Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xolair
omalizumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Xolair 75 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

omalizumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Xolair u l-kontenut tal-pakkett

Xolair 75 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni huwa fornut bħala trab abjad jagħti fl- offwajt f’kunjett żgħir tal-ħġieġ flimkien m’ampulla li fiha 2 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet. It-trab huwa rikostitwit fl-ilma qabel ma jiġi injettat minn tabib jew ners.


Xolair huwa disponibbli f’pakketti li fihom kunjett wieħed ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni u ampulla waħda ta’ 2 ml ilma għall-injezzjonijiet.


Xolair huwa disponibbli wkoll f’kunjetti b’150 mg omalizumab.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road

Dublin 4 L-Irlanda


Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstrasse 25

D-90429 Nürnberg Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas

Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S

Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS

Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH

Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited

Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Mediċini

TAGĦRIF GĦALL-PROFESSJONIST FIL-QASAM TAS-SAĦĦA


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Il-prodott mediċinali lajofilizzat jieħu bejn 15-20 minuta biex jinħall, għalkemm f’xi każi jista’ jieħu aktar. Il-prodott mediċinali imħallat lest jidher ftit opalexxenti, bla kulur sa isfar pallidu jagħti fil-kannella u jista’ jkollu ftit bżieżaq ta’ l-arja jew ragħwa max-xifer tal-kunjett. Minħabba li l-prodott mediċinali fil-kunjett ikun daqsxejn magħqud, għandha tingħata attenzjoni sabiex jitneħħa l-prodott mediċinali kollu mill-kunjett qabel ma tneħħi xi arja jew soluzzjoni żejda mis-siringa sabiex tikseb 0.6 ml.


Sabiex tipprepara kunjetti ta’ Xolair 75 mg użu għal taħt il-ġilda, jekk jogħġbok żomm ma’ dawn l- istruzzjonijiet:


  1. Iġbed 0.9 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet mill-ampulla fis-siringa mgħammra b’labra 18-gejġ b’kalibru wiesa’.


  2. Bil-kunjett wieqaf fuq superfiċje ċatta, daħħal il-labra u ixħet l-ilma għall-injezzjonijiet fil-kunjett li fih it-trab lajofilizzat billi tħares it-teknika asettika standard, immira l-ilma għall-injezzjonijet direttament fuq it-trab.


  3. Bil-kunjett wieqaf, dawwar bil-qawwi (imma tħawwadx) għal madwar minuta sabiex it-trab jixxarrab kollu b’mod indaqs.


  4. Biex tgħinu jinħall, wara li tlesti punt 3, dawwar bil-mod il-kunjett għal 5-10 sekondi kull madwar 5 minuti sabiex tħoll xi biċċiet solidi li jkun fadal.


    Innota li f’xi każijiet tista’ ddum aktar minn 20 minuta sabiex it-trab jinħall għal kollox. Jekk jiġri hekk, erġa irrepeti punt 4 sakemm ma jibqgħux jidhru biċċiet qishom ġell fis-soluzzjoni.


    Meta l-prodott mediċinali jinħall għal kollox m’għandux ikollu biċċiet qieshom ġell jidhru fis- soluzzjoni. Ħafna drabi jkun hemm bżieżaq żgħar jew rawgħa max-xifer tal-kunjett. Il-prodott mediċinali mħallat lest ikun jidher sa ftit opalexxenti, bla kulur sa isfar pallidu jagħti fil-kannella. Tuzahx jekk ikun hemm xi biċċiet solidi fih.


  5. Aqleb il-kunjett għal mill-anqas 15-il sekonda sabiex tħalli s-soluzzjoni tinżel l-isfel lejn it-tapp.

    B’siringa ġdida ta’ 3 ml mgħammra b’labra ta’ kalibru wiesa’, 18-gejġ, daħħal il-labra fil-kunjett maqlub. Bil-kunjett rasu l-isfel, poġġi l-ponta tal-labra fil-qiegħ nett tas-soluzzjoni fil-kunjett waqt li tiġbed is-soluzzjoni fis-siringa. Qabel toħroġ il-labra mill-kunjett, iġbed il-planġer lura għal kollox sat-tarf tal-bettija tas-siringa sabiex tneħħi s-soluzzjoni kollha mill-kunjett maqlub rasu l-isfel.


  6. Ibdel il-labra tal-18-gejġ ma’ labra tal-25-gejġ għal taħt il-ġilda.


  7. Imbotta l-arja, bżieżaq kbar, u s-soluzzjoni żejda sabiex tikseb id-doża ta’ 0.6 ml li hemm bżonn. Saff irqieq ta’ bżieżaq żgħar jistgħu jibqgħu fil-wiċċ tas-soluzzjoni tas-siringa. Minħabba li s-soluzzjoni tkun daqsxejn magħquda, tista’ tieħu 5-10 sekondi biex tagħti s- soluzzjoni b’injezzjoni taħt il-ġilda.


    Il-kunjett ikun fih 0.6 ml (75 mg) ta’ Xolair.


  8. L-injezzjonijiet jingħataw taħt il-ġilda fir-reġjun tad-deltojd tad-driegħ, taħt iż-żaqq (imma mhux fiż-żona ta’ 5 ċm madwar iż-żokra) jew fil-koxxa.