Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Esmya
ulipristal

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Esmya 5 mg pilloli

Ulipristal acetate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

- Qabel tibda trattament b’Esmya, se jsiru testijiet tad-demm biex issir taf kemm qed jaħdem tajjeb il-fwied tiegħek. Skont ir-riżultat ta’ dawn it-testijiet, it-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk trattament b’Esmya huwiex xieraq għalik. Dawn it-testijiet se jiġu ripetuti kull xahar għall-

ewwel 2 korsijiet ta’ trattament. Għal korsijiet ta’ trattament ulterjuri, il-fwied tiegħek se jiġi ċċekkjat darba qabel kull kors ta’ trattament ġdid u jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi deskritti hawn taħt. Barra minn hekk, il-fwied tiegħek għandu jiġi ċċekkjat ukoll 2-4 ġimgħat wara li t- trattament tiegħek ikun waqaf.

Jekk matul it-trattament ikollok kwalunkwe sinjal relatat mal-fwied, bħal li tħossok imdardra jew tirremetti (dardir jew rimettar), għeja, għeja severa, suffejra (sfurija tal-għajnejn jew tal- ġilda), awrina skura, ħakk jew uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-istonku, għandek twaqqaf it-trattament u tikkuntattja tabib minnufih, li se jiċċekkja l-funzjoni tal-fwied tiegħek u jiddeċiedi jekk tistax tkompli t-trattament.


Esmya huwa mistenni li jagħmel xi kontraċettivi ormonali inqas effettivi. Barra minn hekk, il- kontraċettivi ormonali u l-proġestaġens (eż. norethindrone jew levonorgestrel) huma mistennija wkoll li jagħmlu Esmya inqas effettiv. Għaldaqstant, il-kontraċettivi ormonali mhumiex rakkomandati u inti għandek tuża metodu kontraċettiv b’barriera affidabbli alternattiv, bħal kondom, waqt li tkun fuq kura b’Esmya.


Esyma ma’ ikel u xorb

Għandek tevita li tixrob meraq tal-grejpfrut meta tkun fuq kura b’Esmya.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Tiħux Esmya jekk int tqila. Il-kura waqt it-tqala tista’ taffettwa t-tqala tiegħek (mhuwiex magħruf jekk Esmya tistax tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek jew jekk tistax tikkawża korriment fit-tqala). Jekk toħroġ tqila waqt kura b’Esmya, għandek tieqaf tieħu Esmya minnufih u għandek tikkuntattja lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

Esmya huwa probabbli li jagħmel xi kontraċettivi ormonali inqas effettivi (ara “Mediċini oħra u Esmya”).

Esmya jgħaddi għall-ħalib tas-sider. Għaldaqstant, treddax lit-tarbija tiegħek waqt li tkun qed tieħu

Esmya.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Esmya jista’ jikkawża sturdament ħafif (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”).

M’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni jekk tesperjenza dawn is-sintomi.


  1. Kif għandek tieħu Esmya


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Id-doża rakkomandata hija pillola waħda ta’ 5 mg kuljum, għal korsijiet ta’ kura sa massimu ta’ 3 xhur kull wieħed. Jekk ġejt preskritta diversi korsijiet ta’ kura ta’ 3 xhur b’Esmya, għandek tibda kull kors malajr kemm jista' jkun matul it-tieni perjodu mestrwali wara li titlesta l-kura preċedenti.

    Għandek dejjem tibda tieħu Esmya fl-ewwel ġimgħa tal-pirjid mestrwali tiegħek.

    Il-pillola għandha tinbela’ mal-ilma u tista’ tittieħed mal-ikel kif ukoll mhux mal-ikel.


    Jekk tieħu Esmya aktar milli suppost

    L-esperjenza b’Esmya meta bosta dożi jittieħdu f’daqqa hija limitata. Ma kien hemm ebda rapport ta’ effetti ta’ ħsara serja meta ttieħdu bosta dożi ta’ din il-mediċina f’daqqa. Madankollu għandek tieħu parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar Esmya milli suppost.


    Jekk tinsa tieħu Esmya

    Jekk tinsa tieħu doża b’inqas minn 12-il siegħa, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk tinsa tieħu doża b’aktar minn 12-il siegħa, aqbeż il-pillola li tkun insejt tieħu u ħu biss pillola waħda bħan- normal. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Esmya

    Esmya għandu jittieħed kuljum matul il-korsijiet ta’ kura sa massimu ta’ 3 xhur b’mod kontinwu. Matul kull kors ta’ kura, tiqafx tieħu l-pilloli tiegħek mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek anke jekk tħossok aħjar għaliex is-sintomi jistgħu jerġgħu jfeġġu aktar tard.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Ieqaf uża Esmya u kkuntattja minnufih tabib jekk tesperjenza kwalunkwe sintomu minn dawn li ġejjin:

    • nefħa tal-wiċċ, ilsien jew griżmejn; diffikultà biex tibla’; ħorriqija u diffikultà biex tieħu n-nifs.

      Dawn huma sintomi possibbli ta’ anġjoedema (frekwenza mhux magħrufa).

    • dardir jew rimettar, għeja severa, suffejra (sfurija tal-għajnejn jew tal-ġilda), awrina skura, ħakk jew uġigħ fin-naħa ta’ fuq tal-istonku. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fil-fwied (frekwenza mhux magħrufa) li f’numru żgħir ta’ każijiet wasslu għal trapjant tal-fwied. Ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • tnaqqis jew nuqqas ta’ fsada mestrwali (amenorrea)

    • ħxuna tar-rita tal-ġuf (ħxuna endometrijali).


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • uġigħ ta’ ras

    • sensazzjoni ta’ tidwir (vertigo)

    • uġigħ fl-istonku, tħossok ma tiflaħx (imdardra)

    • akne

    • uġigħ fil-muskoli u fl-għadam (muskuloskeletriċi)

    • borża ta’ fluwidu fi ħdan l-ovarji (ċista fl-ovarji), sensittività/uġigħ fis-sider, uġigħ fin-naħa t’isfel

      tal-addome (fil-pelvis), fwawar

    • għejja

    • żieda fil-piż.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    • allerġija għall-mediċina

    • ansjetà

    • tibdil fil-burdata

    • sturdament

    • ħalq xott, stitikezza

    • telf ta’ xagħar, ġilda xotta, żieda fl-ammont ta’ għaraq

    • uġigħ fid-dahar

    • tnixxija ta’ awrina

    • fsada mill-ġuf (fsada fl-utru), tnixxija vaġinali, fsada vaġinali mhux normali

    • skumdità fis-sider

    • nefħa minħabba żamma ta’ fluwidu (edema)

    • għejja estrema (astenja)

    • żieda fil-kolesterol fid-demm li tidher fit-testijiet tad-demm, żieda fix-xaħmijiet fid-demm (trigliċeridi) li tidher f’testijiet tad-demm.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • fsada mill-imnieħer

    • indiġestjoni, nefħa

    • ksur tal-borża tal-fluwidu fi ħdan l-ovarji (ċista tal-ovarji)

    • nefħa tas-sider.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Esmya


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u fuq il-folji wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żomm il-folja fil-kaxxa ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Esmya


Kif jidher Esmya u l-kontenut tal-pakkett

Esmya hija pillola bajda għal offwajt, tonda, bit-truf ġejjin għat-tond, ta’ 7 mm bil-kodiċi “ES5” fuq

wiċċ minnhom.

Dan jiġi f’folji tal-Alu/PVC/PE/PVDC f’kaxex tal-kartun li fihom 28, 30 u 84 pillola jew f’folji tal- Alu/PVC/PVDC f’kaxex tal-kartun li fihom 28 u 84 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Gedeon Richter Plc.

Gyömrői út 19-21.

1103 Budapest

L-Ungerija


image

Manifattur

Cenexi

17 rue de Pontoise F-95520 Osny

Franza


Gedeon Richter Plc.

Gyömrői út 19-21.

1103 Budapest

L-Ungerija

image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/