Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Omnitrope
somatropin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Omnitrope 1.3 mg/mL trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni


somatropin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

maħsuba biex jintużaw darba biss għandhom jintremew. Armi s-

siringi b’mod sikur f’kontenitur magħluq.

Jekk tuża Omnitrope aktar milli suppost


Jekk tinjetta aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek malajr kemm jista’ jkun. Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed u aktar tard jitla’ żżejjed. Tista’ tħoss rogħda, tixxarrab bl-għaraq, tħossok bi ngħas jew “qisek persuna oħra”, u jista’ jħossok ħażin.


Jekk tinsa tuża Omnitrope


M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu. L-aħjar mod hu li tuża l- ormon tat-tkabbir tiegħek regolarment. Jekk tinsa tieħu doża, ħu l-injezzjoni li jkun imiss fil-ħin

normali l-għada. Ħu nota ta’ kwalunkwe injezzjonijiet li tkun insejt tieħu u għid lit-tabib tiegħek fiċ- check-up li jkun imiss.


Jekk tieqaf tuża Omnitrope


Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tieqaf tieħu Omnitrope.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji komuni ħafna u komuni fl-adulti jistgħu jibdew matul l-ewwel xhur tal- kura u jistgħu jew jieqfu spontanjament jew jekk id-doża tiegħek titnaqqas.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (x’aktarx iseħħu f’aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jinkludu:


    • Uġigħ fil-ġogi

    • Żamma ta’ ilma (li tidher bħala swaba’ jew għekiesi minfuħin għal xi żmien fil-bidu tal-kura)

    • Ħmura, ħakk jew uġigħ fil-parti fejn tingħata l-injezzjoni


      Effetti sekondarji komuni (x’aktarx iseħħu f’inqas minn 1 minn kull 10 persuni) jinkludu:


    • Nefħiet fuq il-ġilda mqabbżin bil-ħakk.

    • RaxxTmewwit/tnemnim

    • Ebusija fid-dirgħajn u riġlejn, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli


      Fl-adulti

    • Uġigħ jew sensazzjoni ta’ ħruq fl-idejn jew taħt id-dirgħajn (magħruf bħala s-sindrome tal- Carpal Tunnel)


      Effetti sekondarji mhux komuni (x’aktarx iseħħu f’inqas minn 1 minn kull 100 persuna) jinkludu:


    • Tkabbir tas-sider (ġinekomastja)

    • Ħakk

      Effetti sekondarji rari (x’aktarx iseħħu f’inqas minn 1 minn kull 1,000 persuna) jinkludu: Fit-tfal

    • Lewkimja (Din ġiet irrappurtata f’numru żgħir ta’ pazjenti b’defiċjenza tal-ormon tat-tkabbir, li

      xi wħud minnhom ġew ikkurati b’somatropin. Madankollu, m’hemm l-ebda evidenza li l-

      inċidenza ta’ lewkimja tiżdied f’persuni li jirċievu l-ormon tat-tkabbir mingħajr fatturi ta’

      predisposizzjoni.)

    • Żieda fil-pressjoni intrakranjali (li tikkawża sintomi, bħal uġigħ ta’ ras qawwi, disturbi tal-vista jew rimettar)


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):


    • Dijabete ta’ Tip 2

    • Tnaqqis fil-livelli tal-ormon Cortisol fid-demm tiegħek

    • Nefħa fil-wiċċ

    • Uġigħ ta’ ras

    • Ipotirojdiżmu


      Fl-adulti

    • Żieda fil-pressjoni intrakranjali (li tikkawża sintomi, bħal uġigħ ta’ ras qawwi, disturbi tal-vista, jew rimettar)


      Formazzjoni ta’ antikorpi għall-ormon tat-tkabbir li jkun ġie injettat, iżda ma jidhirx li dawn iwaqqfu

      l-ormon tat-tkabbir milli jaħdem.


      Il-ġilda madwar iż-żona tal-injezzjoni tista’ ma tibqax lixxa jew tintefaħ, iżda dan m’għandux jiġri

      jekk tkun injettajt f’post differenti kull darba.


      Kien hemm każijiet rari ta’ mewt f’daqqa f’pazjenti bis-Sindrome ta’ Prader-Willi. Madankollu, ma saret l-ebda assoċjazzjoni bejn dawn il-każijiet u l-kura b’Omnitrope.


      Slipped capital femoral epiphysis u l-marda ta’ Legg-Calvé-Perthes jistgħu jiġu kkunsidrati mit-tabib tiegħek jekk ikollok skonfort jew uġigħ fil-ġenbejn jew fl-irkoppa waqt li tkun qed tiġi kkurat b’Omnitrope.


      Effetti sekondarji oħrajn possibbli relatati mal-kura tiegħek bl-ormon tat-tkabbir jistgħu jinkludu dawn

      li ġejjin:


      Inti (jew it-tarbija tiegħek) jista’ jkollkom livell għoli ta’ zokkor fid-demm jew tnaqqis fil-livelli ta’ ormon tat-tirojde. Dan jista’ jiġi ttestjat mit-tabib tiegħek u jekk ikun meħtieġ, it-tabib tiegħek se jordnalek il-kura adegwata. B’mod rari, ġiet irrappurtata infjammazzjoni tal-frixa f’pazjenti kkurati b’ormon tat-tkabbir.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  2. Kif taħżen Omnitrope


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

    • Tagħmlux fil-friża.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Wara r-rikostituzzjoni, mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament.

      Madankollu, l-istabbiltà waqt l-użu ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C-8°C fil-

      pakkett oriġinali.

    • Jintuża darba biss.

    Tużax Omnitrope jekk tinnota li s-soluzzjoni hi mċajpra.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Omnitrope


Is-sustanza attiva ta’ Omnitrope hi somatropin.

Kunjett wieħed fih 1.3 mg (li jikkorrispondu għal 4 IU) ta’ somatropin wara r-rikostituzzjoni b’1 mL ta’ solvent.


Is-sustanzi l-oħra huma:

Trab:

glycine

disodium hydrogen phosphate heptyhydrate sodium dihydrogen phosphate dihydrate


Solvent:

ilma għall-injezzjonijiet


Kif jidher Omnitrope u l-kontenut tal-pakkett


Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni (trab f’kunjett (1.3 mg) u solvent f’kunjett (1 mL)). Daqs tal-pakkett ta’ 1.

It-trab hu abjad u s-solvent hu soluzzjoni ċara u bla kulur.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Sandoz GmbH Biochemiestr. 10 A-6250 Kundl

L-Awstrija


Manifattur


Sandoz GmbH Biochemiestr. 10

A-6336 Langkampfen

L-Awstrija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


.