Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Porcilis AR-T DF
adjuvanted vaccine against progressive atrophic rhinitis in piglets


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT


image

Porcilis AR-T DF suspensjoni għal injezzjoni għall-ħnieżer


1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


Sis tal-Awtorizzazzjoni tal-kummerċ u l-maniffatur Intervet International B.V

Wim de Korverstraat 35 5831 AN BOXMEER L- OLANDA


2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


Porcilis AR-T DF suspensjoni għal injezzjoni għall-majjali.


3 DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


Għall kull doża ta’ 2 ml Sustanzi attivi:


- Protein dO ( derivattiv mhux tossiku minn velenu dermo-nekrotiku ta’

Pasteurella multocida > 6.2Log2 TN tajter1

- Ċelloli inattivati ta’ Bordatella bronchiseptica > 5.5 log2 Aggl. Tajter1


  1. Tajter medju li nnewtralizza l-velenu wara vaċċinazjoni ripetuta ta’ nofs doża fil-fniek.

  2. Tajter ta’ agglutinazjoni medju wara vaċċinazjoni waħda ta’ nofs doża fil-fniek


Sustanzi mhux attivi:

dl-alpha – tocopherol acetate 150mg


Preservativi:

Formalina ≤1mg


  1. INDIKAZZJONI (JIET)


    Għat- tnaqqis tas-sintomi kliniċi ta’ rinite atrofika progressiva fil-qżieqeż permezz ta’ immunita passiva orali li jieħdu meta jixorbu l-kolostrum ta’ ommijiet li kienu ġew imlaqqma kontra l- marda.


  2. KUNTRADIZZJONIJIET


Xejn


  1. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Majjali trattati wrew żieda medja ta’ 1.5o Ċ fit-temperatura tal-ġisem, f’xi majjali kien hemm żieda anke sa 3oĊ,li tista twassal għall-abort, fil-ġurnata tal-vaċċinazzjoni jew l-għada. Tnaqqis fl-attivita u

    fl-ikel jistgħu iseħħu komunament fil-ġurnata tal-vaċċinazzjoni, u/jew xi nefħa (dijametru massimu ta’ 10 ċentimetri) jistgħu iseħħu sa ġimgħatejn wara fil-post fejn ingħatat l-injezzjoni. F'każijiet rari ħafna rejazzjonijiet ta' ipersensittivita immedjadti e.g. remettar, qtugħ ta' nifs u xokk jistgħu jseħħu.


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  2. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


Majjali u majjaliet ta’ l-ewwel


8 DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


Doża waħda ta’ 2 ml għandha tiġi njettata intramuskularment lil majjali minn 18 il-ġimgħa l-fuq preferibilment wara l-widna.


Skeda tal-vaċċinazzjoni:


L-ewwel darba: Injetta doża waħda(2ml) ghal kull majjala, b’doża oħra erba’ ġimgħat wara. L-ewwel tilqima għandha tingħata 6 ġimgħat qabel ma jferraw.


Revaċċinazzjoni: injezzjoni waħda (2ml) għandha tinghata minn 2 sa 4 ġimgħat qabel kull twelid li jiġi wara.


  1. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Qabel ma tuża l- vaċċin ħalliha tilħaq it-temperatura tal-kamra

    Ħawwad sewwa qabel u waqt li tuża. Evita li tikkontamina.


  2. PERJODU TA' TIŻMIM


Xejn ġranet.


11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Aħżen f'temperatura ta' 2Ċ – 8Ċ.

Tiffriżax.

Ipproteġi mid-dawl.

Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta

Żmien li l-prodott jibqa' tajjeb wara li jinfetaħ: 10 siegħat.


  1. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għall-użu fl-annimali

    Laqqam annimali b’saħħithom biss.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali


    F’każ li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta' nformazzjoni li jkun fih ġewwa.


    Użu fit-Tqala, fi żmien il-ħalib

    Jista jintuża waqt it-tqala.


    M'hemmx informazzjoni dwar l-effett u l-effikaċja ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott ieħor . Id-deċiżjoni li tuża dan il-vaċċin qabel jew wara li jintuża kwalunkwe prodott veterinarju mediċinali ieħor trid tittieħed fuq bażi ta’ kull kas għalih.


    Inkompatibilitajiet

    Tħallatx ma l-ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


  3. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediku veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (/).


  4. TAGĦRIF IEĦOR


Pasteurella multocida li tipproduċi velenu dermo-nekrotiku huwa l-patoġenu li responsabbli ġħall- qerda ta’ passaġġi fl-imnifsejn f’rinite atrofika progressiva. Il-kolonizzazzjoni tal-mukosa fl-imnifsejn mill-Pasteurella multocida huwa ħafna drabi mgħejjun minn Bordetella bronchiseptica. Il- vaċċin fih derivattiv rikombinant mhux tossiku tal- velenu tal-Pasteurella multocida u ċelloli inattivati tal- Bordetella bronchiseptica. L-immunoġeni huma nkorporati fl-adjuvant bbażat fuq dl-alpha – tocopherol. Il-qżieqeż żgħar jieħdu l-immunita meta jixorbu l-kolostrum minn majjaliet vaċċinati.


Kaxxa tal-kartun li fiha 1 kunjett ta’ 20 jew 50 millilitru, magħmul minn ħġieġ (idrolitiku tip 1). Kaxxa tal-kartun li fiha 1 kunjett PET ta’ 20ml, 50ml., 100ml jew 250ml


Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.