Lamivudine Teva Pharma B.V.
lamivudine
lamivudine
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Lamivudine Teva Pharma B.V. u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.
Kif għandek tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Lamivudine Teva Pharma B.V.
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Is-sustanza attiva f’Lamivudine Teva Pharma B.V. hija lamivudine. Lamivudine Teva Pharma
B.V. huwa tip ta’ mediċina magħrufa wkoll bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa nucleoside reverse transcriptase inhibitors (NRTIs).
Lamivudine Teva Pharma B.V. ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l- ammont ta' virus fil-ġisem, u jżommu f'livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid- demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta' ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.
Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Lamivudine Teva Pharma B.V. bl-istess mod. It-tabib
tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.
jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6)
Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.
Xi persuni li jieħdu Lamivudine Teva Pharma B.V. jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:
jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).
jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)
Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V.
Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor). Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.
Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V..
mediċini (normalment likwidi) li fihom sorbitol u alkoħol ieħor taz-zokkor (bħal xylitol,
mannitol, lactitol jew maltitol), jekk jittieħdu regolarment.
mediċini oħra li fihom lamivudine (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B).
emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV).
dożi għoljin ta’ co-trimoxazole, antibijotiku.
cladribine (użat għall-kura ta’ lewkimja ta’ ċelloli sufin).
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Lamivudine Teva Pharma B.V. u mediċini jixbħuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Lamivudine Teva Pharma B.V. waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill- protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.
tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.
Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.
Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’: Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.
Lamivudine Teva Pharma B.V. x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri
essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.
Ibla’ l-pilloli ma’ ftit ilma. Lamivudine Teva Pharma B.V. jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.
Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu
d-doża kollha minnufih.
Lamivudine Teva Pharma B.V. jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.
Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 300 mg kuljum. Din tista’ tittieħed bħala pillola waħda ta’ 150 mg darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew żewġ pilloli ta’ 150 mg darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.
Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 225 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) filgħodu u 150 mg (pillola sħiħa ta’150 mg) filgħaxija, jew 225 mg (pillola u nofs ta’ 150 mg) darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.
Id-doża tas-soltu ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V. hija 150 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew 150 mg (pillola ta’150 mg waħda) darba kuljum kif rakkomandat mit-tabib tiegħek.
Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.
Jekk tieħu ż-żejjed Lamivudine Teva Pharma B.V., għandek tgħid b'dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew tinforma lill-emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ. Jekk possibbli, urihom il-pakkett ta’ Lamivudine Teva Pharma B.V.
Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura bħal qabel. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid- demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il-bidliet.
Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Lamivudine Teva Pharma jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda ta’ HIV nnifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe bidliet f’saħħtek.
Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li
jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.
Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:
uġigħ ta’ ras
tħossok imdardar (tqalligħ)
taqla’ (rimettar)
dijarea
uġigħ fl-istonku
għeja, nuqqas ta’ enerġija
deni (temperatura għolja)
tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali
uġigħ u skonfort fil-muskoli
uġigħ fil-ġogi
diffikultà biex torqod (insonnja)
sogħla
mnieħer irritat jew inixxi
raxx
jaqa’ x-xagħar (alopeċja).
Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:
Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:
tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)
għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)
żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.
Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000:
reazzjonijiet allerġiċi gravi li jwasslu biex jintefaħ il-wiċċ, l-ilsien jew il-griżmejn li jista’ jwassal għal diffikultà biex dak li jkun jibla’ jew jieħu n-nifs
infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)
diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu
infjammazzjoni tal-fwied (epatite).
Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:
żieda f’enzima msejħa amylase.
Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:
aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm).
tnemnim jew titrix fid-dirgħajn.fl-idejn jew fis-saqajn.
Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:
mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-ħomor).
Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.
Apparti infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immunitarja tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu) wara li tibda tieħu mediċini għall- kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu bosta xhur wara l-bidu tal- kura. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew xi sintomi oħrajn bħal dgħjufija tal-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqasjn u timxi ’l fuq lejn it-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih biex jagħtik il-kura meħtieġa.
Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Lamivudine Teva Pharma B.V. : Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat- tabib tiegħek.
Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam jgħibu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il- kundizzjoni:
jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil
jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi
jekk jixorbu l-alkoħol
jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna
jekk għandhom piż żejjed.
ebusija fil-ġogi
uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)
diffikultà biex tiċċaqlaq.
Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi: Għid lit-tabib tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji, tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur jew il-kartuna u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi lamivudine. Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg lamivudine.
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:
Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate, magnesium stearate. Il-kisi tar-rita tal-pillola: Hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol, polysorbate 80, iron oxide yellow (E172) u iron oxide black (E172).
Pillola griża ċara, f’għamla ta’ djamant, mżaqqa fuq żewġ naħat, miksija b’rita - li fuqha hemm mnaqqax “L-150” u ferq fuq naħa waħda u ferq fuq in-naħa l-oħra.
Lamivudine Teva Pharma BV jiġi f’folji tal-aluminju li fihom 20, 30, 60, 80, 90, 100 u 500 pillola jew kontenituri tal-pilloli tal-HDPE li fihom 60 pillola.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda
Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13
Debrecen H-4042 L-Ungerija
Pharmachemie B.V. Swensweg 5
2031 GA Haarlem L-Olanda
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali
tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373
UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203
Тева Фарма ЕАД
Teл: +359 24899585
Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111
Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400
Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511
Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda
Tel: +44 2075407117
Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400
UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801
Teva Norway AS Tlf: +47 66775590
Specifar A.B.E.E.
Τηλ: +30 2118805000
ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070
Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280
Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300
Teva Santé
Tél: +33 155917800
Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.
Tel: +351 214767550
Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000
Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524
Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117
Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390
Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300
TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911
Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981
Teva Finland Oy
Puh/Tel: +358 201805900
Specifar A.B.E.E.
Ελλάδα
Τηλ: +30 2118805000
Teva Sweden AB Tel: +46 42121100
UAB Teva Baltics filiāle Latvijā
Tel: +371 67323666
Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland
Tel: +44 2075407117