Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Adenuric
febuxostat

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


ADENURIC 80 mg pilloli miksija b’rita ADENURIC 120 mg pilloli miksija b’rita Febuxostat


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih tgħarif importanti għalik.


It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf għall-kollox il-kura b’Adenuric.


Kien hemm rapporti rari ta’ raxxijiet tal-ġilda li setgħu kienu ta’ theddida għall-ħajja (Sindrome ta’ Stevens-Johnson) bl-użu ta’ ADENURIC, l-ewwel jidhru bħala tikkek ħomor tal-mira jew dbabar tondi li ta’ spiss ikollhom ponta fin-nofs fil-parti ta’ fuq tal-ġisem. Tista’ tinkludi wkoll ulċeri fil-ħalq, grieżem, imnieħer, ġenitali u konġunktivite (għajnejn ħomor u minfuħin). Ir-raxx jista’ javvanza għal ponot mal-ġisem kollu jew titqaxxar il-ġilda.

Jekk żviluppatlek is-Sindrome ta’ Stevens-Johnson bl-użu ta’ febuxostat, qatt m’għandek terġa tibda tieħu ADENURIC fl-ebda mument. Jekk tiżviluppa raxx jew dawn is-sintomi fil-ġilda, ikseb parir

mediku minnufih minn tabib u għidlu li qed tieħu din il-mediċina.


Jekk bħalissa għandek attakk tal-gotta (bidu f’daqqa ta’ uġigħ qawwi, sensittività, ħmura, sħana u nefħa f’ġog), stenna sakemm l-attakk tal-gotta jbatti qabel tibda kura b’ADENURIC.


Għal xi persuni, attakki tal-gotta jistgħu jirkadaw meta jinbdew ċertu mediċini li jikkontrollaw il- livelli ta’ uric acid. Mhux kulħadd jirkadi, iżda int jista’ jkollok rikaduta anki jekk qed tieħu ADENURIC, u speċjalment waqt l-ewwel ġimgħat jew xhur ta’ kura. Huwa importanti li tkompli tieħu ADENURIC anki jekk ikollok rikaduta, għax ADENURIC ikun għadu qed jaħdem biex ibaxxi l-uric acid. Jekk tkompli tieħu ADENURIC kuljum, maż-żmien, rkadar tal-gotta jseħħ inqas ta’ spiss u jkun b’inqas uġigħ.


Jekk ikun hemm bżonn, it-tabib tiegħek jista’ spiss jordnalek mediċini oħra, biex jgħin jevita jew jikkura s-sintomi ta’ meta tirkadi (bħal uġigħ u nefħa f’ġog).


F’pazjenti li għandhom livelli għolja ħafna ta’ urate (eż. dawk li jkunu qed jieħdu kimoterapija), it- trattament b’mediċini li jbaxxu l-uric acid jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ xanthine fil-passaġġ urinarju bil-possibilità ta’ ħaġar, anke jekk dan ma ġiex osservat f’pazjenti li qed jiġu trattati b’ADENURIC għal Sindrome ta’ Lisi tat-Tumur.


It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tagħmel testijiet tad-demm biex jiċċekkja li l-fwied tiegħek qed jaħdem b’mod normali.


Tfal u adolexxenti


M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal taħt it-18-il sena għax l-effikaċja u s-sigurtà ma ġewx stabbiliti.

Mediċini oħra u ADENURIC


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Huwa importanti ħafna li tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu mediċini li fihom xi wieħed minn dawn is-sustanzi li ġejjin għax dawn jistgħu jirreaġixxu ma’ ADENURIC u t-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq jikkunsidra miżuri neċessarji:


Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  1. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih ADENURIC:

Is-sustanza attiva hija febuxostat.

Kull pillola fiha 80 mg jew 120 mg ta’ febuxostat.


Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, magnesium stearate, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, colloidal hydrated silica.

Kisja b’rita: Opadry II isfar, 85F42129 li fih: polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171),

macrogols 3350, talc, iron oxide isfar (E172)


Id-dehra ta’ ADENURIC u l-kontenuti tal-pakkett


ADENURIC, pilloli miksija b’rita huma ta’ kulur isfar ċar għal isfar u b’forma ta’ kapsula.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 80 mg huma mmarkati b’‘80’ fuq naħa waħda u b’linja min-naħa għall-oħra tal-pillola fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ 120 mg huma mmarkati fuq naħa waħda b’‘120’.


ADENURIC 80 mg u 120 mg jiġu f’pakketti b’folja ċara (Aclar/PVC/Aluminju jew PVC/PE/PVDC/Aluminju) ta’ 14-il pillola.


ADENURIC 80 mg u 120 mg jiġu f’pakketti li jkun fihom 14, 28, 42, 56, 84 u 98 pilloli miksijin b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Detenturtal-Awtorizzazzjonigħat-tqegħidfis-Suq Menarini International Operations Luxembourg S.A. 1, Avenue de la Gare, L-1611 Luxembourg

Il-Lussemburgu


Il-Manifattur Patheon France

40 boulevard de Champaret 38300 Bourgoin Jallieu Franza


jew


Menarini - Von Heyden GmbH Leipziger Strasse 7-13

01097 Dresden

Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Menarini Benelux NV/SA Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

Lietuva

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC”

Tel: +370 52 691 947

България

“Берлин-Хеми/А. Менарини България” EООД тел.: +359 2 454 0950

Luxembourg/Luxemburg Menarini Benelux NV/SA Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545


Česká republika

Berlin-Chemie/A.Menarini Ceska republika s.r.o. Tel: +420 267 199 333

Magyarország

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft. Tel.: +36 23501301


Danmark Pharmaprim AB Tlf: +468355933

Malta

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

Tel: +352 264976


Deutschland

Berlin-Chemie AG Tel: +49 (0) 30 67070

Nederland

Menarini Benelux NV/SA Tel: +32 (0)2 721 4545


Eesti

OÜ Berlin-Chemie Menarini Eesti Tel: +372 667 5001

Norge Pharmaprim AB Tlf: +468355933


Ελλάδα

MENARINI HELLAS AE Τηλ: +30 210 8316111-13

Österreich

A. Menarini Pharma GmbH. Tel: +43 1 879 95 85-0


España

Laboratorios Menarini S.A. Tel: +34-93 462 88 00

Polska

Berlin-Chemie/Menarini Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 566 21 00


France

MENARINI France

Tél: +33 (0)1 45 60 77 20

Portugal

A. Menarini Portugal – Farmacêutica, S.A. Tel: +351 210 935 500


Hrvatska

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o. Tel : + 385 1 4821 361

România

Berlin-Chemie A.Menarini S.R.L. Tel: +40 21 232 34 32


Ireland

A. Menarini Pharmaceuticals Ireland Ltd Tel: +353 1 284 6744

Slovenija

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 01 300 2160


Ísland Pharmaprim AB Sími: +468355933

Slovenská republika

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Slovakia s.r.o

Tel: +421 2 544 30 730


Italia

  1. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l. Tel: +39-055 56801

    Suomi/Finland

    Berlin-Chemie/A.Menarini Suomi OY Puh/Tel: +358 403 000 760


    Κύπρος

    MENARINI HELLAS AE Τηλ: +30 210 8316111-13

    Sverige Pharmaprim AB Tel: +468355933

    Latvija

    SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic Tel: +371 67103210

    United Kingdom (Northern Ireland)

    1. Menarini Farmaceutica Internazionale S.R.L. Tel: +44 (0)1628 856400


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.