Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cyramza
ramucirumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cyramza 10 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ramucirumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tingħata Cyramza jekk inti:


- għandek kwalunkwe kundizzjoni li żżidlek ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. Għid ukoll lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi mediċini li jistgħu jżidulek ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm jew li jaffettwaw il-ħila li d-demm jagħqad. F’każijiet bħal dawn, it-tabib tiegħek se jagħmel testijiet regolari biex jissorvelja r-riskju ta’ ħruġ ta’ demm.


f’pazjenti li għandhom funzjoni tal-kliewi indebolita b’mod qawwi.

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek immedjatament jekk xi waħda minn dawn li ġejjin tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju) waqt kura b’Cyramza jew f’kwalunkwe ħin minn hemm ’il quddiem:


sezzjoni 3). It-tabib jew l-infermier tiegħek se jiċċekkjaw għal effetti sekondarji waqt l-

infużjoni tiegħek. Is-sintomi jistgħu jinkludu: żieda fit-tensjoni tal-muskoli, uġigħ fid-dahar, uġigħ u/jew tagħfis fis-sider, tkexkix ta’ bard, fwawar, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, u sensazzjoni ta’ tingiż jew tirżiħ fl-idejn jew is-saqajn. F’każijiet gravi, is-sintomi jistgħu jinkludu tbatija fit-teħid tan-nifs ikkawżata minn djuq tal-passaġġi tan-nifs, qalb tħabbat b’mod aktar mgħaġġel u ħass ħażin. Cyramza jitwaqqaf b’mod permanenti jekk inti jkollok reazzjoni qawwija marbuta mal-infużjoni.


- Kondizzjoni rari iżda serja tal-moħħ li tissejjaħ ‘sindromu ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli’ jew ‘PRES-posterior reversible encephalopathy syndrome’: Cyramza jista’ jżid ir- riskju li tiżviluppa din il-kondizzjoni fil-moħħ. Is-sintomi jistgħu jinkludu konvulzjonijiet, uġigħ ta’ ras, tħossok se taqla’ (dardir), taqla’ (rimettar), għama, jew tibdil fl-istat ta’ koxjenza, bi jew mingħajr pressjoni għolja tad-demm. Cyramza se jitwaqqaf jekk ikollok din il- kondizzjoni fil-moħħ.




Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Nederland B.V. Papendorpseweg 83

3528 BJ Utrecht

L-Olanda


Manifattur

Lilly, S.A.

Avda de la Industria, 30 Alcobendas

28108 Madrid

image

Spanja


Lilly France Fegersheim 2 rue du Colonel Lilly 67640 Fegersheim Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/België/Belgien

Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Lietuva

Eli Lilly Lietuva

Tel. +370 (5) 2649600


България

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България тел. + 359 2 491 41 40

Luxembourg/Luxemburg Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84


Česká republika

ELI LILLY ČR, s.r.o. Tel: + 420 234 664 111

Magyarország

Lilly Hungária Kft. Tel: + 36 1 328 5100


Danmark

Eli Lilly Danmark A/S Tlf: +45 45 26 60 00

Malta

Charles de Giorgio Ltd. Tel: + 356 25600 500


Deutschland

Lilly Deutschland GmbH Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Nederland

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: + 31-(0) 30 60 25 800


Eesti

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: +372 6 817 280

Norge

Eli Lilly Norge A.S. Tlf: + 47 22 88 18 00


Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600

Österreich

Eli Lilly Ges.m.b.H. Tel: + 43-(0) 1 711 780


España

Lilly S.A.

Tel: + 34-91 663 50 00

Polska

Eli Lilly Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 440 33 00


France

Lilly France

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Portugal

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: + 351-21-4126600


Hrvatska

Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999

România

Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000


Ireland

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Slovenija

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o. Tel: +386 (0)1 580 00 10


Ísland

Icepharma hf.

Sími + 354 540 8000

Slovenská republika Eli Lilly Slovakia s.r.o. Tel: + 421 220 663 111


Italia

Eli Lilly Italia S.p.A. Tel: + 39- 055 42571

Suomi/Finland

Oy Eli Lilly Finland Ab Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Phadisco Ltd

Τηλ: +357 22 715000

Sverige

Eli Lilly Sweden AB Tel: + 46-(0) 8 7378800


Latvija

Eli Lilly (Suisse) S.A Pārstāvniecība Latvijā Tel: +371 67364000

United Kingdom (Northern Ireland) Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini /.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku: Tħawwadx il-kunjett.

Ipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni bl-użu tat-teknika asettika biex taċċerta ruħek li s-soluzzjoni ppreparata hija sterili.


Kull kunjett qiegħed biex jintuża darba biss. Qabel id-dilwizzjoni ifli l-kontenut tal-kunjett għal frak u bidla fil-kulur (il-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jkun ċar sa kemxejn ikanġi u bla kulur sa kemxejn isfar mingħajr ma jidher fih frak). Jekk tara xi frak jew bidla fil-kulur, armi l- kunjett.


Ikkalkula d-doża u l-volum ta’ ramucirumab meħtieġa biex tipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni. Il- kunjetti fihom 100 mg jew 500 mg bħala soluzzjoni ta’ 10 mg/ml ta’ ramucirumab. Bħala dilwent uża biss soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%).


F’każlijkunqedjintużakonteniturmimligħal-lestb’infużjonigħalġol-vini

Abbażi tal-volum ikkalkulat ta’ ramucirumab, neħħi l-volum li jaqbel miegħu ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) mill-kontenitur ta’ 250 ml mimli għal-lest b’użu għal ġol-vini. Ittrasferixxxi b’mod asettiku l-volum ikkalkulat ta’ ramucirumab għal ġol-kontenitur b’użu għal ġol-vini. Il-volum totali finali fil-kontenitur għandu jkun ta’ 250 ml. Il-kontenitur għandu jinqaleb bil-mod ta’ taħt fuq biex jiġi aċċertat li tħallat sewwa. TIFFRIŻAX U TĦAWWADX is- soluzzjoni għall-infużjoni. TIDDILWIX b’soluzzjonijiet oħra u tagħtix ma’ infużjonijiet oħra ta’ elettroliti jew prodotti mediċinali fl-istess ħin.


F’każlijkunqedjintużakonteniturta’infużjonigħalġol-vinivojt

Ittrasferixxi b’mod asettiku l-volum ikkalkulat ta’ ramucirumab ġo kontenitur ta’ infużjoni għal ġol- vini vojt. Żid kwantità biżżejjed ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%)

fil-kontenitur biex iġġib il-volum totali għal 250 ml. Il-kontenitur għandu jinqaleb bil-mod ta’ taħt fuq biex jiġi aċċertat li tħallat sewwa. TIFFRIŻAX U TĦAWWADX is-soluzzjoni għall-infużjoni. TIDDILWIX b’soluzzjonijiet oħra u tagħtix ma’ infużjonijiet oħra ta’ elettroliti jew prodotti mediċinali fl-istess ħin.


Wara d-dilwizzjoni u l-preparazzjoni, il-mediċina għandha tintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħinijiet u l-kondizzjonijiet tal-ħażna tal-preparat qabel ma jintuża huma r- responsabbiltà ta’ min ikun qed jużah u s-soltu ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 °C sa 8 ºC.


Prodotti mediċinali parenterali għandhom jiġu miflija għal frak qabel jingħataw. Jekk jidher xi frak, armi s-soluzzjoni għall-infużjoni.


Armi kwalunkwe porzjon ta’ ramucirumab li ma jkunx intuża u li jkun għad fadal fil-kunjett, minħabba li l-prodott ma fihx preservattivi kontra l-mikrobi.


Agħti permezz ta’ pompa tal-infużjoni. Għall-infużjoni għandu jintuża pajp separat tal-infużjoni b’filtru ta’ 0.22 mikron li jħalli l-proteini jgħaddu u l-pajp għandu jitlaħlaħ b’soluzzjoni għall- injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) fi tmiem l-infużjoni.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.