Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Jakavi
ruxolitinib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Jakavi 5 mg pilloli Jakavi 10 mg pilloli Jakavi 15 mg pilloli Jakavi 20 mg pilloli ruxolitinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Jakavi u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jakavi

  3. Kif għandek tieħu Jakavi

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Jakavi

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Jakavi u għalxiex jintuża


    Jakavi fih is-sustanza attiva ruxolitinib.


    Jakavi jintuża sabiex jikkura pazjenti adulti b’milsa mkabbra jew b’sintomi marbuta ma’ mjelofibrożi, forma rari ta’ kanċer tad-demm.


    Jakavi jintuża wkoll sabiex jikkura pazjenti adulti b’poliċitemija vera li jkunu reżistenti jew intolleranti għal hydroxyurea.


    Jakavi jintuża wkoll sabiex jikkura pazjenti minn 12-il sena ’l fuq u adulti bil-marda tat-trapjant kontra l-ospitant (GvHD). Hemm żewġ forom ta’ GvHD: forma bikrija msejħa GvHD akuta li normalment tiżviluppa kmieni wara t-trapjant u tista’ taffettwa l-ġilda, il-fwied u l-passaġġ gastrointestinali, u forma msejħa GvHD kronika, li tiżviluppa aktar tard, normalment minn ġimgħat sa xhur wara t- trapjant. Kważi kull organu jista’ jiġi affettwat minn GvHD kronika.


    Kif jaħdem Jakavi

    Waħda mill-karatteristiċi ta’ mjelofibrożi hi t-tkabbir tal-milsa. Il-mjelofibrożi hi disturb tal-mudullun, fejn il-mudullun jinbidel fil-merk tal-ferita. Il-mudullun mhux normali ma jkunx jista jipproduċi aktar biżżejjed ċelloli normali tad-demm u bħala riżultat il-milsa tikber mhux ħażin. Billi jimblokka l- azzjoni ta’ ċerti enzimi (imsejħa Kinasi Assoċjat ma’ Janus), Jakavi jista’ jnaqqas id-daqs tal-milsa f’pazjenti b’mjelofibrożi u jserraħ lil dak li jkun minn sintomi bħalma huma deni, għaraq billejl, uġigħ fl-għadam u telf tal-piż f’pazjenti bi mjelofibrożi. Jakavi jista’ jgħinek tnaqqas ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet tad-demm jew vaskulari serji.


    Poliċitemija vera hija disturb tal-mudullun, fejn il-mudullun jipproduċi wisq ċelloli ħomor tad-demm. Id-demm jeħxien bħala riżultat taż-żieda fiċ-ċelloli ħomor tad-demm. Jakavi jista’ jtaffi s-sintomi u jnaqqas id-daqs tal-milsa u l-volum taċ-ċelloli ħomor prodotti f’pazjenti b’poliċitemija vera billi jimblokka b’mod selettiv enzimi msejħa Janus Associated Kinases (JAK1 u JAK2), sabiex b’hekk potenzjalment inaqqas ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet vaskulari jew tad-demm serji.

    Il-marda tat-trapjant kontra l-ospitant hija kumplikazzjoni li tinħoloq wara trapjant meta ċelluli speċifiċi (iċ-ċelluli T) fit-trapjant tad-donatur (eż. mudullun) ma jintlaqax miċ-ċelluli/organi tal- ospitant u jattakkawhom. Billi jkunu mblukkati b’mod selettiv l-enzimi msejħin Janus Associated Kinases (JAK1 u JAK2), Jakavi jnaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-forom akuta u kronika tal-marda tat- trapjant kontra l-ospitant li twassal għal titjib tal-marda u s-sopravivenza taċ-ċelluli trapjantati.


    Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Jakavi jew għala din il-mediċina ngħatat lilek, staqsi lit- tabib tiegħek.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jakavi


    Imxi sew mal-istruzzjonijiet li tak it-tabib tiegħek. Dawn jistgħu jkunu differenti mit-tagħrif ġenerali li

    hemm f’dan il-fuljett.


    Tiħux Jakavi

    • jekk inti allerġiku għal ruxolitinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

    • jekk inti tqila jew qed tredda’.

    Jekk kwalunkwe waħda minn dawn tgħodd għalik, kellem lit-tabib tiegħek li mbagħad jiddeċiedi jekk għandekx tibda t-trattament b'Jakavi.


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Jakavi

    • jekk tbati minn xi infezzjonijiet. Jista’ jkun hemm bżonn li tittratta l-infezzjoni li għandek qabel tibda tieħu Jakavi. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek it-tuberkulosi jew jekk ġejt f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd li għandu jew kellu t-tuberkulosi. It-tabib tiegħek jista’ jagħmel testijiet biex jara jekk għandekx it-tuberkulosi jew kwalunkwe infezzjoni oħra. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek l-epatite B.

    • jekk għandek xi problemi fil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jagħtik doża different ta’

      Jakavi.

    • jekk għandek jew qatt kellek xi problemi fil-fwied. It-tabib tiegħek jista' jkollu bżonn jagħtik doża differenti ta' Jakavi.

    • jekk qed tieħu mediċini oħrajn (ara s-sezzjoni “Mediċini oħra u Jakavi”).

    • jekk qatt kellek tuberkulosi.

    • jekk qatt kellek kanċer tal-ġilda.


      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek matul it-trattament tiegħek b’Jakavi

    • jekk tesperjenza xi tbenġil u/jew fsada għal għarrieda, għejja mhux tas-soltu, qtugħ ta' nifs inti u tagħmel l-eżerċizzju jew waqt li mistrieħ, ġilda ċassa f’daqqa, jew infezzjonijiet spissi (dawn huma sinjali ta’ disturbi fid-demm).

    • jekk qed tesperjenza deni, irjiħat jew sintomi ta’ infezzjonijiet oħrajn.

    • jekk tesperjenza sogħla kronika bi bżieq imċappas bid-demm, deni, għaraq bil-lejl u telf ta’ piż

      (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ tuberkulosi).

    • jekk għandek xi sintomu minn dawn li ġejjin jew jekk xi ħadd viċin tiegħek jinnota li għandek xi sintomi minn dawn: konfużjoni jew diffikultà biex taħseb, telf tal-bilanċ jew diffikultà biex timxi, guffaġni, diffikultà biex titkellem, nuqqas ta’ saħħa jew dgħufija fuq naħa waħda tal- ġisem, vista mċajpra u/jew telf tal-vista. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni serja fil-moħħ u t-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi aktar testijiet u segwitu.

    • jekk tiżviluppa xi raxx tal-ġilda bl-infafet (dawn huma sinjali ta’ ħruq ta’ Sant’Antnin).

    • jekk tinnota bidliet fil-ġilda. Dan jista’ jirrikjedi osservazzjoni ulterjuri, minħabba li ġew irrapportati ċerti tipi ta’ kanċer tal-ġilda (non-melanoma).

    Testijiet tad-demm

    Qabel ma tibda bit-trattament tiegħek b’Jakavi, it-tabib tiegħek se jagħmillek testijiet tad-demm biex jiddetermina b'liema doża l-aħjar li jibdielek. Se jkollok bżonn tagħmel aktar testijiet tad-demm matul it-trattament biex b’hekk it-tabib tiegħek ikun jista’ jiċċekkja l-ammont ta’ ċelloli tad-demm (ċelloli bojod, ċelloli ħomor u plejtlits) f’ġismek u jevalwa kif qed tirrispondi għat-trattament u jekk Jakavi hux qed ikollu xi effett mhux mixtieq fuq dawn iċ-ċelloli. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġustalek id-doża jew iwaqqaflek it-trattament. It-tabib tiegħek se jiċċekkjak bir-reqqa biex jara hemmx sinjali jew sintomi ta’ infezzjoni qabel ma jinbeda t-trattament b’Jakavi u waqtu. It-tabib tiegħek se jiċċekkja wkoll b’mod regolari l-livell tal-lipidi (xaħam) fid-demm tiegħek.


    Tfal u adolexxenti

    Din il-mediċina mhix maħsuba għall-użu fi tfal jew adolexxenti ta’ età anqas minn 18-il sena, li għandhom il-marda tal-mjelofibrożi jew tal-poliċitemija vera peress li ma ġietx studjata f’dan il-grupp ta’ età.


    Għat-trattament tal-marda tat-trapjant kontra l-ospitant, Jakavi jista’ jintuża f’pazjenti minn 12-il sena ’l fuq.


    Mediċini oħra u Jakavi

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


    Hu mill-aktar importanti li ssemmi kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin li fihom xi waħda mis- sustanzi attivi li ġejjin, minħabba li t-tabib tiegħek jaf ikollu bżonn jaġġustalek id-doża ta’ Jakavi.


    Dawn li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’Jakavi:

    • Xi mediċini użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet. Dawn jinkludu mediċini użati biex wieħed jittratta l-mard tal-moffa (bħalma huma ketoconazole, itraconazole, posaconazole, fluconazole u voriconazole), mediċini użati biex wieħed jittratta ċerti tipi ta’ infezzjonijiet batteriċi (antibijotiċi bħalma huma clarithromycin, telithromycin, ciprofloxacin, jew erythromycin), mediċini biex jittrattaw infezzjonijiet virali, li jinkludu infezzjoni tal-HIV/AIDS (bħalma huma amprenavir, atazanavir, indinavir, lopinavir/ritonavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir), mediċini biex jittrattaw l-epatite Ċ (boceprevir, telaprevir).

    • Nefazodone, mediċina biex tittratta d-dipressjoni.

    • Mibefradil jew diltiazem, mediċini biex jittrattaw il-pressjoni għolja u l-angina pectoris kronika.

    • Cimetidine, mediċina biex tittratta l-aċdu fl-istonku.


      Dawn li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Jakavi:

    • Avasimibe, mediċina biex tittratta l-mard tal-qalb.

    • Phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital u anti-epilettiċi oħrajn użati biex iwaqqfu l- aċċessjonijiet.

    • Rifabutin jew rifampicin, mediċini użati biex jittrattaw it-tuberkolożi (TB).

    • St. John’s Wort (Hypericum perforatum), prodott mill-ħxejjex użat biex jittratta d-dipressjoni.


      Waqt li qed tieħu Jakavi m’għandek qatt tibda tieħu mediċina ġdida mingħajr l-ewwel ma tiċċekkja mat-tabib li ordnalek Jakavi. Dan jinkludi mediċini bir-riċetta tat-tabib, mediċini mingħajr ir-riċetta tat-tabib u mediċini mill-ħxejjex jew alternattivi.


      Tqala u treddigħ

      Tiħux Jakavi waqt it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kif tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tevita li toħroġ tqila inti u tieħu t-trattament b’Jakavi.


      Treddax waqt li qed tieħu Jakavi. Jekk qed tredda’, għid lit-tabib tiegħek.


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jekk tħossok stordut wara li tieħu Jakavi, issuqx jew tħaddem magni.


      Jakavi fih il-lattosju u s-sodium

      Jakavi fih il-lattosju (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta'

      zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifier essenzjalment ‘ħieles

      mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Jakavi


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża ta’ Jakavi tiddependi mill-ammont ta’ ċelloli tad-demm tal-pazjent. It-tabib tiegħek se jkejjel l-ammont ta’ ċelloli tad-demm fil-ġisem tiegħek u jara liema hi l-aħjar doża għalik, l-aktar jekk għandek problemi ta’ fwied jew kliewi.

    • Id-doża tal-bidu rrakkomandata fi mjelofibrożi hija ta’ 5 mg darbtejn kuljum, 10 mg darbtejn kuljum, 15 mg darbtejn kuljum jew 20 mg darbtejn kuljum, jiddependi mill-ammont tiegħek ta’ ċelloli tad-demm.

    • Id-doża tal-bidu rrakkomandata f’poliċitemija vera u fil-każ tal-marda tat-trapjant kontra l- ospitant hija ta’ 10 mg darbtejn kuljum.

    • L-ogħla doża hi ta’ 25 mg darbtejn kuljum.


    It-tabib tiegħek dejjem se jgħidlek eżattament kemm il-pillola ta’ Jakavi għandek tieħu.


    Waqt it-trattament it-tabib tiegħek jista' jirrakkomandalek doża anqas jew ogħla jekk ir-riżultati tat- testijiet tad-demm juru li dan hu meħtieġ, jekk għandek problemi fil-fwied jew il-kliewi, jew jekk ikollok bżonn ukoll ta’ trattament b’ċerti mediċini oħrajn.


    Jekk qiegħed fuq dijaliżi, ħu doża waħda jew żewġ dożi separati ta' Jakavi dakinhar tad-dijaliżi biss, wara li tkun spiċċajt tieħu d-dijaliżi. It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk għandekx tieħu doża waħda jew tnejn u kemm-il pillola għandek tieħu għal kull doża.


    Inti għandek tieħu Jakavi kuljum fl-istess ħin, mal-ikel jew waħdu.


    Għandek tibqa’ tuża Jakavi sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Dan hu trattament fit-tul.


    It-tabib tiegħek se jiċċekkja regolarment il-kundizzjoni tiegħek biex ikun ċert li t-trattament qed iħalli

    l-effett mixtieq.


    Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar għal kemm żmien għandek tibqa’ tieħu Jakavi, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Jekk ikollok ċerti effetti sekondarji (eż. disturbi fid-demm), it-tabib tiegħek jaf ikollu bżonn ibiddel l- ammont ta’ Jakavi li għandek tieħu jew jgħidlek biex tieqaf tieħu Jakavi għal xi żmien.


    Jekk tieħu Jakavi aktar milli suppost

    Jekk bi żball tieħu aktar Jakavi milli jkun kitiblek it-tabib, ikkuntattja t-tabib jew l-ispiżjar tiegħek

    minnufih.


    Jekk tinsa tieħu Jakavi

    Jekk tinsa tieħu Jakavi sempliċiment ħu d-doża li jkun imissek meta suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

    Jekk tieqaf tieħu Jakavi

    Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Jakavi s-sintomi tiegħek relatati mal-mjelofibrożi jew il- poliċitemiija vera jistgħu jerġgħu lura. Fil-każ tal-marda tat-trapjant kontra l-ospitant, tnaqqis fid-doża tiegħek jew twaqqif tat-trattament tiegħek b’Jakavi jista’ jsir jekk tirrispondi għat-trattament u t-tabib tiegħek irid jissorvelja din il-proċedura. Għaldaqstant, m’għandekx tieqaf tieħu Jakavi jew tbiddel id- doża mingħajr ma tiddiskuti qabel mat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ħafna mill-effetti sekondarji ta’ Jakavi huma bejn ħfief u moderati u normalment jitilqu wara ftit jiem jew ftit ġimgħat wara t-trattament.


    Mjelofibrożi u poliċitemija vera


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji

    Fittex għajnuna medika minnufih qabel ma tieħu d-doża skedata li jmissek jekk tesperjenza l-

    effetti sekondarji serji li ġejjin:

    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda fost 10):

    • kull sinjal ta’ fsada fl-istonku jew l-imsaren, bħalma huma li tgħaddi ppurgar iswed jew imċappas bid-demm, jew tirremetti d-demm

    • tbenġil u/jew fsada bla mistenni, għeja mhux tas-soltu, qtugħ ta’ nifs inti u tagħmel l-eżerċizzju jew meta tkun mistrieħ, ġilda bajda mhux tas-soltu, jew infezzjonijiet ta’ spiss (sintomi possibbli ta’ disturbi fid-demm)

    • raxx fil-ġilda bl-infafet u l-uġigħ (sintomi possibbli ta’ ħruq ta’ Sant’Antnin (herpes zoster))

    • deni, irjiħat jew sintomi oħrajn ta’ infezzjonijiet

    • livell baxx taċ-ċelloli l-ħomor tad-demm (anemija), livell baxx taċ-ċelloli l-bojod tad-demm (newtropenija) jew livell baxx tal-plejtlits (tromboċitopenija)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda fost 10):

    • kull sinjal ta’ emorraġija fil-moħħ, bħalma huma tibdil f’daqqa tal-livell ta’ konoxxenza, uġigħ

    ta’ ras persistenti, tirżiħ, tingiż, dgħufija jew paraliżi


    Effetti sekondarji

    Effetti sekondarji oħrajn possibbli jinkludu l-lista li ġejja hawn taħt. Jekk tesperjenza dawn l-effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • livell għoli ta’ kolesterol jew xaħam fid-demm (ipertrigliċeridemija)

    • riżultati mhux normali tal-funzjoni tal-fwied

    • sturdament

    • uġigħ ta’ ras

    • infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina

    • żieda fil-piż

    • deni, sogħla, diffikultà jew uġigħ biex tieħu n-nifs, tħarħir, uġigħ fis-sider meta tieħu n-nifs (sintomi possibbli ta’ pulmonite)

    • stitikezza

    • pressjoni għolja fid-demm (ipertensjoni), li tista’ tkun ukoll il-kawża ta’ sturdament u wġigħ ta’

      ras

    • livell għoli ta’ lipase fid-demm

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    • għadd imnaqqas tat-tliet tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm – ċelloli ħomor tad-demm, ċelloli bojod

      tad-demm, u plejtlits (panċitopenija)

    • tgħaddi l-gass spiss (gass)


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

    • tuberkulosi

    • rikorrenza tal-infezzjoni tal-epatite B (li tista’ tikkawża sfurija tal-ġilda u tal-għajnejn, awrina kannella skura, uġigħ fin-naħa tal-lemin tal-istonku, deni u dardir jew rimettar)


    Marda tat-trapjant kontra l-ospitant (GvHD)


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji

    Fittex għajnuna medika minnufih qabel ma tieħu d-doża skedata li jmissek jekk tesperjenza l- effetti sekondarji serji li ġejjin:

    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda fost 10):

    • deni, uġigħ, ħmura, u/jew diffikultà biex tieħu n-nifs (jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni biċ- ċitomegalovirus (infezzjoni biċ-ċitomegalovirus))

    • deni, uġigħ meta tgħaddi l-awrina (sintomi possibbli ta’ infezzjoni fil-passaġġ urinarju)

    • rata mgħaġġla tat-taħbit tal-qalb, deni, konfużjoni u teħid tan-nifs b’għaġla (sintomi possibbli ta’ sepsis, li hi kondizzjoni serja li tiġi minħabba infezzjoni li tikkawża infjammazzjoni mifruxa)

    • għeja, telqa, ġilda pallida (jistgħu jkunu sintomi ta’ anemija li tiġi minħabba livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm), infezzjonijiet frekwenti, deni, dehxiet ta’ bard, griżmejn ħomor jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet (sintomi possibbli ta’ newtropenija li tiġi minħabba livell baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm), fsada jew tbenġil spontanji (sintomi possibbli ta’ tromboċitopenija li tiġi minħaba livelli baxxi ta’ plejtlits)

    • għadd baxx tat-tliet tipi kollha taċ-ċelluli tad-demm - ċelluli ħomor tad-demm, ċelluli bojod tad- demm, u plejtlits (panċitopenija)


    Effetti sekondarji oħrajn

    Effetti sekondarji oħrajn possibbli jinkludu l-lista li ġejja hawn taħt. Jekk tesperjenza dawn l-effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda fost 10):

    • livell għoli ta’ kolesterol (iperkolesterolemija)

    • uġigħ ta’ ras

    • pressjoni għolja (ipertensjoni)

    • livell għoli ta’ lipase fid-demm

    • testijiet anormali tad-demm, li jistgħu jindikaw ħsara possibbli lill-frixa (żieda fl-amylase)

    • dardir (nawżja)

    • riżultati tat-testijiet anormali tal-funjzoni tal-fwied

    • żieda fil-livell tal-enzmimi fid-demm mill-muskoli li jaf jindika ħsara fil-muskoli u/jew tkissir tal-muskolu (żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm)

    • żieda fil-livell tal-creatinine fid-demm, sustanza li normalment tinteħħa mill-kliewi u toħroġ fl- awrina, li tista’ tindika li l-kliewi tiegħek mhumiex qed jaħdmu kif suppost (żieda fil-creatinine fid-demm)


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda fost 10):

    • deni, uġigħ, ħmura, u/jew diffikultà biex tieħu n-nifs (sintomi possibbli ta’ infezzjoni bil-virus tal-BK)

    • żieda fil-piż

    • stitikezza


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

    effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

    mediċina.


  5. Kif taħżen Jakavi


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew il-folja wara “JIS”.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Jakavi


Kif jidher Jakavi u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Jakavi tal-5 mg huma pilloli tondi bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L5” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-10 mg huma pilloli tondi bojod jew kważi bojod b’“NVR” imnaqqxa fuq naħa waħda u b’“L10” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-15 mg huma pilloli ovali bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L15” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-20 mg huma pilloli tawwalija bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L20” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli Jakavi huma jiġu fi pakketti b'folji li fihom 14 jew 56 pillola jew pakketti b’ħafna li fihom

168 (3 pakketti ta’ 56) pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road Dublin 4

L-Irlanda


Manifattur

Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona

Spanja

image

Novartis Pharma GmbH Roonstrasse 25

90429 Nuremberg Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD

Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 555


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc.

Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’