Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Alisade
fluticasone furoate

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Alisade 27.5 mikrogrammi/sprejjatura ta’ suspensjoni għal użu bħala sprej fl-imnieħer

Fluticasone furoate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Alisade u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tuża Alisade

  3. Kif għandek tuża Alisade

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Alisade

  6. Aktar tagħrif

Gwida pass wara pass dwar kif g ħandek tuża l-isprej għall-imnieħer


  1. X’INHU ALISADE U GĦALXIEX JINTUŻA


    Alisade sprej nażali jintuża fit-trattament ta’ sintomi ta’ rinite aller ġika inklużi mnieħer imblukkat jew

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    inixxi, għatis, u għajnejn idemmgħu u ħakk fl-għajnejn fl-adulti u fit-tfal ta’ 6 snin u l-fuq.


    Is-sintomi jistgħu jseħħu fi żminijiet speċifiċi matul is-sena u jistgħu ikunu kawżati minn allerġiji minn polline tal-ħaxix jew tas-siġar (hay fever) u jistgħu ukoll iseħħu s-sena kollha kawżati minn allerġiji għal annimali, insetti mikroskopiċi fl-arja jew għal moffa.


    Alisade jiforma parti mill-grupp ta’ mediċini msejħa glucocorticoids. Alisade jaħdem biex inaqqas l- infjammazzjoni fl-imnieħer u l-irritazzjoni fl-għajnejn kawżati minn allerġiji (rinite).


  2. QABEL MA TUŻA ALISADE


    Tużax Alisade

    Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal fluticasone furoate jew sustanzi oħra ta’

    Alisade


    Oqgħod attent ħafna b’ Alisade

    Għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk għandek xi problemi tal-fwied. It-tabib jista jaġġusta d-doża ta’ Alisade li qiegħed tieħu.


    It-teħid ta’ glucocorticoids mill-imnieħer (bħal Alisade):

    • jista’ jikkawża d-dewmien fl-iżvilupp tat-tfal meta jittieħdu għal żmien twil . It-tabib se jiċċekkja t-tul tat-tifel/tifla tiegħek regolarment, u jaċċerta ruħu li qed/qegħda tieħu l-inqas doża effettiva possibbli.

    • jista’ jikkawża mard ta’ l-għajnejn bħal glawkoma (żjieda fil-pressjoni ta’ l-għajn) jew katarretti (meta tittappan il-lenti ta’ l-għajn). Għid lit-tabib tiegħek jekk kellhekk xi mard bħal dan fl- imgħoddi, jew jekk tinnota xi bidla fil-vista tiegħek waqt li qed tieħu Alisade.

      Meta tieħu mediċini oħra

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar, xi mediċini oħra, anki dawk li xtrajt

      mingħajr riċetta.

      Hu speċjalment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu jew dan l-aħħar ħadt xi waħda

      minn dawn il-mediċini li ġejjin:

    • sterojdi injettati jew mill-ħalq

    • sterojdi forma ta’ dlik

    • mediċini għall-ażma.

    • ritonavir, li jintuża għat-trattament ta’ l-HIV

    • ketoconazole, li jintuża għat-trattament ta' infezzjonijiet fungali


      It-tabib tiegħek jara sew jekk għandekx tieħu Alisade flimkien ma’ dawn il-mediċini.


      Tqala u treddigħ

      Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Tużax Alisade jekk int tqila, jew qed tippjana biex toħroġ tqila, sakemm ma jkunx qallek hekk it- tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


      Tużax Alisade jekk qed tredda’, sakemm ma jkunx qallek hekk it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Mhuwiex probabbli li Alisade jaffettwa l-ħila għas-sewqan jew għat-tħaddim ta’ magni


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Alisade

      Alisade fih benzalkonium chloride. F’xi pazjenti dan jista’ jikkawża irritazzjoni ġewwa l-imnieħer.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tħoss xi skonfort waqt l-użu ta’ l-isprej.


  3. KIF GĦANDEK TUŻA ALISADE


    Dejjem għandek tuża Alisade skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Alisade kważi m’għandu l-ebda togħma jew riħa. Jiġi sprejjat ġewwa l-imnieħer bħala sprej fin.

    Oqgħod attent/a li ma ddaħħalx sprej f’għajnejk. Jekk jiġri dan, laħlaħ għajnejk bl-ilma.


    Meta għandek tuża Alisade

    • Użah darba kuljum

    • Dejjem użah fl-istess ħin

      Dan għandu jikkura s-sintomi bil-lejl u bi nhar.


      Kemm idum Alisade qabel jibda jaħdem

      Xi wħud ma jħossux l-effett sħiħ qabel ma jgħaddu xi ġranet mill-ewwel użu ta’ Alisade. Madankollu, normalment ikun effettiv wara 8 sa 24 siegħa li jkun ġie wżat.


      Kemm għandek tuża


      Adulti u tfal ta’ minn 12-il sena ’l fuq

    • Normalment l-ewwel doża tkun ta’ żewġ sprejjaturi f’kull minħar darba kuljum.

    • Meta s-sintomi jkunu kontrollati tista’ tnaqqas id-doża għal sprejjatura waħda f’kull minħar, darba

      kuljum.


      Tfal minn 6 sa 11-il sena

    • Id-doża li ssoltu tingħata fil-bidu hija sprejjatura wa ħda f’kull minħar darba kuljum.

    • Jekk is-sintomi jkunu qawwija ħafna it-tabib tiegħek għandu mnejn iżid id-doża għal żewġ sprejjaturi f’kull minħar darba kuljum sakemm is-sintomi jiġu kontrollati. Imbagħad id-doża tista’ possibilment titnaqqas għal sprejjatura waħda f’kull minħar darba kuljum.

    • Tużahx fuq tfal ta’ taħt is-6 snin.


      Kif għandek tuża l-isprej għall-imnieħer

      Wara Sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett hemm gwida pass wara pass dwar kif għandek tuża l-isprej għall- imnieħer. Segwi l-gwida b’attenzjoni biex tikseb il-benefiċċju kollu mill-użu ta’ Alisade

      Ara Gwida pass wara pass dwar kif għandek tuża l-isprej għall-imnieħer, wara

      Sezzjoni 6.


      Jekk tuża Alisade aktar milli suppost

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


      Jekk tinsa tuża Alisade

      Jekk tinsa tuża xi doża, agħmel dan malli tiftakar.

      Jekk ikun wasal il-ħin għad-doża li jmiss, stenna sakemm ikun sar il-ħin għad-doza illi jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, jew jekk għandek xi diffikultà bl-użu ta’

      l-isprej għall-imnieħer, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Alisade jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Reazzjonijiet allerġiċi: ikseb l-għajnuna ta’ tabib minnufih


    Reazzjonijiet allerġiċi għal Alisade huma rari u jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 1,000. F’numru żgħir ta’ persuni, reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jiżviluppaw fi problema aktar serja li jekk ma tiġix ikkurata tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Sintomi jinkludu:

    • jaqbdek ħafna tħarħir, sogħla jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

    • tħossok debboli jew sturdut f’daqqa (li jista’ jwassal għal kollass jew telf ta’ koxxjenza)

    • nefħa madwar il-wiċċ

    • raxx jew ħmura fil-ġilda.


      F’ħafna każijiet, dawn is-sintomi ikunu sinjali ta’ effetti sekondarji inqas serji. Iżda jeħtieġ tkun taf li

      image

      hemm potenzjal li dawn ikunu serji — għalhekk, jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi:

      Ara tabib malajr kemm jista’ jkun.


      Effetti sekondarji komuni ħafna (Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

      • Ħruġ ta’ demm mill-imnieħer (ġeneralment ftit), partikolarment jekk tuża Alisade għal aktar minn

        6 ġimgħat kontinwament.


        Effetti sekondarji komuni (Dawn jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 10 u aktar

        minn persuna waħda minn kull 100)

      • Irritazzjoni jew xi uġigħ ħafif fil-ġewwieni ta’ l-imnieħer – jistgħu ukoll joħorġu ħjut tad-demm meta tomħot. Dan jista’ jkun minħabba xi ulċeri fl-imnieħer


        Corticosteroids nażali jistgħu jkollhom effett fuq il-produzzjoni normali ta’ ormoni f’ġismek, speċjalment jekk tuża doża għolja għal żmien twil. Fit-tfal, dan l-effett sekondarju jista’ jikkawża dewmien fl-iżvilupp tagħhom.


        Jekk ikollok xi effetti sekondarji

        imageJekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti

        sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett: Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  5. KIF TAĦŻEN ALISADE


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    L-aħjar mod kif taħżen Alisade sprej għall-imnieħer huwa wieqaf. Żommu dejjem magħluq bl-għatu

    tiegħu.


    Tużax Alisade wara d-data ta’ l-iskadenza li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kaxxa. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. L-isprej għall-imnieħer Alisade għandu jintuża fi żmien xagħrejn wara li jinfetaħ..


    Tagħmlux fil-friġġ jew friża


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Alisade

Is-sustanza attiva hi fluticasone furoate (27.5 mikrogrammi kull doża).

Is-sustanzi l-oħra huma glucose anhydrous, dispersible cellulose, polysorbate 80, benzalkonium chloride, disodium edetate, ilma purifikat.


Id-dehra ta’ Alisade u l-kontenut tal-pakkett

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-mediċina hi suspensjoni bajda li tkun fi flixkun tal-ħġieġ ta’ lewn safrani, b’pompa mwaħħla miegħu. Il-flixkun ikun f’kontenitur bajdani tal-plastik b’tapp ikħal ċar u lieva li titħaddem mill-ġenb. Il-kontenitur fih fetħa żgħira biex tkun tista’ tara x’hemm fil-flixkun. Kull doża/sprejjatura to ħroġ

madwar 27.5 mikrogrammi ta’ fluticasone furoate. Alisade ikun f’pakketti ta’ 30, 60 u 120 sprejjaturi.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

Glaxo Group Ltd

Greenford, Middlesex, UB6 0NN Ir-Renju Unit


Il-Manifattur:

Glaxo Operations UK Ltd (fil-kummerċ Glaxo Wellcome Operations)

Harmire Road Barnard Castle County Durham DL12 8DT

Ir-Renju Unit


Glaxo Wellcome S.A. Avenida de Extremadura 3 09400 Aranda de Duero Burgos

Spanja

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0)2 656 21 11

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)2 656 21 11


Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

gsk.czmail@gsk.com

Magyarország GlaxoSmithKline Kft. Tel.: + 36 1 225 5300


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta GlaxoSmithKline Malta Tel: + 356 21 238131


Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

produkt.info@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)30 6938100

nlinfo@gsk.com


Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900

estonia@gsk.com

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00

firmapost@gsk.no


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 902 202 700

es-ci@gsk.com

Polska

GSK Commercial Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

diam@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija GlaxoSmithKline d.o.o. Tel: + 386 (0)1 280 25 00

medical.x.si@gsk.com


Ísland GlaxoSmithKline ehf. Tel: + 354 530 3700

Slovenská republika GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o. Tel: + 421 (0)2 49 10 33 11

recepcia.sk@gsk.com


Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 9218 111

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Κύπρος

GlaxoSmithKline Cyprus Ltd

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

GlaxoSmithKline Latvia SIA Tel: + 371 67312687

lv-epasts@gsk.com

United Kingdom GlaxoSmithKline UK Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Lietuva

GlaxoSmithKline Lietuva UAB Tel: + 370 5 264 90 00

info.lt@gsk.com


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ {XX/SSSS}


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

https://www.emea.europa.eu/

GWIDA PASS WARA PASS DWAR KIF GĦANDEK TUŻA L-ISPREJ GĦALL-IMNIEĦER


Id-dehra ta’ l-isprej għall-imnieħer

  1. isprej għall-imnieħer huwa disponibbli fi flixkun tal-ħġieġ kannella ġewwa qoxra tal-plastik – ara

    stampa a. Ser ikun fih 30, 60 jew 120 sprejjatura, skond id-daqs tal-pakkett li ġejt preskritt.


    image

    a

    Għatu


    Żennuna


    Buttuna li terħi l-isprej Fetħa


    Quddiem Wara


    Il-fetħa fil-qoxra tal-plastik tħallik tara kemm fadal Alisade fil-flixkun. Ser tkun tista’ tara l-livell ta’ likwidu għall-flixkun ta’ sprej ġdid ta’ 30 jew 60, iżda mhux għall-flixkun ta’ sprej ġdid ta’ 120 peress li l-livell ta’ likwidu huwa aktar il-fuq mill-fetħa.


    Sitt affarijiet importanti li g ħandek tkun taf dwar l-isprej għall-imnieħer

    • Alisade jiġi fi flixkun kannella. Jekk għandek bżonn tiċċekkja kemm fadal żomm l-isprej għall- imnieħer wieqaf kontra dawl qawwi. B’hekk tkun tista’ tara il-livell minn ġol-fetħa.

      edi ċinali li m’għadux awtorizzat

    • Meta tuża l-isprej għall-imnieħer għall-ewwel darba ser ikollok bżonn tħawwdu bis-saħħa


      m Prodott

      bl-għatu fuqu għal madwar 10 sekondi. Dan huwa importanti peress li Alisade huwa suspensjoni magħquda li ssir likwida meta tħawwdu sew – ara stampa b. Ser jisprejja biss meta jsir likwidu.


      image

      • Il-buttuna li terħi l-isprej għandha tingħafas sew sa ġewwa, biex terħi l-isprej minn ġoż- żennuna – ara stampa ċ.


        image


      • Jekk għandek diffikultà biex tagħfas il-buttuna b’subgħajk il-kbir, tista’ tuża żewġ idejn – ara stampa d


        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        image


      • Meta ma tkunx qed tużah, dejjem żomm l-għatu fuq l-isprej għall-imnieħer. L-għatu jżomm it-trab il-barra, iżomm il-pressjoni u jwaqqaf iż-żennuna milli tinstadd. Meta l-għatu jkun f’postu il-buttuna li terħi l-isprej ma tkunx tista’ tingħafas bi żball.

      • Qatt m’għandek tuża labra jew xi ħaġa taqta’ biex tiftaħ iż-żennuna. Dan jagħmel ħsara lill- isprej għall-imnieħer


        Preparazzjoni ta’ l-isprej għall-imnieħer biex tkun tista’ tużah


        Għandek tipprepara l-isprej għall-imnieħer:


      • qabel tużah għall-ewwel darba

      • jekk m’għalaqtux bl-għatu


        Preparazzjoni ta’ l-isprej għall-imnieħer tgħin tiżgura li inti dejjem tieħu d-doża kollha tal-mediċina.

        Segwi dawn il-passi:

        1. Bl-għatu f’postu, ħawwad l-isprej għall-imnieħer bis-saħħa għal madwar 10 sekondi.

        2. Neħħi l-għatu billi tagħfas sew il-ġnub ta’ l-għatu b’subgħajk il-kbir u s-saba’ l-werrej– ara stampa e.

          image


        3. Żomm l-isprej għall-imnieħer wieqaf, wara mejjel u pponta iż-żennuna l-bogħod minnek.

        4. Għafas il-buttuna sew sa ġewwa. Għamel dan ta’ l-inqas 6 darbiet sakemm jinħeles sprej fin

image

fl-arja – ara stampa f.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

L-isprej għall-imnieħer issa huwa lest għall-użu. Użu ta’ l-isprej għall-imnieħer

  1. Ħawwad sew l-isprej għall-imnieħer.

  2. Neħħi l-għatu.

  3. Omħot biex tnaddaf imnifsejk, wara mejjel rasek ftit ’l quddiem.

4. Poġġi ż-żennuna ġo wieħed mill-imnifsejn – ara stampa ġ. Ipponta t-tarf taż-żennuna kemmxejn il-barra, il-bogħod mill-parti tan-nofs ta’ mnieħrek. Dan jgħin iwassal il-mediċina fil-parti t-tajba ta’ mnieħrek.

  1. Waqt li tieħu nifs ’l ġewwa minn ġo mnieħrek, għafas il-buttuna sew sa ġewwa– ara stampa ħ.


    image


  2. Neħħi ż-żennuna minn imnifsejk u ħu nifs ’l barra minn ġo ħalqek.

  3. Jekk id-doża tiegħek hija żewġ sprejjaturi f’kull imnifsejn irrepeti passi 4 sa 6.

  4. Irrepeti passi 4 sa 7 biex tikkura l-imnifsejn l-ieħor.

  5. Erġa poġġi l-għatu fuq l-isprej għall-imnieħer.

Tindif ta’ l-isprej għall-imnieħer Wara kull użu:

  1. Imsaħ iż-żennuna u l-parti ta’ ġewwa ta’ l-għatu b’karta assorbenti nadifa u xotta – ara stampi

    i u j.


    image


  2. Tużax ilma biex tnaddfu.

  3. Qatt m’għandek tuża labra jew xi ħaġa taqta’ fuq iż-żennuna.

  4. Dejjem erġa’ għalaq il-flixkun bl-għatu ladarba tlesti.


Jekk l-isprej għall-imnieħer jidher li mhux qed jaħdem:

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

imageJekk jibqa’ ma jaħdimx, jew jekk jipproduċi ġett ta’ likwidu, ħu l-isprej għall-imnieħer lura l-

ispiżerija għall-parir.