Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vantavo (previously Alendronate sodium and colecalciferol, MSD)
alendronic acid, colecalciferol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


VANTAVO 70 mg/2800 IU pilloli VANTAVO 70 mg/5600 IU pilloli


alendronic acid / colecalciferol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F'dan il-fuljett


  1. X’inhu VANTAVO u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VANTAVO

  3. Kif għandek tieħu VANTAVO

  4. Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen VANTAVO

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu VANTAVO u għalxiex jintuża X'inhu VANTAVO?

    VANTAVO huwa pillola li fiha ż-żewġ sustanzi attivi, alendronic acid (magħruf b’mod komuni bħala alendronate) u colecalciferol magħruf bħala vitamina D3.


    X'inhu alendronate?

    Alendronate jappartjeni għal grupp ta' mediċini mhux ormonali li jissejħu bisphosphonates. Alendronate jipprevjeni t-telf tal-għadam li jseħħ f'nisa wara li jkunu għaddew mill-menopawsa, u

    jgħinhom jibnu mill-ġdid l-għadam. Huwa jnaqqas ir-riskju ta' ksur vertebrali u tal-ġenbejn.


    X'inhi vitamina D?

    Il-vitamin D hija nutrijent essenzjali, meħtieġa għall-assorbiment tal-kalċju u l-għadam b'saħħtu. Il-

    ġisem jista' biss jassorbi l-kalċju sew mill-ikel tagħna jekk ikollu biżżejjed vitamina D. Ftit ikel biss

    fih il-vitamina D. Is-sors ewlieni hu permezz ta' espożizzjoni għad dawl tax-xemx fis-sajf li jagħmel il- vitamina D fil-ġilda tagħna. Kif nikbru fl-età il-ġilda tagħna tagħmel anqas vitamina D. Nuqqas ta'

    vitamina D jista' jwassal għat-telf ta' għadam u osteoporożi. Nuqqas serju ta' vitamina D jista' jwassal

    għal indeboliment muskolari li jista' jwassal għal waqgħat u għal riskju akbar ta' ksur.


    Għalxiex jintuża VANTAVO?

    It-tabib tiegħek ippreskriva VANTAVO sabiex jittratta l-osteoporożi tiegħek u minħabba li inti f'riskju minħabba nuqqas ta' vitamina D. Dan inaqqas ir-riskju ta' ksur vertebrali u tal-ġenbejn fin-nisa wara l- menopawsa.


    X'inhi l-osteoporożi?

    L-osteoporożi hija it-tidjiq u d-dgħjufija tal-għadam. Hija komuni fin-nisa wara l-menopawsa. Fil- menopawsa, l-ovarji jieqfu jipproduċu l-ormon tan-nisa, l-estroġen, li jgħin iżomm l-iskeletru tan-nisu b'saħħtu. Bħala riżultat, ikun hemm telf tal-għadam u l-għadam jiddgħajfu. Aktar kemm mara tilħaq il- menopawsa kmieni, akbar ikun ir-riskju għal menopawsa.

    Fl-istadju bikri, l-osteoporożi ġeneralment ma jkollhiex sintomi. Madankollu, jekk ma tiġiex trattata, tista' tirriżulta f'għadam imkisser. Għalkemm ġeneralment jikkawża l-uġigħ, ksur fl-għadam tas-sinsla jista' ma jiġix innotat sakemm jikkaġuna telf fit-tul. L-għadam jista' jitkisser waqt attività normali ta' kuljum bħall-irfigħ, jew minn ferriment minuri li ġeneralment ma jiksirx l-għadam normali. L-għadam ġeneralment jitkisser fil-ġenbejn, fis-sinsla, jew fil-polz u jista' jikkaġuna mhux biss uġigħ imma problemi konsiderevoli bħal qagħda baxxuta (il-ħotba ta' dowager) u nuqqas ta' mobilità.


    Kif tista' tiġi trattata l-osteoporożi?

    Barra mit-trattament b'VANTAVO, it-tabib tiegħek għandu mnejn jissuġerixxilek tagħmel xi tibdiliet f'ħajtek sabiex jgħin il-kondizzjoni tiegħek, bħal:


    Tieqaf tpejjep It-tipjip jidher li jżid ir-rata li minħabba fih jintilef l-għadam u, għalhekk, jista' jżid ir-riskju għal għadam miksur.


    Eżerċizzju Bħal muskoli, l-għadam jinħtieġ l-eżerċizzju biex jibqa' tajjeb u b'saħħtu.

    Ikkonsulta t-tabib tiegħek qabel ma tibda xi programm ta' eżerċizzji.


    Tiekol dieta bilanċjata It-tabib tiegħek jista' jagħtik parir dwar id-dieta tiegħek jew jekk għandekx tieħu xi supplimentari dietetiċi.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu VANTAVO Tiħux VANTAVO

    • jekk inti allerġiku għal alendronic acid, colecalciferol jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6),

    • jekk għandek ċertu problemi f'gerżumtek (esofagu - it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek ma l-istonku) bħal tidjiq jew diffikultajiet biex tibla',

    • jekk ma tistax toqgħod fuq saqajk jew toqgħod bilqieghda dritt għal talanqas 30 minuta,

    • jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek kalċju baxx fid-demm tiegħek.


      Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, m'għandekx tieħu l-pilloli. Kellem lit-tabib tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet li jagħtik.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu VANTAVO jekk:

    • tbati minn problemi fil-kliewi,

    • għandek, jew dan l-aħħar kellek, xi problemi meta tibla' jew problemi diġestivi,

    • it-tabib tiegħek qallek li inti għandek esofagu ta’ Barrett (kundizzjoni assoċjata ma’ tibdiliet fiċ- ċelluli li jinfurraw l-esofagu t’isfel),

    • qalulek li għandek problema biex tassorbi minerali mill-istonku jew mill-imsaren (sindrome ta’ assorbiment ħażin),

    • m’għandekx snien b’saħħithom, għandek mard tal-ħanek, għandek xi qlugħ ta’ snien ippjanat jew ma tmurx għal kura tas-snien bħala rutina,

    • għandek kanċer,

    • qed ikollok kemoterapija jew radjuterapija,

    • qed tieħu inibituri tal-anġjoġenesi (bħal bevacizumab, jew thalidomide) li jintużaw għall-kura tal-kanċer,

    • qed tieħu kortikosterojdi (bħal predisone jew dexamethasone) li jintużaw għall-kura ta’ kundizzjonijiet bħall-ażżma, bħall-artrite rewmatojde, u allerġiji severi,

    • inti tpejjep jew kont tpejjep (minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi fis-snien). Inti jista’ jingħatalek parir biex tagħmel check-up ta’ snienek qabel tibda kura b’ VANTAVO.

      Huwa importanti li żżomm iġjene tal-ħalq tajba meta tkun qed tiġi kkurat/a b’ VANTAVO. Inti għandek tagħmel check-up tas-snien bħala rutina matul iż-żmien kollu li ddum tieħu l-kura u inti

      għandek tikkuntattja lit-tabib jew lid-dentist tiegħek jekk ikollok xi problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal snien jiċċaqalqu, uġigħ jew nefħa.


      Irritazzjoni, infjammazzjoni jew ulċerazzjoni tal-ġriżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek mal-istonku tiegħek) kultant b'sintomi ta' uġigħ fis-sider, qrusa fl-istonku, jew jista' jkun hemm diffikultà jew uġigħ meta tibla', speċjalment jekk pazjenti ma jibilgħux tazza mimlija bl-ilma u/jew jekk jimteddu anqas minn 30 minuta wara li jieħdu VANTAVO. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jiggravaw jekk il-pazjenti jkomplu jieħdu VANTAVO wara li jiżviluppaw dawn is-sintomi.


      Tfal u adolexxenti

      VANTAVO ma għandux jingħata lil tfal u adolexxenti li għandhom anqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u VANTAVO

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Jista' jkun li supplimenti tal-kalċju, antaċidi u xi mediċini orali ser jinterferixxu mal-assorbiment ta' VANTAVO jekk jittieħdu fl-istess ħin. Għalhekk, huwa importanti ssegwi l-parir mogħti f'sezzjoni 3 u stenna mill-anqas 30 minuta qabel tieħu kwalunkwe mediċini jew supplimenti oħra mill-ħalq.


      Ċerti mediċini għar-rewmatiżmu jew għal uġigħ għal tul ta’ żmien imsejħa NSAIDs (eż. acetylsalicylic acid jew ibuprofen) jistgħu jikkawżaw problemi diġestivi. Għalhekk, għandha tintuża kawtela meta dawn il-mediċini jittieħdu fl-istess ħin ma’ VANTAVO.


      Jista' jkun li ċertu mediċini jew addittivi tal-ikel jimpedixxu l-vitamina D f'VANTAVO milli tidħol f'ġismek, u dawn jinkludu sostituti artifiċjali tax-xaħam, żjut minerali, il-mediċina orlistat għat-telf tal- piż u l-mediċini li jnaqqsu l-kolesterol, cholestyramine u colestipol. Mediċini għall-aċċessjonijiet (attakki) (bħal phenytoin jew phenobarbital) jistgħu jnaqqsu l-effettività ta' vitamina D. Supplimenti addizjonali tal-vitamina D jistgħu jiġu kunsidrati fuq bażi individwali.


      VANTAVO ma' ikel u xorb

      Jista' jkun li l-ikel u x-xorb (li jinkludi l-ilma minerali) jistgħu jagħmlu 'l VANTAVO anqas effettiv jekk jittieħed fl-istess ħin. Għalhekk, huwa importanti li ssegwi l-parir mogħti f'sezzjoni 3. Inti

      għandek tistenna mill-inqas 30 minuta qabel ma tieħu kwalunkwe ikel u xorb ħlief ilma.


      Tqala u treddigħ

      VANTAVO huwa maħsub biex jintuża f'nisa wara l-menopawsa. M'għandekx tieħu VANTAVO jekk inti, jew taħseb li inti tqila jew jekk qed tredda'.


      Sewqan u tħaddim ta' magni

      Ġew irrapportati effetti sekondarji (pereżempju, vista mċajpra, sturdament u uġigħ qawwi fl-għadam, fil-muskoli jew fil-ġogi) b’VANTAVO li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni (ara sezzjoni 4). Jekk tħoss xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji inti m’għandekx issuq sakemm tħossok aħjar.


      VANTAVO fih il-lactose u s-sucrose

      Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intolleranza għal xi tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.


      VANTAVO fih is-sodium.

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri hija essenzjalment “mingħajr sodium”.

  3. Kif għandek tieħu VANTAVO


    Dejjem għandek tieħu VANTAVO skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Ħu pillola waħda ta' VANTAVO darba fil-ġimgħa.


    Segwi dawn l-istruzzjonijiet b'attenzjoni.


    1. Agħżel il-jum tal-ġimgħa li joqgħod l-aħjar fl-iskeda tiegħek. Kull ġimgħa, ħu pillola waħda ta'

      VANTAVO fil-jum magħżul tiegħek.


      Huwa importanti ħafna li ssegwi l-istruzzjonijiet 2), 3), 4) u 5) sabiex tgħin il-pillola ta' VANTAVO tilħaq 'l-istonku tiegħek malajr u sabiex jitnaqqas iċ-ċans li hija tirritalek il-passaġġ mill-griżmejn sal- istonku (esofagu - it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek ma l-istonku).


    2. Wara li tqum għall-jum u qabel ma tieħu xi ikel, xorb, jew mediċina oħra, ibla' il-pillola ta' VANTAVO tiegħek sħiħa ma' tazza mimlija ilma (mhux ilma minerali) (mhux inqas minn 200 ml), sabiex VANTAVO jiġi assorbit kif suppost.

      • Tiħdux mal-ilma minerali (still jew li jfexfex).

      • Tiħdux mal-kafe jew it-te.

      • Tiħdux mal-meraq jew il-ħalib.


      M’għandekx tfarrak jew tomgħod il-pillola jew tħalliha tinħall f'ħalqek minħabba l-possibbiltà ta’ ulċeri fil-ħalq.


    3. M'għandekx timtedd — żomm ruħek wieqaf (bilqieghda, bilwieqfa jew imxi) — għal ta' lanqas

      30 minuta wara li tibla' il-pillola. M'għandekx timtedd sa wara li tkun ħadt l-ewwel ikla tal-jum.


    4. M'għandekx tieħu VANTAVO fil-ħin ta' qabel l-irqadt jew qabel ma tqum għall-jum.


    5. Jekk tiżviluppa diffikultà jew uġigħ meta tibla', uġigħ f'sidrek, jew qrusa fl-istonku ġdida jew li taggrava, tibqax tieħu VANTAVO u kkuntattja lit-tabib tiegħek.


    6. Wara li tibla' l-pillola ta' VANTAVO tiegħek, stenna għal ta' lanqas 30 minuta qabel ma tieħu l- ewwel ikla, xarba jew mediċina tiegħek tal-jum, li jistgħu jinkludu antaċidi, supplimenti tal- kalċju u vitamini. VANTAVO hu effettiv biss meta l-istonku tiegħek ikun vojt.


    Jekk tieħu VANTAVO aktar milli suppost

    Jekk tieħu ħafna pilloli bi żball, ixrob tazza mimlija ħalib u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Tipprovax iġġiegħel lilek nnifsek tirremetti, u timtedtx.


    Jekk tinsa tieħu VANTAVO

    Jekk tinsa tieħu xi doża, hu pillola waħda ta' VANTAVO fl-għodwa ta' wara li tiftakar. M'għandekx tieħu żewġ pilloli fl-istess jum. Irritorna għall-iskeda normali ta' pillola waħda fil-ġimgħa fil-jum magħżul.


    Jekk tieqaf tieħu VANTAVO

    Huwa importanti li tieħu VANTAVO għal kemm idum jippreskrivih it-tabib tiegħek. Minħabba li mhuwiex magħruf kemm għandek iddum tieħu VANTAVO, minn żmien għal żmien inti għandek tiddiskuti l-ħtieġa li tibqa’ fuq din il-mediċina mat-tabib tiegħek biex jiġi stabbilit jekk VANTAVO għadux jgħodd għalik.


    Kard tal-Istruzzjonijiet hija inkluża fi-kartuna ta’ VANTAVO. Din tinkludi informazzjoni importanti li tfakkrek kif għandek tieħu VANTAVO sew.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ara lit-tabib tiegħek minnnufih jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, li jistgħu jkunu serji, u li għalihom jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • ħruq ta’ stonku; diffikultà biex tibla’; uġigħ meta tibla’; ulċeri fl-esofagu (il-pajp li jgħaqqad lill- ħalqek mal-istonku tiegħek) li jistgħu jikkawżaw uġigħ fis-sider, ħruq ta’ stonku jew diffikultà jew uġigħ meta tibla’.


    Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000):

    • reazzjonijiet allerġiċi bħal ħorriqija; nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien u/jew fil-gerżuma, li jistgħu jikkawżaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’; reazzjonijiet qawwija fil-ġilda,

    • uġigħ fil-ħalq, u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet fuq ġewwa tal-ħalq, titrix jew sensazzjoni ta’

      toqla fix-xedaq, jew sinna tiċċaqlaq. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam tax-xedaq (osteonekrożi) ġeneralment assoċjati ma’ fejqan li jieħu fit-tul u infezzjoni, li spiss jiġru wara li tinqala’ sinna. Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn,

    • b’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadma tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożi għal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk

      tħoss uġigħ, dgħufija jew skomdu fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa,

    • uġigħ fl-għadam, fil-muskoli u/jew fil-ġoġi li jkun sever.


      Effetti sekondarji oħra jinkludu

      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • uġigħ fl-għadam, fil-muskoli u/jew fil-ġogi li xi kultant ikun qawwi.


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • nefħa fil-ġogi,

    • uġigħ addominali; sensazzjoni ta' skonfort fl-istonku jew tifwiq wara l-ikel; stitikezza; sensazzjoni ta' stonku mimli jew minfuħ; dijarrea; gass,

    • jaqa’ ix-xagħar; ħakk,

    • uġigħ ta’ ras; sturdament,

    • għeja; nefħa fl-idejn jew fir-riġlejn.


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

    • dardir; rimettar,

    • irritazzjoni jew infjammazzjoni tal-griżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad lil ħalqek mal-

      istonku) jew l-istonku;

    • ippurgar iswed jew qisu -qatran,

    • vista mċajpra; uġigħ jew ħmura fl-għajn,

    • raxx; ħmura tal-ġilda,

    • sintomi temporanji jixbhu lill-influwenza, bħal uġigħ fil-muskoli, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali u xi kultant bid-deni ġeneralment fil-bidu tal-kura,

    • disturb fit-togħma.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000):

    • sintomi ta’ livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm li jinkludu bugħawwiġijiet fil-muskoli u/jew sensazzjoni ta’ tnemnim fis-swaba’ u madwar il-ħalq,

    • ulċeri fl-istonku jew peptiċi (xi kultant serji jew bil-fsada),

    • tidjiq tal-griżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad lil ħalqek mal-istonku),

    • raxx li jiggrava bid-dawl tax-xemx,

    • ulċeri fil-ħalq.


    Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000):

    • kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widna, u/jew infezzjoni

    fil-widna. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fil-widna.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

    image

    Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonali

    imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen VANTAVO


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u d-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih VANTAVO

Is-sustanzi attivi huma alendronic acid u colecalciferol (vitamin D3). Kull VANTAVO 70 mg/2800 IU pillola fiha 70 mg alendronic acid (bħala sodium trihydrate) u 70 mikrogramma (2800 IU) colecalciferol (vitamina D3). Kull VANTAVO 70 mg/5600 IU pillola fiha 70 mg alendronic acid (bħala sodium trihydrate) u 140 mikrogramma (5600 IU) colecalciferol (vitamina D3).


Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (E460), lactose anhydrous (ara sezzjoni 2), medium chain triglycerides, gelatin, croscarmellose sodium, sucrose (ara sezzjoni 2), colloidal silicon dioxide, magnesium stearate (E572), butyl hydroxytoluene (E321), modified starch (maize), u sodium aluminium silicate (E554).


Kif jidher VANTAVO u l-kontenut tal-pakkett


VANTAVO 70 mg/2800 IU pilloli jiġu bħala pilloli modifikati f'għamla ta' kapsuli, ta' lewn bajdani jew bojod jagħtu fil-griż immarkati b' kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa u '710' fuq in-naħa l- oħra. VANTAVO 70 mg/2800 IU pilloli jiġu f’pakketti li fihom 2, 4, 6, jew 12-il pillola.


VANTAVO 70 mg/5600 IU pilloli jiġu bħala pilloli modifikati f'għamla ta' rettangolu, ta' lewn bajdani jew bojod jagħtu fil-griż immarkati b' kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa u '270' fuq in-naħa l- oħra. VANTAVO 70 mg/56000 IU pilloli jiġu f’pakketti li fihom 2, 4 jew 12-il pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis- Suq

N.V. Organon

Kloosterstraat 6

5349 AB Oss

In-Netherlands

Il-Manifattur

Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39

2031 BN Haarlem

In-Netherlands


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Organon Belgium

Tél/Tel: 0080066550123 (+32 2 2418100)

dpoc.benelux@organon.com

Lietuva

Organon Pharma B.V. Lithuania atstovybė Tel.: + 370 52041693

dpoc.lithuania@organon.com


България

Органон (И.А.) Б.В. -клон България Тел.: +359 2 806 3030

dpoc.bulgaria@organon.com

Luxembourg/Luxemburg

Organon Belgium

Tél/Tel: 0080066550123 (+32 2 2418100)

dpoc.benelux@organon.com


Česká republika

Organon Czech Republic s.r.o.

Tel: +420 233 010 300

dpoc.czech@organon.com

Magyarország

Organon Hungary Kft.

Tel.: +36 1 766 1963

dpoc.hungary@organon.com


Danmark

Organon Denmark ApS Tlf: + 45 4484 6800

info.denmark@organon.com

Malta

Organon Pharma B.V., Cyprus branch

Tel: +356 2277 8116

dpoc.cyprus@organon.com


Deutschland

Organon Healthcare GmbH

Tel.: 0800 3384 726 (+49 (0) 89 2040022 10)

dpoc.germany@organon.com

Nederland

N.V. Organon

Tel.: 00800 66550123

(+32 2 2418100)

dpoc.benelux@organon.com


Eesti

Organon Pharma B.V. Estonian RO

Tel: +372 66 61 300

dpoc.estonia@organon.com

Norge

Organon Norway AS

Tlf: +47 24 14 56 60

info.norway@organon.com


Eλλάδα

N.V. Organon

Τηλ: + 30-216 6008607

Österreich

Organon Austria GmbH

Tel: +43 (0) 1 263 28 65

medizin-austria@organon.com


España

Organon Salud, S.L.

Tel: +34 91 591 12 79

organon_info@organon.com

Polska

Organon Polska Sp. z o.o.

Tel.: + 48 22 105 50 01

organonpolska@organon.com


France

Organon France

Tél: + 33 (0) 1 57 77 32 00

Portugal

Organon Portugal, Sociedade Unipessoal Lda.

Tel: +351 21 8705500

geral_pt@organon.com

Hrvatska

Organon Pharma d.o.o. Tel: + 385 1 638 4530

dpoc.croatia@organon.com

România

Organon Biosciences S.R.L. Tel: +40 21 527 29 90

info.romania@organon.com


Ireland

Organon Pharma (Ireland) Limited

Tel: +353 15828260

medinfo.ROI@organon.com

Slovenija

Organon Pharma B.V., Oss, podružnica Ljubljana

Tel: +386 1 300 10 80

info.slovenia@organon.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Organon Slovakia s. r. o.

Tel: +421 2 44 88 98 88

dpoc.slovakia@organon.com


Ιtalia

Neopharmed Gentili S.p.A. Tel. + 39 02 89 13 21

regulatory@neogen.it

Suomi/Finland

Organon Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 29 170 3520

dpoc.finland@organon.com


Κύπρος

Organon Pharma B.V., Cyprus branch Τηλ: +357 22866730

dpoc.cyprus@organon.com

Sverige

Organon Sweden AB Tel: +46 8 502 597 00

dpoc.sweden@organon.com


Latvija

Ārvalsts komersanta “Organon Pharma B.V.” pārstāvniecība

Tel: +371 66968876


dpoc.latvia@organon.com

United Kingdom (Northern Ireland) Organon Pharma (Ireland) Limited Tel: +353 15828260

medinfo.ROI@organon.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'<{XX/SSSS}>

eu