Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Colobreathe
colistimethate sodium

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Colobreathe 1,662,500 IU trab li jittieħed man-nifs, kapsuli ibsin.

Colistimethate sodium


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Colobreathe u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Colobreathe

  3. Kif għandek tuża Colobreathe

4. Effetti sekondarji possibbli

  1. Kif taħżen Colobreathe

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Colobreathe u għalxiex jintuża


    Colobreathe fih colistimethate sodium li huwa tip t’antibijotiku msejjaħ polymyxin.


    Colobreathe jintuża biex jikkontrolla infezzjonijiet persistenti tal-pulmun ikkawżati mill-batterju Pseudomonas aeruginosa f’pazjenti adulti u tfal minn 6 snin u akbar b’fibrożi ċistika. Pseudomonas aeruginosa huwa batterju komuni ħafna li jinfetta kważi l-pazjenti kollha b’fibrożi ċistika f’xi żmien matul ħajjithom. Xi persuni se jiksbu din l-infezzjoni waqt li jkunu għadhom żgħar ħafna imma għal oħrajn se tkun ħafna aktar tard. Jekk din l-infezzjoni ma tkunx ikkontrollata tajjeb ser tikkawża ħsara lill-pulmun.


    Kif jaħdem

    Colobreathe jaħdem billi jeqred il-membrana taċ-ċelloli batterjali, b’effett letali fuqhom.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Colobreathe Tużax Colobreathe

    • jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek intom allerġiċi għal colistimethate sodium, colistin sulphate jew polymyxins.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Colobreathe.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek qatt kellkom xi kundizzjonijiet minn dawn li ġejjin:

    • jekk irreaġixxejt ħażin għal trab xott li ttieħed man-nifs fil-passat, għajr meta dan ikun diġà ġie diskuss mat-tabib tiegħek.

    • jekk diġà għandkom kundizzjoni muskolari magħrufa bħala myasthenia gravis jew il- kundizzjoni li ntirtet, porfirja

    • demm fl-isputum tiegħek (is-sustanza li ttella’ mas-sogħla)

      Wara kull darba li Colobreathe jinġibed man-nifs, il-ħalq għandu jitlaħlaħ bl-ilma. It-tlaħliħa m’għandhiex tinbela. It-tlaħliħ jista’ jnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp ta’ super-infezzjoni fungali fil-ħalq waqt il-kura u jista’ saħansitra jnaqqas it-togħma ħażina assoċjata ma’ colistimethate sodium.


      Meta inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tibdew tużaw Colobreathe, inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tistgħu tiżviluppaw sogħla, qtugħ ta’ nifs, tagħfis fis-sider jew tħarħir. In-numru ta’ dawn l-effetti sekondarji jistgħu jonqsu kif inti tkompli tuża l-inalatur jew inkella t-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi

      bronkodilatur sabiex tużah qabel jew wara li tieħu Colobreathe. Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti jsir

      problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek li jista’ jibdel it-trattament tiegħek.


      Jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek għandkom xi problemi bil-kliewi jew bin-nervituri tagħkom, għandha tingħata attenzjoni meta jingħata Colobreathe iżda t-tabib tagħkom għandu jkun konxju ta’ dan.


      Jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek teħtieġuforom oħra ta’ colistimethate jew b’injezzjoni jew b’nebulizzazzjoni għandha tintuża kawtela iżda t-tabib tagħkom għandu jkun konxju ta’ dan.


      Tfal

      M’għandekx tagħti Colobreathe lit-tfal li għadhom m’għalqux 6 snin peress li mhux adattat għalihom.


      Mediċini oħra u Colobreathe

      Għid lit-tabib tiegħek jekk inti/it-tifel/tifla tiegħek qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi

      mediċina oħra, u b’mod partikolari:


    • għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek qed tieħdu antibijotiċi tat-tip aminoglycoside użati għall-kura ta’ infezzjonijiet;

    • jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tbati minn myasthenia gravis u qed tieħu antibijotiċi tat-tip makrolidi bħal azithromycin u clarithromycin, jew fluorquinolones bħal norfloxacin u ciprofloxacin. Meta dawn jittieħedu fl-istess ħin ma’ Colobreathe jistgħu jinħolqu problemi bid- dgħufija tal-muskoli;

    • għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek qed tieħdu colistimethate b’injezzjoni jew b’nebulizzazzjoni;

    • għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek teħtieġu loppju ġenerali.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

      tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      M’hemm l-ebda informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ Colobreathe f’nisa tqal. It-tabib tiegħek għandu jagħtik parir qabel tibda tuża Colobreathe dwar jekk il-benefiċċji tal-mediċini jiżbqux ir-riskji.


      Colistimethate sodium jista’ jidħol fil-ħalib tas-sider. Jekk jogħġbok iddiskuti l-użu ta’ Colobreathe mat-tabib tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jista’ jiġri li waqt li tkun qed tuża Colobreathe jista’ jkollok sturdament, konfużjoni jew ikollok

      problemi bil-vista tiegħek. M’għandekx issuq jew tuża xi magni qabel ma jkunu marru s-sintomi.


      Colobreathe fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa

      mis-sodium’.


  3. Kif għandek tuża Colobreathe


Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti/it-tifel/tifla tiegħek ikollkom xi dubju.

L-ewwel doża għandha tingħata taħt sorveljanza medika. Id-doża rakkomandata hija

Adulti u tfal minn 6 snin u ikbar


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Teva B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Manifattur

Penn Pharmaceutical Services Limited Tafarnaubach Industrial Estate Tredegar

Gwent NP22 3AA

Ir-Renju Unit


Teva Pharmaceuticals Europe BV

Swensweg 5

image

2031 GA Haarlem L-Olanda


image

Millmount Healthcare Limited

Block 7, City North Business Campus

Stamullen Co Meath

K32 YD60

L-Irlanda

Merckle GmbH Ludwig-Merckle-Str-3 89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics

Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Teл: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S

Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland

L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V.

Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS

Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U.

Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 15890390

Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l

Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB

Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland

Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


https://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.