iżda mingħajr ma tmiss it-tessut waqt l-applikazzjoni, applika taqtir individwali lill-erja li trid tiġi ttrattata. Jekk it-tarf tal-applakatur jimblokka, it-tarf tal-katetere jista’ jinqata’ f’inkrementi ta’ 0.5 ċm.


Applikazzjoni bħala sprej


EVICEL għandu jiġi sprejjat bl-użu ta’ CO2 taħt pressjoni biss.


Qabbad it-tubu l-qasir fuq l-apparat tal-applikazzjoni mat-tarf tal-lukkett luwer male tat-tubu t-twil tal-gass. Ikkonettja il-lokk tal-luwer feminil tat-tubu tal-gass (mal-filtru batterjostatiku ta’ 0.2 μm) mar-regolatur tal- pressjoni. Ir-regolatur tal-pressjoni għandu jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.


Meta EVICEL jiġi applikat permezz ta’ tagħmir tal-isprej, kun żgur li tintuża pressjoni u distanza mit-tessut fil-firxa rrakkomandata mill-manifattur:


Kirurġija

Sett tal-

isprej li għandu jintuża

Truf tal-applikatur li

għandhom jintużaw

Regolatur

tal- pressjoni li għandu jintuża

Distanza mit-

tessut fil-mira

Pressjoni tal-

isprej


Kirurġija miftuħa


Tagħmir tal- Applikatur ta’ EVICEL

6 ċm tarf flessibbli


Regolatur tal- Pressjoni Omrix


10 – 15 ċm

(4 – 6 pulzieri)


20 – 25 psi

(1.4 – 1.7 bar)

35 ċm tarf riġidu

45 ċm tarf flessibbli


Proċeduri ta’ Laparoskopija

35 ċm tarf riġidu


4 – 10 ċm

(1.6 – 4

pulzieri)

15 – 20 psi

(1.0 – 1.4 bar)

45 ċm tarf flessibbli

20 psi

(1.4 bar)


Imbagħad, il-prodott għandu jiġi sprejjat fuq il-wiċċ tat-tessut fi splużjonijiet qosra (0.1-0.2 ml) biex jifforma saff indaqs, irqiq. EVICEL jifforma rita ċara fuq l-erja tal-applikazzjoni.


Meta tisprejja EVICEL, bidliet fil-pressjoni tad-demm, il-polz, is-saturazzjoni tal-ossiġenu u l-end tidal CO2 għandhom jiġu mmonitorati minħabba l-possibilità li jkun hemm emboliżmu tal-gass.


Rimi


Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.