Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Yellox
bromfenac


Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent Yellox 0.9 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni Bromfenac


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Li tilbes il-contact lenses mhux rakkomandat wara operazzjoni tal-katarretti. Għalhekk, tilbisx contact lenses waqt li tkun qed tuża Yellox.


Tfal u adolexxenti

Yellox m’għandux jintuża fit-tfal u fl-adoloxxenti.


Mediċini oħra u Yellox

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk int tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tuża Yellox.

Yellox m’għandux jintuża matul l-aħħar tlett xhur tat-tqala. It-tabib jista’ jordnalek din il- mediċina waqt it-tqala jekk il-benefiċċju mistenni lil omm huwa akbar mir-riskju possibbli għat- tarbija. Yellox jista’ jiġi preskritt lil mara li qed tredda’ u ma jkollhom ebda influwenza importanti fuq il-fertilità.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ tiċċajpar għal żmien qasir wara li tuża dawn il-qtar għall-għajnejn. Jekk ikollok vista mċajpra meta jingħata, la għandek issuq u l-anqas tħaddem magni sakemm il-vista tiegħek tiċċara.


Yellox fih benzalkonium chloride

Din il-mediċina fiha 0.00185 mg ta’ benzalkonium chloride f’kull qattra li hu ekwivalenti għal

0.05 mg/ml.

Benzalkonium chloride jista’ jiġi assorbit minn contact lenses u jista’ jibdel il-kulur tal-contact lenses. Għandek tneħħi l-contact lenses qabel ma tuża din il-mediċina u terġa tilbeshom 15-il minuta wara.

Benzalkonium chloride jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn, speċjalment jekk għandek

għajnejn xotti jew kundizzjonijiet tal-korneja (is-saff trasparenti fuq il-quddiem tal-għajn). Jekk tħoss xi sensazzjoni mhux normali fl-għajn, tingiż jew uġiegħ fl-għajn wara li tuża din il- mediċina, kellem lit-tabib tiegħek.


  1. Kif gћandek tuża Yellox


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża


    Id-doża rakkomandata hi qatra waħda ta’ Yellox fl-għajn(ejn) affettwata darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija). Tużax aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) milquta darbtejn kuljum. Ibda uża dawn il-qtar għall-għajnejn fil-ġurnata wara l-operazzjoni tiegħek tal-katarretti.


    Metodu ta’ Amministrazzjoni Yellox huwa għall-użu okulari.


    • Aħsel idejk qabel tibda tuża l-qtar għall-għajnejn.

    • Poġġi f’pożizzjoni komda u stabbli.

    • Dawwar l-għatu tal-flixkun biex tneħħieh.

    • Żomm il-flixkun, ippuntat ’l isfel, bejn is-saba’ l-kbir u swaba’ l-oħrajn.

    • Aqleb rasek lura.

    • Iġbed il-kappell ta' taħt tal-għajn 'l isfel u b’saba' nadif.

    • Ressaq il-ponta tal-flixkun qrib l-għajn.

    • Tmissx l-għajn jew il-kappell tal-għajn tiegħek, iż-żoni tal-madwar jew uċuħ oħra bl- applikatur tat-tqattir.

    • Agħfas bil-mod il-flixkun biex tinżel qatra waħda ta’ Yellox.

    • Agħlaq l-għatu tal-flixkun b’mod sod minnufih wara li tużah.

    • Żomm il-flixkun magħluq sewwa meta ma jkunx qed jintuża.


    Jekk tuża kwalunkwe qtar ieħor għall-għajnejn, stenna mill-inqas ħames minuti bejn meta tuża Yellox u l-qtar l-ieħor.


    Durazzjoni tat-trattament

    Kompli l-qtar matul l-ewwel 2 ġimgħat wara l-operazzjoni tiegħek. Tużax Yellox iktar minn

    ġimgħatejn.


    Jekk tuża Yellox aktar milli suppost

    Laħlaħ għajnek bl-ilma fietel. Tqattarx aktar qtar sakemm ikun sar il-ħin għad-doża regolari li jkun jmiss tiegħek. Jekk Yellox jinbela’ aċċidentalment, għandha tittieħed tazza ilma jew fluwidu ieħor biex tlaħlaħ il-mediċina. .


    Jekk tinsa tuża Yellox

    Uża doża waħda hekk kif tiftakar. Jekk ikun kważi sar il-ħin għad-doża li jkun jmiss, aqbeż id- doża li tkun insejt tieħu. Kompli bid-doża regolari li jkun jmiss fl-iskeda. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tuża Yellox

    Tiqafx tuża Yellox mingħajr ma tkellem it-tabib tiegħek.


    F’ każijiet rari mal-irtirar ta’ Yellox, aggravament tar-rispons infjammatorju, eż. fil-forma ta’ nefħa fir-retina, jista’ jseħħ minħabba l-operazzjoni tal-katarretti.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

    Jekk tonqoslok il-vista jew ikollok vista mċajpra fil-ġimgħa wara t-tmiem tal-kura,ikkuntattja lit-

    tabib tiegħek minnufih.

    Jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin waqt li tkun qed tuża l-qtar, ikkuntattja minnufih it-tabib:


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 100 persuna)

    Tħoss xi ħaġa barranija fl-għajnejn, ħmura u infjammazzjoni tal-għajnejn, ħsara u infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajnejn, tnixxija mill-għajnejn, ħakk fl-għajnejn jew uġigħ fl-għajnejn, nefħa jew ħruġ ta’ demm f’il-kappell tal-għajn, vista impedita minħabba infjammazzjoni, floaters jew tikek li jiċċaqilqu quddiem l-għajnejn jew tnaqqis fil-vista li jista’ jindika ħruġ ta’ demm jew ħsara fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn (retina), skomfort fl-għajnejn, sensittività għad-dawl jew vista mċajpra, nefħa tal-wiċċ, sogħla, tinfaraġ jew imnieħer li jnixxi.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 1,000 persuna)

    Ħsara fis-superfiċje tal-għajnejn, ħmura tal-għajnejn, ażma.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Yellox


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina, wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna ta’ barra wara "EXP". Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


    Armi l-flixkun 4 ġimgħat wara li jinfetaħ l-ewwel darba, biex tevita infezzjonijiet anki jekk ikun fadal soluzzjoni.

    Ikteb id-data ta’ meta ftaħtu fuq it-tikketta tal-kartuna fl-ispazju pprovdut.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku.. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l- ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Yellox

benzalkonium chloride (ara sezzjoni 2), tyloxapol, povidone (K30), disodium edetate, ilma għall-injezzjoni, sodium hydroxide (biex iżomm il-livelli tal-aċidità normali).


Kif jidher YelloxYELLOX u l-kontenut tal-pakkettYellox hu likwidu (soluzzjoni) isfar ċar disponibbli f’pakkett li fih flixkun wieħed tal-plastik ta’ 5 ml b’għatu bil-kamin.


Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Bausch Health Ireland Limited


3013 Lake Drive

Citywest Business Campus Dublin 24, D24PPT3

L-Irlanda


Manifattur

Dr. Gerhard Mann

Chem.-pharm. Fabrik GmbH Brunsbütteler Damm 165/173 13581 Berlin

Il-Ġermanja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’