Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Xigduo
dapagliflozin, metformin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Xigduo 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Xigduo 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita dapagliflozin/metformin hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Xigduo u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Xigduo

  3. Kif għandek tieħu Xigduo

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Xigduo

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Xigduo u gћalxiex jintuża


    Din il-mediċina fiha żewġ sustanzi differenti li jissejħu dapagliflozin u metformin. It-tnejn jappartjenu għal grupp ta’ mediċini msejħa antidijabetiċi orali. Dawn huma mediċini li jittieħdu mill-ħalq kontra d- dijabete.


    Xigduo jintuża għal tip ta’ dijabete msejħa “dijabete tat-tip 2” f’pazjenti adulti (ta’ 18-il sena u akbar) u ġeneralment isseħħ meta tkun akbar fl-età. Jekk għandek id-dijabete tat-tip 2, il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina jew ġismek mhuwiex kapaċi juża l-insulina li jipproduċi kif suppost. Dan iwassal għal livell għoli ta’ zokkor (glukosju) fid-demm tiegħek.

    • Dapagliflozin jaħdem billi jneħħi z-zokkor żejjed minn ġo ġismek mal-awrina u jnaqqas l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Dan jista’ wkoll jipprevjeni mard tal-qalb.

    • Metformin jaħdem prinċipalment billi jinibixxi l-produzzjoni tal-glukosju fil-fwied.


      Għall-kura tad-dijabete:

    • Din il-mediċina tittieħed flimkien ma’ dieta u eżerċizzju.

    • Din il-mediċina tintuża jekk id-dijabete tiegħek ma tistax tkun ikkontrollata b’mediċini oħrajn użati għall-kura tad-dijabete.

    • It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu din il-mediċina weħidha jew flimkien ma’ mediċini oħrajn għall-kura tad-dijabete. Din tista’ tkun mediċina oħra li tittieħed mill-ħalq u/jew mediċina mogħtija b’injezzjoni, bħall-insulina jew agonist tar-riċettur GLP-1 (jgħin lill-ġisem tiegħek biex iżid il-

      produzzjoni tal-insulina meta l-livell taz-zokkor tiegħek fid-demm ikun għoli).

    • Jekk diġà qed tieħu kemm dapagliflozin kif ukoll metformin bħala pilloli singoli, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex taqleb għal din il-mediċina. Biex tevita doża eċċessiva, tkomplix tieħu dapagliflozin u pilloli ta’ metformin, jekk tkun qed tieħu Xigduo.


      Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju li jkun tak it-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Xigduo


    Tiħux Xigduo

    • jekk inti allerġiku għal dapagliflozin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk qatt kellek koma dijabetika.

    • jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid- demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’

      jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

    • jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

    • jekk għandek infezzjoni severa.

    • jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidrazzjoni), eż. minħabba dijarea fit-tul jew severa, jew jekk irremettejt diversi drabi wara xulxin.

    • jekk dan l-aħħar kellek xi attakk tal-qalb jew jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb jew problemi serji biċ-ċirkolazzjoni tad-demm tiegħek jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

    • jekk għandek xi problemi bil-fwied.

    • jekk tixrob ammont kbir ta’ alkoħol, kemm kuljum kif ukoll minn żmien għal żmien (jekk jogħġbok ara s-sezzjoni “Xigduo u alkoħol”).


      Tiħux din il-mediċina jekk tapplika għalik xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq.


      Twissijiet u prekawzjonijiet Riskjutaaċidożilattika

      Xigduo jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijie.


      Waqqaf it-teħid ta’ Xigduo għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.


      Waqqaf it-teħid ta’ Xigduo u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma.


      Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

      • rimettar

      • uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

      • bugħawwieġ fil-muskoli

      • sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

      • diffikultà biex tieħu n-nifs

      • temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

        Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.


        Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Xigduo, u waqt il-kura:

    • jekk għandek “dijabete tat-tip 1” – it-tip ta’ dijabete li normalment tibda meta tkun żgħir, u ġismek ma jipproduċi l-ebda insulina. Xigduo m’għandux jintuża biex jikkura din il-kondizzjoni.

    • jekk tesperjenza telf fil-piż f’qasir żmien, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas mhux tas-soltu jew għejja, riħa ħelwa

      ta’ mnifsejk, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek, jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq tiegħek, kellem tabib jew mur sal-eqreb sptar minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjali ta’ “ketoaċidożi dijabetika” - problema rari iżda serja, xi kultant ta’ periklu għall-ħajja li jista’ jkollok

      minħabba d-dijabete minħabba livelli ogħla ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jirriżultaw fit-testijiet. Ir-riskju ta’ żvilupp ta’ ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidrazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew bżonn ikbar tal-insulina minħabba operazzjoni maġġuri jew mard serju.

    • jekk għandek problemi fil-kliewi. It-tabib tiegħek jiċċekkjalek il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

    • jekk għandek livelli għoljin ħafna ta’ glukożju fid-demm li jistgħu jagħmluk deidratat (titlef ħafna mil-likwidi f’ġismek). Is-sinjali possibbli ta’ deidratazzjoni huma elenkati fil-bidu tas-sezzjoni 4. Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu din il-mediċina jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn

      is-sintomi.

    • jekk qed tieħu mediċini biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm (anti-ipertensivi) u għandek passat ta’ pressjoni baxxa tad-demm (pressjoni baxxa). Aktar tagħrif huwa mogħti hawn taħt ‘Mediċini oħra u Xigduo’.

    • jekk spiss ikollok infezzjonijiet fl-apparat urinarju. Din il-mediċina tista’ tikkawża infezzjonijiet fl- apparat urinarju u t-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak aktar mill-qrib. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jibdillek il-kura għal xi żmien jekk tiżviluppa infezzjoni serja.


      Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Xigduo matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Xigduo mill-ġdid.


      Huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’ kwalunkwe parir ieħor dwar il-kura tas- saqajn mogħti mill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.


      Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa kombinazzjoni ta’ sintomi ta’ uġigħ, sensittività, ħmura, jew nefħa tal-ġenitali jew tal-parti bejn il-ġenitali u l-anus b’deni jew b’mod ġenerali tħossok ma tiflaħx. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ infezzjoni rari iżda serja jew saħansitra ta’ periklu għall- ħajja, li tissejjaħ faxxite nekrotizzanti tal-perinew jew kankrena ta’ Fournier li teqred it-tessut taħt il-ġilda Il-kankrena ta’ Fournier għandha tiġi kkurata immedjatament.


      Funzjoni tal-kliewi

      Waqt it-trattament b’Xigduo, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-

      agħar.


      Glukożju fl-awrina

      Minħabba l-mod li bih taħdem din il-mediċina, l-awrina tiegħek timmarka pożittiva għaz-zokkor sakemm

      iddum tieħu din il-mediċina.

      Tfal u adolexxenti

      Din il-mediċina mhijiex rakkomandata għat-tfal u għall-adolexxenti taħt it-18-il sena, peress li ma ġietx

      studjata f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u Xigduo

      Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju

      f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Xigduo qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Xigduo mill-ġdid.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Xigduo. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

    • jekk qed tieħu mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi). It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex twaqqaf din il-mediċina. Is-sinjali possibbli ta’ telf eċċessiv ta’ fluwidu mill-ġisem huma elenkati fil-bidu tas-sezzjoni 4.

    • jekk qed tieħu xi mediċini oħrajn li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm bħall-insulina jew mediċina “sulphonylurea”. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid ibaxxi d-doża ta’ dawn il-mediċini l- oħrajn, biex inti ma jkollokx livelli ta’ zokkor fid-demm li jkunu baxxi żżejjed (ipogliċemija).

    • jekk qed tieħu cimetidine, mediċina li tintuża għall-kura ta’ problemi tal-istonku.

    • jekk qed tuża bronkodilaturi (agonisti beta-2) li jintużaw għall-kura tal-ażżma.

    • jekk qed tuża kortikosterojdi (jintużaw għall-kura tal-infjammazzjoni f’mard bħall-ażżma u l-artrite) li jingħataw mill-ħalq, bħala injezzjoni, jew jinġibdu man-nifs.

    • jekk qed tuża mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX- 2, bħal ibuprofen u celecoxib)

    • jekk qed tuża mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX- 2, bħal ibuprofen u celecoxib).


      Xigduo u alkoħol

      Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Xigduo peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’

      aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek twaqqaf din il-mediċina jekk tinqabad

      tqila, peress li mhijiex rakkomandata waqt it-tieni u t-tielet trimestru (l-aħħar sitt xhur) tat-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod kif tista’ tikkontrolla z-zokkor fid-demm waqt it-tqala.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq jew jekk qiegħda tredda’ qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża din il-mediċina jekk qiegħda tredda’. Metmorfin jgħaddi fil-ħalib tas-sider tal-bniedem f’ammonti żgħar. Mhux magħruf jekk dapagliflozin jgħaddix fil-ħalib tal-omm.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Din il-mediċina m’għandha l-ebda jew ftit li xejn influwenza fuq l-abbiltà li ssuq u tħaddem magni. Jekk

      teħodha ma’ mediċini oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek, bħall-insulina jew mediċina “sulphonylurea”, jista’ jkollok livelli baxxi żżejjed ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), li jistgħu joħolqu sintomi bħal dgħufija, sturdament, żieda fl-għaraq, taħbita mgħaġġla tal-qalb, bidla fil-vista jew diffikultajiet biex tikkonċentra, u jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tiegħek li ssuq u tuża magni. Issuqx jew tuża xi għodda jew magni, jekk tibda tħoss dawn is-sintomi.


      Kontenut tas-sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri hija essenzjalment

      “mingħajr sodium”.

  3. Kif gћandek tieћu Xigduo


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    • L-ammont ta’ din il-mediċina li ser tieħu jvarja skont il-kundizzjoni tiegħek u d-dożi ta’ metformin li qed tieħu attwalment u/jew pilloli individwali ta’ dapagliflozin u metformin. It-tabib tiegħek

      jgħidlek eżattament liema qawwa ta’ din il-mediċina għandek tieħu.

    • Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda darbtejn kuljum.


      Kif tieħu din il-mediċina

    • Ibla’ l-pillola sħiħa ma nofs tazza ilma.

    • Ħu l-pillola mal-ikel. Dan biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji fuq l-istonku.

    • Ħu l-pillola tiegħek darbtejn kuljum, darba filgħodu (mal-kolazzjon) u darba filgħaxija (mal-ikla ta’ filgħaxija).


      It-tabib tiegħek jista’ jiktiblek din il-mediċina ma’ mediċina(i) oħra li tbaxxi(jbaxxu) l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Dawn jistgħu jkunu mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew mogħtija b’injezzjoni, bħall- insulina jew agonist tar-riċettur GLP-1. Ftakar biex tieħu dawn il-mediċini l-oħrajn kif ikun qallek it-tabib. B’hekk ikollok l-aħjar riżultati għal saħħtek.


      Dieta u eżerċizzju

      Biex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, inti xorta waħda trid issegwi dieta u tagħmel l-eżerċizzju, anki meta

      tkun qed tieħu din il-mediċina. Għalhekk huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l- eżerċizzju li jagħtik it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. B’mod partikolari, jekk qed issegwi dieta dijabetika għall-kontroll tal-piż, kompli segwiha sakemm tibqa’ tieħu din il-mediċina.


      Jekk tieħu Xigduo aktar milli suppost

      Jekk tieħu aktar pilloli ta’ Xigduo minn kemm suppost, tista’ taqbdek aċidożi lattika. Is-sintomi tal-aċidożi

      lattika jinkludu li tħossok jew tkun ma tiflaħx ħafna, rimettar, uġigħ fl-istonku, bugħawwiġ, għeja severa jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk jiġrilek hekk, jista’ jkollok bżonn kura immedjata l-isptar, billi l- aċidożi lattika tista’ twassal għal koma. Ieqaf tieħu din il-mediċina immedjatament u kkuntattja tabib jew lill-eqreb sptar minnufih (ara sezzjoni 2). Ħu l-kaxxa tal-mediċina miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Xigduo

      Jekk taqbeż doża, ħudha hekk kif tiftakar. Jekk ma tiftakarx sakemm ikun sar il-ħin għad-doża tiegħek li

      jmiss, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u mur lura għall-iskeda regolari tiegħek. Tiħux doża doppja ta’ din il- mediċina biex tpatti għad-doża li tkun insejt.


      Jekk tieqaf tieħu Xigduo

      Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jiżdied mngħajr din il-mediċina.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Waqqaf Xigduo u kellem tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji jew potenzjalment serji bħal:


    • Aċidożi lattika, tidher b’mod rari ħafna (tista’ taffettwa sa utent 1 minn kull 10,000 persuna) Xigduo jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 li qed jużawh), iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Xigduo u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.


      Kellem tabib jew mur sal-eqreb sptar minnufih jekk għandek xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:


    • Ketoaċidożi dijabetika, li tidher b’mod rari (tista’ taffetwa sa persuna 1 minn 1,000)

      Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

      • livelli ogħla ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

      • telf fil-piż f’qasir żmien

      • tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

      • uġigħ fl-istonku

      • għatx eċċessiv

      • nifs mgħaġġel u fil-fond

      • konfużjoni

      • ngħas mhux tas-soltu jew għejja

      • riħa ħelwa ta’ mnifsejk, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek, jew riħa differenti tal-awrina jew l- għaraq tiegħek.


        Dan jista’ jseħħ irrispettivament mil-livell tal-glucose fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek b’Xigduo b’mod temporanju jew permanenti.


    • Faxxite nekrotizzanti tal-perinew jew kankrena ta’ Fournier, infezzjoni tat-tessut artab serja tal- ġenitali jew tal-parti bejn il-ġenitali u l-anus, li tidher f’każijiet rari ħafna.


      Tkomplix tieħu Xigduo u ara tabib kemm jista’ jkun malajr jekk tinnota kwalunkwe effett sekondarju serju bħal:


    • Deidrazzjoni: telf eċċessiv ta’ fluwidu mill-ġisem tiegħek, li jidher b’mod mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna).

      Dawn huma s-sinjali ta’ deidratazzjoni:

      • ħalq xott jew iwaħħal ħafna, tħoss għatx kbir

      • tħossok ħafna bi ngħas jew għajjien/a ħafna

      • tagħmel ftit li xejn ilma (awrina)

      • taħbit mgħaġġel tal-qalb.

    • Infezzjoni tal-apparat urinarju, li tidher b’mod komuni (tista’ taffetttwa sa persuna 1minn kull 10).

      Dawn huma sinjali ta’ infezzjoni severa tal-apparat urinarju:

      • deni u/jew bard

      • sensazzjoni ta’ ħruq meta tgħaddi l-ilma (tagħmel l-awrina)

      • uġigħ f’dahrek jew f’ġenbek.

        Għalkemm mhux komuni, jekk tara xi demm fl-awrina tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.


        Kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk għandek xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:


    • Livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), li huma komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10) - meta tkun qed tieħu din il-mediċina ma’ sulphonylurea jew mediċini oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek, bħall-insulina

      Dawn huma s-sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm:

      • rogħda, għaraq, ansjetà, taħbit mgħaġġel tal-qalb

      • ġuħ, uġigħ ta’ ras, bidla fil-vista

      • bidla fil-burdata tiegħek jew tħossok imħawwad/imħawwda.

        It-tabib tiegħek jgħidlek kif għandek tikkura l-livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm u x’għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali ta’ hawn fuq. Jekk ikollok sintomi ta’ zokkor baxx fid-demm, ħu pilloli tal- glucose, xi ħaġa ħafifa li fiha ħafna zokkor jew ixrob meraq tal-frott. Jekk possibbli, kejjel iz-zokkor fid- demm tiegħek u strieħ.


        Effetti sekondarji oħrajn jinkludu: Komuni ħafna

    • nawsja, rimettar

    • dijarea jew uġigħ fl-istonku

    • telf tal-aptit


      Komuni

    • infezzjoni ġenitali (traxx) tal-pene jew tal-vaġina (sinjali jistgħu jinkludu irritazzjoni, ħakk, nixxija jew riħa mhux normali)

    • uġigħ fid-dahar

    • skumdità meta tgħaddi l-ilma (awrina), tagħmel aktar awrina mis-soltu jew tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar ta’ spiss.

    • tibdil fl-ammont ta’ kolesterol jew xaħmijiet fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

    • żidiet fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

    • tnaqqis fit-tneħħija tal-kreatinina mill-kliewi (kif muri fit-testijiet) fil-bidu tal-kura

    • tibdil fit-togħma

    • sturdament

    • raxx


      Mhux komuni

    • għatx

    • stitikezza

    • tqum mill-irqad bil-lejl biex tagħmel l-awrina

    • ħalq xott

    • tnaqqis fil-piż

    • żidiet fil-kreatinina (murija fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju) fil-bidu tal-kura

    • żidiet fl-urea (murija fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju)

      Rari ħafna livelli mnaqqsa ta’ vitamina B12 fid-demm

    • abnormalitajiet fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied, infjammazzjoni fil-fwied (epatite)

    • ħmura fil-ġilda (eritema), ħakk jew raxx li jġiegħlek tħokk (ħorriqija)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

      permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Xigduo

    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja jew kartuna wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Xigduo


Xigduo 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita u Xigduo 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita jiġu f’folja tal- PVC/PCTFE/Alu. Id-daqsijiet tal-pakkett huma 14, 28, 56 u 60 pilloli miksijin b’rita f’folji mhux perforati, 60x1 pilloli miksijin b’rita f’folji ta’ doża waħda perforati u pakkett multiplu li fih

196 (2 pakketti ta’ 98) pilloli miksijin b’rita f’folji mhux perforati. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje L-Isvezja


Manifattur AstraZeneca AB Gärtunavägen

SE-151 85 Södertälje L-Iżvezja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien AstraZeneca S.A./N.V. Tel: +32 2 370 48 11

Lietuva

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +370 5 2660550


България

АстраЗенека България ЕООД

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Luxembourg/Luxemburg AstraZeneca S.A./N.V. Tél/Tel: +32 2 370 48 11


Česká republika

AstraZeneca Czech Republic s.r.o. Tel: +420 222 807 111

Magyarország AstraZeneca Kft. Tel.: +36 1 883 6500


Danmark AstraZeneca A/S Tlf: +45 43 66 64 62

Malta

Associated Drug Co. Ltd Tel: +356 2277 8000


Deutschland AstraZeneca GmbH Tel: +49 40 809034100

Nederland

AstraZeneca BV

Tel: +31 79 363 2222


Eesti

AstraZeneca

Tel: +372 6549 600

Norge

AstraZeneca AS

Tlf: +47 21 00 64 00


Ελλάδα

AstraZeneca A.E.

Τηλ: +30 2 106871500

Österreich

AstraZeneca Österreich GmbH

Tel: +43 1 711 31 0


España

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A. Tel: +34 91 301 91 00

Polska

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 245 73 00


France

AstraZeneca

Tél: +33 1 41 29 40 00

Portugal

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 434 61 00


Hrvatska AstraZeneca d.o.o. Tel: +385 1 4628 000

România

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) DAC

Tel: +353 1609 7100

Slovenija

AstraZeneca UK Limited

Tel: +386 1 51 35 600


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika AstraZeneca AB, o.z. Tel: +421 2 5737 7777


Italia

AstraZeneca S.p.A.

Tel: +39 02 00704500

Suomi/Finland

AstraZeneca Oy

Puh/Tel: +358 10 23 010


Κύπρος

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ Τηλ: +357 22490305

Sverige

AstraZeneca AB

Tel: +46 8 553 26 000


Latvija

SIA AstraZeneca Latvija Tel: +371 67377100

United Kingdom (Northern Ireland)

AstraZeneca UK Ltd Tel: +44 1582 836 836


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’