Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Retacrit
epoetin zeta

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Retacrit 1 000 IU/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 2 000 IU/0.6 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 3 000 IU/0.9 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 4 000 IU/0.4 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 5 000 IU/0.5 mL soluzzjoni g ħall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 6 000 IU/0.6 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 8 000 IU/0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 10 000UI/1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 20 000 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 30 000 IU/0.75 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel Retacrit 40 000 IU/1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija minn qabel

epoetin zeta


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Retacrit u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Retacrit

  3. Kif għandek tuża Retacrit

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Retacrit

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Retacrit u għalxiex jintuża


    Retacrit fih is-sustanza attiva epojetin zeta – proteina li tistimula l-għadma tal-mudullun biex tipproduċi aktar ċelluli ħomor tad-demm, li jġorru l-emoglobina (sustanza li ġġorr l-ossiġenu). Epojetin zeta hija kopja tal-proteina umana eritropojetin (e-rit-ro-po-ee-tin) u taġixxi bl-istess mod.


    Retacrit jintuża biex jittratta anemija sintomatika kkawżata minn mard tal-kliewi


    • fit-tfal li qegħdin fuq l-emodijalisi.

    • f’adulti fuq emodijalisi jew dijalisi.

    • f’adulti anemiċi b’mod sever li mhumiex digà fuq id-dijalisi.


      Jekk għandek il-mard tal-kliewi, jaf għandek nuqqas ta’ ċelluli ħomor tad-demm jekk il-kilwa tiegħek ma tipproduċix biżżejjed eritropoetina (meħtieġ għall-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor). Retacrit jingħata biex jistimula l-mudullun tiegħek biex jipproduċi aktar ċelluli ħomor tad-demm.


      • Retacrit jintuża biex jikkura anemija f’adulti li qegħdin jirċievu l-kimoterapija għat- tumuri solidi,

        limfoma malinna jew majeloma multipla (kanċer fl-għadma tal-mudullun) li jista’ jkollhom bżonn trasfużjoni tad-demm. Retacrit jista’ jnaqqas il-bżonn ta’ trasfużjoni tad-demm f’dawn il-

        pazjenti.

      • Retacrit jintuża f’adulti b’anemija moderata li jagħtu ftit mid-demm tagħhom qabel operazzjoni, sabiex dan jista’ jingħatalhom lura waqt jew wara l-operazzjoni. Minħabba li Retacrit jistimula l-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor tad-demm, it-tobba jistgħu jieħdu aktar demm minn dawn in-nies.


      • Retacrit jintuża f’adulti b’anemija moderata li ser ikollhom operazzjoni ortopedika maġġuri

        (pereżempju operazzjonijiet ta’ bdil tal-ġenbejn jew tal-irkoppa), biex jitnaqqas il-bżonn potenzjali ta’ trasfużjoni tad-demm.


      • Retacrit jintuża biex jittratta anemija f’adulti b’disturb tal-mudullun li jikkawża xkiel sever fil-ħolqien taċ-ċelluli tad-demm (sindromi majelodisplastiċi). Retacrit jista’ jnaqqas il- bżonn ta’ trasfużjoni tad-demm.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Retacrit Tużax Retacrit

    • Jekk int allerġiku għall-epoetin zeta jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).


    • Jekk ġejt dijanjostikat/a b’Pure Red Cell Aplasia (il-mudullun ma jistax jipproduċi biżżejjed ċelluli ħomor tad-demm) wara trattament preċedenti bi kwalunkwe prodott li jistimula l- produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm (inkluż Retacrit). Ara sezzjoni 4.


    • Jekk għandek pressjoni għolja mhux ikkontrollata kif suppost bil-mediċini.


    • Biex tistimula l-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm tiegħek stess (sabiex it-tobba jkunu jistgħu jieħdu aktar demm minnek) jekk ma jistax ikollok trasfużjoniiet bid-demm tiegħek stess waqt jew wara operazzjoni.


    • Jekk dalwaqt se jkollok operazzjoni ortopedika elettiva maġġuri (bħalma hi operazzjoni tal- ġenbejn jew tal-irkoppa), u jekk inti:

      • għandek mard tal-qalb gravi

      • għandek disturbi gravi tal-vini u l-arterji

      • dan l-aħħar kellek attakk tal-qalb jew puplesija

      • ma tistax tieħu mediċini biex traqqaq id-demm


        Retacrit jista’ ma jkunx xieraq għalik. Jekk jogħġbok iddiskuti mat-tabib tiegħek. Meta jkunu fuq Retacrit, xi persuni jkollhom bżonn mediċini biex inaqqsu r-riskju ta’ emboli tad-demm. Jekk ma tistax tieħu mediċini li jipprevjenu t-tagħqid ta-demm, m’għandekx tieħu Retacrit.


        Twissijiet u prekawzjonijiet


        Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Retacrit.


        Oqgħod attent ħafna b’Retacrit


        Retacrit u prodotti oħrajn li jistimulaw il-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor jistgħu jżidu r-riskju tal-iżvilupp ta’ emboli tad-demm fil-pazjenti kollha. Dan ir-riskju jista’ jkun ogħla jekk għandek fatturi ta’ riskju oħrajn għall-iżvilupp tal-emboli tad-demm (pereżempju, jekk kellek embolu tad-demm fil-passat jew jekk għandek piż żejjed, għandek id-dijabete, għandek mard tal-qalb jew jekk tkun bilqiegħda għal żmien twil minħabba operazzjoni jew marda). Jekk jogħġbok għid lit-

        tabib tiegħek dwar dawn l-affarijiet. It-tabib tiegħek ser jgħinek tiddeċiedi jekk Retacrit huwiex xieraq għalik.

        Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi waħda milli ġejjin tapplika għalik. Xorta jaf tkun tista’ tuża Retacrit, iżda ddiskuti dan mat-tabib tiegħek l-ewwel:


    • Jekk taf li tbati, jew batejt, minn:

      • pressjoni għolja tad-demm;

      • attakki epilettiċi jew aċċessjonijiet

      • mard fil-fwied

      • anemija minn kawżi oħra

      • porfirja (disturb tad-demm rari)


    • Jekk int pazjent b’falliment kroniku tal-kliewi, u b’mod partikulari jekk inti ma tirrispondix kif jixraq għal Retacrit, it-tabib tiegħek se jiċċekkja d-doża li ngħatatlek ta’ Retacrit minħabba li żidiet ripetuti fid-doża li ngħatatlek ta’ Retacrit jekk m’intix tirrispondi għat-trattament jistgħu jżidu r-riskju li jkollok problemi fil-qalb jew fil-vini/arterji tad-demm u dan jista’ jżid ir-riskju ta’ infart mijokardijaku, puplesija jew mewt.


    • Jekk inti pazjent tal-kanċer kun af li prodotti li jistimulaw il-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm (bħal Retacrit) jistgħu jaġixxu bħala fattur ta’ tkabbir u għalhekk teoretikament

      jistgħu jaffettwaw il-progressjoni tal-kanċer tiegħek. Skont is-sitwazzjoni individwali tiegħek,

      tista’ tkun preferibbli trasfużjoni tad-demm. Jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.


    • Jekk inti pazjent tal-kanċer, kun af li l-użu ta’ Retacrit jista’ jiġi assoċjat ma’ rata ta’ sopravivenza iqsar u rata ta’ mewt ogħla f’pazjenti b’kanċer fir-ras u fl-għonq u b’kanċer tas- sider metastatiku li qed jirċievu l-kimoterapija.


    • Reazzjonijiet serji tal-ġilda inkluż sindrome ta’ Stevens-Johnson (SJS) u nekroliżi epidermali tossika (TEN) ġew irrappurtati b’rabta ma’ trattament b’epoetin.


      Fil-bidu SJS/TEN tista’ tidher bħala tikek ħomor qishom miri jew dbabar tondi ħafna drabi bi nfafet ċentrali fuq it-tronk. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ulċeri fil-ħalq, fil-griżmejn, fl- imnieħer, fuq il-ġenitali u fl-għajnejn (għajnejn ħomor u minfuħin). Ħafna drabi dawn ir- raxxijiet serji tal-ġilda jiġu segwiti minn deni u/jew sintomi li jixbhu lil dawk tal-influwenza. Ir- raxxijiet jistgħu jipprogressaw għal tqaxxir mifrux tal-ġilda u kumplikazzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja.


      Jekk tiżviluppa raxx serju jew xi sintomu ieħor tal-ġilda minn dawn, ieqaf ħu Retacrit u kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih.


      Oqgħod attent ħafna bi prodotti oħra li jistimulaw il-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad demm:


      Retacrit huwa wieħed minn grupp ta’ prodotti li jistimulaw il-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm bħalma tagħmel il-proteina umana eritropojetin. Il-professjonist fil qasam tal-kura tiegħek dejjem ser jirreġistra b’mod preċiż il-prodott li tkun qed tuża.


      Jekk tingħata prodott ieħor f’dan il-grupp minbarra Retacrit waqt it-trattament tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tużah.


      Mediċini oħra u Retacrit


      Għid lit-tabib tiegħek jew lill-ispiżjar jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Jekk qed tieħu mediċina msejħa ċiklosporin (tintuża eż. wara trapjanti tal-kliewi), it-tabib tiegħek

      jista’ jordna eżamijiet tad-demm sabiex jiġi ċċekkjat il-livell taċ-ċiklosporin waqt li qed tieħu Retacrit.


      Is-supplimenti tal-ħadid u stimulanti oħra tad-demm jistgħu jgħollu l-effikaċja ta’ Retacrit. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk tistax teħodhom.


      Jekk iżżur sptar, klinika jew tabib tal-familja, għidilhom li qed tieħu trattament b’Retacrit. Dan jista’ jaffettwa trattamenti oħra jew riżultati tat-testijiet.


      Tqala, treddigħ u fertilità


      Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda milli ġejjin tapplika għalik. Xorta jaf tkun tista’ tuża Retacrit, iżda ddiskuti dan mat-tabib tiegħek l-ewwel:


    • Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

    • Jekk qed tredda’.


      L-ebda tagħrif fuq l-effetti ta’ epoetin zeta fuq il-fertilità mhu disponibbli.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Retacrit m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Retacrit fih phenylalanine


      Dan il-prodott mediċinali fih 0.5 mg ta’ phenylalanine f’kull mL


      Phenylalanine jista’ jkun ta’ ħsara jekk inti għandek fenilketonurja (phenylketonuria, PKU), disturb ġenetiku rari fejn il-phenylalanine jakkumula għaliex il-ġisem ma jistax ineħħih sewwa.


      Retacrit fih is-sodju


      Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol ta’ sodju (23 mg) f’kull doża, jiġifieri huwa essenzjalment ‘bla sodju’.


  3. Kif għandek tuża Retacrit


    Dejjem għandek tuża Retacrit skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    It-tabib tiegħek għamel testijiet tad-demm u ddeċieda li għandek bżonn Retacrit. Retacrit jista’ jingħata permezz ta’ injezzjoni:

    • Jew ġo vina jew tubu li jmur ġol-vina (ġol-vini)

    • Jew taħt il-ġilda (taħt il-ġilda).


      It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi kif ser jiġi injettat Retacrit. Normalment l-injezzjonijiet jingħatawlek minn tabib, infermier jew minn professjonista tal-kura tas-saħħa ieħor. Xi persuni, skont l-għaliex għandom bżonn trattament b’Retacrit, aktar tard jistgħu jitgħallmu kif jinjettaw lilhom infushom taħt il-ġilda: ara Istruzzjonijiet dwar kif tinjetta Retacrit inti stess.


      Retacrit m’għandux jintuża:

    • wara d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta jew il-kartuna ta’ barra

    • jekk taf, jew taħseb li seta’ ġie iffriżat bi żball, jew

    • jekk kien hemm difett fil-friġġ.

      Id-doża ta’ Retacrit li tirċievi hija bbażata fuq il-piż tal-ġisem tiegħek f’kilogrammi. Il-kawża tal- anemija tiegħek hija wkoll fattur meta t-tabib tiegħek jiddeċiedi d-doża korretta.


      It-tabib tiegħek ser jimmonitorja l-pressjoni tad-demm tiegħek regolarment waqt li tkun qed tuża Retacrit.


      Persuni b’mard tal-kliewi


    • It-tabib tiegħek ser iżomm il-livell tal-emoglobina tiegħek bejn 10 u 12 g/dL peress li livell għoli tal-emoglobina jista’ jżid ir-riskju ta’ emboli tad-demm u mewt. Fit-tfal, il-livell tal- emoglobina għandu jinżamm bejn 9.5 u 11 g/dL.

    • Id-doża tal-bidu tas-soltu ta’ Retacrit għall-adulti u għat-tfal hija 50 Unitajiet Internazzjonali (IU, International Units) kull kilogramma (/kg) tal-piż tal-ġisem li tingħata tliet darbiet fil- ġimgħa.

    • Għal pazjenti fuq dijalisi peritoneali, Retacrit jista’ jingħata darbtejn fil-ġimgħa.

    • Għall-adulti u għat-tfal, Retacrit jingħata bħala injezzjoni jew ġo vina (ġol-vini) jew tubu li jmur ġo vina. Meta dan l-aċċess (permezz ta’ vina jew tubu) ma jkunx disponibbli faċilment, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li Retacrit għandu jiġi injettat taħt il-ġilda (taħt il-ġilda). Dan jinkludi

      pazjenti fuq dijalisi u pazjenti li għadhom mhumiex fuq dijalisi.

    • It-tabib tiegħek ser jordna testijiet regolari tad-demm sabiex jara kif l-anemija tiegħek qiegħda tirrispondi u jista’ jaġġusta d-doża, normalment mhux aktar ta’ spiss minn kull erba’ ġimgħat. Żieda fl-emoglobina ta’ aktar minn 2 g/dL matul perjodu ta’ erba’ ġimgħat għandha tiġi evitata.

    • Ladarba l-anemija tiegħek tkun ġiet ikkorreġuta, it-tabib tiegħek ser ikompli jiċċekkja d-demm tiegħek regolarment. Id-doża tiegħek ta’ Retacrit u l-frekwenza tal-għoti jistgħu jiġu aġġustati aktar biex jinżamm ir-rispons tiegħek għat-trattament. It-tabib tiegħek ser juża l-aktar doża baxxa effettiva biex tikkontrolla s-sintomi tal-anemija tiegħek.

    • Jekk ma tirrispondix b’mod adegwat għal Retacrit, it-tabib tiegħek ser jiċċekkja d-doża tiegħek u ser jinfurmak jekk ikollok bżonn tibdel id-dożi ta’ Retacrit.

    • Jekk tinsab fuq intervall tad-dożaġġ aktar estiż (aktar minn darba fil-ġimgħa) ta’ Retacrit, tista’ ma żżommx livelli tal-emoglobina adegwati u tista’ tkun teħtieġ żieda fid-doża ta’ Retacrit jew

      fil-frekwenza tal-għoti.

    • Inti tista’ tingħata supplimenti tal-ħadid qabel u waqt it-trattament b’Retacrit biex jagħmluh aktar effettiv.

    • Jekk qed tieħu trattament b’dijalisi meta tibda trattament b’Retacrit, il-kors tad-dijalisi tiegħek jista’ jkollu bżonn jiġi aġġustat. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dan.


      Adulti fuq il-kimoterapija


    • It-tabib tiegħek jista’ jibda t-trattament b’Retacrit jekk l-emoglobina tiegħek hija 10 g/dL jew inqas.

    • It-tabib tiegħek ser iżomm il-livell tal-emoglobina tiegħek bejn 10 u 12 g/dL peress li livell għoli tal-emoglobina jista’ jżid ir-riskju ta’ emboli tad-demm u mewt.

    • Id-doża tal-bidu hija jew ta’ 150 IU għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem tliet darbiet fil- ġimgħa jew 450 IU għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa.

    • Retacrit jista’ jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

    • It-tabib tiegħek ser jordna testijiet tad-demm, u jista’ jaġġusta d-doża, skont kif l-anemija tiegħek tirrispondi għal trattament b’Retacrit.

    • Inti tista’ tingħata supplimenti tal-ħadid qabel u waqt it-trattament b’Retacrit biex jagħmluh aktar effettiv.

    • Normalment ser tkompli t-trattament b’Retacrit għal xahar wara tmiem il-kimoterapija.


      Adulti li jagħtu d-demm tagħhom stess


    • Id-doża tas-soltu hija ta’ 600 IU għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem darbtejn fil-ġimgħa

    • Retacrit jingħata permezz ta’ injezzjoni ġo vina immedjatament wara li tkun tajt id-demm għal 3

      ġimgħat qabel l-operazzjoni tiegħek.

    • Inti tista’ tingħata supplimenti tal-ħadid qabel u waqt it-trattament b’Retacrit sabiex jagħmluh aktar effettiv.


      Adulti skedati għal operazzjoni ortopedika maġġuri


    • Id-doża rakkomandata hija 600 IU għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa.

    • Retacrit jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda kull ġimgħa għal tliet ġimgħat qabel l- operazzjoni u dakinhar tal-operazzjoni.

    • Jekk ikun hemm bżonn mediku li jitnaqqas iż-żmien qabel l-operazzjoni tiegħek, inti ser tingħata doża ta’ kuljum ta’ 300 IU/kg sa għaxart ijiem qabel l-operazzjoni, dakinhar tal- operazzjoni u għal erbat ijiem immedjatament wara.

    • Jekk it-testijiet tad-demm juru li l-emoglobina tiegħek hija għolja wisq qabel l-operazzjoni tiegħek, it-trattament għandu jitwaqqaf.

    • Inti tista’ tingħata supplimenti tal-ħadid qabel u waqt it-trattament b’Retacrit sabiex jagħmluh aktar effettiv.


      Adulti b’sindrome majelodisplastika


    • It-tabib tiegħek jista’ jibdielek trattament b’Retacrit jekk l-emoglobina tiegħek tkun 10 g/dL jew inqas. L-għan tat-trattament huwa li l-livell tal-emoglobina tiegħek jinżamm bejn 10 u 12 g/dL peress li livell ogħla ta’ emoglobina jista’ jżid ir-riskju ta’ emboli tad-demm u mewt.

    • Retacrit jingħata b’injezzjoni taħt il-ġilda.

    • Id-doża inizjali hija ta’ 450 IU għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem darba fil-ġimgħa.

    • It-tabib tiegħek ser jordnalek testijiet tad-demm, u jista’ jaġġusta d-doża, skont kif l-anemija tiegħek tirreaġixxi għat-trattament b’Retacrit.


      Istruzzjonijiet dwar kif tinjetta Retacrit inti stess


      Meta jinbeda t-trattament, Retacrit normalment jiġi injettat minn professjonista mediku jew infermier. Aktar tard, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi li inti jew il-persuna li tieħu ħsiebek titgħallem kif tinjetta Retacrit taħt il-ġilda inti stess.


    • Tippruvax tinjetta lilek innifsek sakemm ma ġejtx imħarreġ/imħarrġa biex tagħmel dan mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

    • Dejjem għandek tuża Retacrit eżatt kif qallek it-tabib jew l-infermier tiegħek.

    • Uża Retacrit biss jekk inħażen kif suppost – ara sezzjoni 5, Kif Taħżen Retacrit.

    • Qabel l-użu, ħalli s-siringa Retacrit toqgħod sakemm tilħaq temperatura ambjentali. Dan normalment jieħu bejn 15 u 30 minuta.


      Ħu doża waħda biss ta’ Retacrit minn kull siringa.


      Jekk Retacrit jiġi injettat taħt il-ġilda, l-ammont li ġeneralment jiġi injettat ma jkunx aktar minn millimetru wieħed (1 ml) f’injezzjoni waħda.


      Retacrit jingħata waħdu ma’ likwidi oħra għal injezzjoni.


      image

      M’għandekx tħawwad is-siringi ta’ Retacrit. It-taħwid qawwi u fit-tul jista’ jagħmel ħsara lill- prodott. Jekk il-prodott ġie mħawwad bil-qawwi, tużaħx.


      image

      Kif għandek tinjetta lilek innifsek permezz ta’ siringa mimlija lesta


    • Ħu s-siringa minn ġol-friġġ. Il-likwidu jkun jeħtieġ jiġi f’temperatura tal-kamra. M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra tas-siringa filwaqt li għandek tħalli l-likwidu jilħaq it-temperatura

      tal-kamra.

    • Iċċekkja s-siringa sabiex tkun żgur li hi d-doża korretta, id-data ta’ skadenza m’għaddietx, mhix

      bil-ħsara u l-likwidu huwa ċar u mhux iffriżat.

    • Agħżel sit tal-injezzjoni. Siti tajbin huma n-naħa ta’ fuq tal-koxxa u madwar iż-żaqq imma lil hinn miż-żokkra. Għandek tvarja s-sit minn jum għal jum.

    • Aħsel idejk. Uża msiħ antisettiku fuq is-sit tal-injezzjoni, biex tiddiżinfettah.

    • Żomm is-siringa mimlija għal-lest mill-bittija tas-siringa bil-labra mgħottija ppuntata ’l fuq.

    • Iżżommhiex mir-ras tal-planġer, il-planġer jew l-għatu tal-labra.

    • M’għandekx tiġbed lura l-planġer fi kwalunkwe ħin.

    • M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra mis-siringa mimlija għal-lest sakemm tkun lest tinjetta l- mediċina tiegħek.

    • Neħħi l-għatu tal-labra minn ġos-siringa billi żżomm il-bettija u tiġbed l-għatu ’l barra b’attenzjoni mingħajr ma tgħaffġu. M’għandekx timbotta l-planġer, tmiss il-labra jew tħallat is-siringa.

    • Oqros qabda ta’ ġilda bejn is-swaba’ tal-behem u l-werrej. M’għandekx tagħfas.

    • Imbotta l-labra l-ġewwa kollha. It-tabib jew in-ners tiegħek jistgħu juruk kif dan isir.

    • Imbotta l-planġer bil-behem tiegħek ’il ġewwa kemm jista’ jkun sabiex tinjetta l-ammont kollu ta’ likwidu. Imbuttah bil-mod u b’mod konsistenti, billi żomm il-ġilda maqbuda maqrusa.

    • Meta l-planġer jiġi imbuttat kemm jista’ jkun ’il ġewwa, ħu l-labra u itlaq il-ġilda.

    • Meta l-labra tiġi miġbuda minn ġol-ġilda tiegħek, jista’ jkun hemm ftit demm fis-sit ta’ injezzjoni. Dan normali. Tista’ tagħfas msiħ antisettiku fuq is-sit ta’ injezzjoni għal ftit sekondi wara l-injezzjoni.

    • Armi s-siringa użata fir-reċipjent tax-xfafar. Tipprovax tibdel l-għatu tal-labra,

      image

    • Qatt m’għandek tpoġġi siringi użati fir-reċipjent tal-iskart domestiku.


      image

      image

      Kif għandek tinjetta lilek innifsek permezz ta’ siringa mimlija lesta


      image

      Is-sirniga mimlija għal-lest għandha tagħmir għat-tarka tal-labra mwaħħla magħha sabiex tipproteġik minn ġrieħi mil-lasta tal-labra.


    • Ħu s-siringa minn ġol-friġġ. Il-likwidu jkun jeħtieġ jiġi f’temperatura tal-kamra. M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra tas-siringa filwaqt li għandek tħalli l-likwidu jilħaq it-temperatura

      tal-kamra.

    • Iċċekkja s-siringa sabiex tkun żgur li hi d-doża korretta, id-data ta’ skadenza m’għaddietx, mhix bil-ħsara u l-likwidu huwa ċar u mhux iffriżat.

    • Agħżel sit tal-injezzjoni. Siti tajbin huma n-naħa ta’ fuq tal-koxxa u madwar iż-żaqq imma lil hinn miż-żokkra. Għandek tvarja s-sit minn jum għal jum.

    • Aħsel idejk. Uża msiħ antisettiku fuq is-sit tal-injezzjoni, biex tiddiżinfettah.

    • Żomm is-siringa mimlija għal-lest mill-bittija tas-siringa bil-labra mgħottija ppuntata ’l fuq.

    • Iżżommhiex mir-ras tal-planġer, il-planġer jew l-għatu tal-labra.

    • M’għandekx tiġbed lura l-planġer fi kwalunkwe ħin.

    • M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra mis-siringa mimlija għal-lest sakemm tkun lest tinjetta l- mediċina tiegħek.

    • Neħħi l-għatu tal-labra minn ġos-siringa billi żżomm il-bettija u tiġbed l-għatu ’l barra b’attenzjoni mingħajr ma tgħaffġu. M’għandekx timbotta l-planġer, tmiss il-labra jew tħallat is-siringa.

    • Oqros qabda ta’ ġilda bejn is-swaba’ tal-behem u l-werrej. M’għandekx tagħfas.

    • Imbotta l-labra l-ġewwa kollha. It-tabib jew in-ners tiegħek jistgħu juruk kif dan isir.

    • Imbotta l-planġer bil-behem tiegħek ’il ġewwa kemm jista’ jkun sabiex tinjetta l-ammont kollu ta’ likwidu. It-tarka tal-labra MA tiġix attivata jekk ma tingħatax id-doża KOLLHA.


      image

      image

      image


    • Meta l-planġer jiġi imbuttat kemm jista’ jkun ’il ġewwa, oħroġ il-labra u itlaq il-ġilda.

    • Erħi l-planġer u ħalli s-siringa jitla’ ’l fuq sakemm il-labra kollha tiġi proteġuta u tissakkar f’postha.


      image

      image


    • Meta l-labra tiġi miġbuda minn ġol-ġilda tiegħek, jista’ jkun hemm ftit demm fis-sit ta’ injezzjoni. Dan normali. Tista’ tagħfas msiħ antisettiku fuq is-sit ta’ injezzjoni għal ftit sekondi wara l-injezzjoni.

    • Armi s-siringa użata fir-reċipjent tax-xfafar. Tipprovax tibdel l-għatu tal-labra,

      image

    • Qatt m’għandek tpoġġi siringi użati fir-reċipjent tal-iskart domestiku.


      Kif għandek tinjetta lilek innifsek permezz ta’ siringa mimlija lesta


      Is-sirniga tiegħek għandha tagħmir ta’ nassa għal-labra mwaħħla magħha ddisinjata biex

      speċifikament tgħin tevita ġrieħi aċċidentali wara l-għoti kif jixraq ta’ mediċini li jittieħdu

      b’injezzjoni. Din tikkonsisti minn “ilqugħ” li huwa mwaħħal sew mat-tikketta tas-siringa. Flimkien,

      dawn iż-żewġ komponenti jikkomprendu in-nassa (ta’ sikurezza) tal-labra.


      image

      In-nassa tal-labra tkun teħtieġ ċertu azzjonijiet mill-utent biex “tattivha”, li jagħmlu l-labra mingħajr periklu wara li tingħata l-injezzjoni


      image

    • Ħu s-siringa minn ġol-friġġ. Il-likwidu jkun jeħtieġ jiġi f’temperatura tal-kamra. M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra tas-siringa filwaqt li għandek tħalli l-likwidu jilħaq it-temperatura

      tal-kamra.

    • Iċċekkja s-siringa sabiex tkun żgur li hi d-doża korretta, id-data ta’ skadenza m’għaddietx, mhix bil-ħsara u l-likwidu huwa ċar u mhux iffriżat.

    • Agħżel sit tal-injezzjoni. Siti tajbin huma n-naħa ta’ fuq tal-koxxa u madwar iż-żaqq imma lil hinn miż-żokkra. Għandek tvarja s-sit minn jum għal jum.

    • Aħsel idejk. Uża msiħ antisettiku fuq is-sit tal-injezzjoni, biex tiddiżinfettah.

    • Żomm is-siringa mimlija għal-lest mill-bittija tas-siringa bil-labra mgħottija ppuntata ’l fuq.

    • Iżżommhiex mir-ras tal-planġer, il-planġer jew l-għatu tal-labra.

    • M’għandekx tiġbed lura l-planġer fi kwalunkwe ħin.

    • Aqbad ir-ras tal-ilqugħ tal-labra tal-plastik u ilwija lil hinn mill-għatu tal-labra.


      image

      image

      image


    • M’għandekx tneħħi l-għatu tal-labra mis-siringa mimlija għal-lest sakemm tkun lest tinjetta l- mediċina tiegħek.

    • Neħħi l-għatu tal-labra minn ġos-siringa billi żżomm il-bettija u tiġbed l-għatu ’l barra b’attenzjoni mingħajr ma tgħaffġu. M’għandekx timbotta l-planġer, tmiss il-labra jew tħallat

      is-siringa.

    • Oqros qabda ta’ ġilda bejn is-swaba’ tal-behem u l-werrej. M’għandekx tagħfas.

    • Imbotta l-labra l-ġewwa kollha. It-tabib jew in-ners tiegħek jistgħu juruk kif dan isir.

    • Imbotta l-planġer bil-behem tiegħek ’il ġewwa kemm jista’ jkun sabiex tinjetta l-ammont kollu ta’ likwidu. Imbotta bil-mod u b’mod konsistenti, u ibqa’ żomm it-tiwja tal-ġilda maqrusa.

    • Meta l-planġer ikun imbottat kemm jista’ jkun, oħroġ il-labra u tibqax iżżomm il-ġilda.

    • Poġġi l-ilqugħ tal-plastik tan-nassa tal-labra fuq wiċċ iebes u stabbli u b’id waħda bbilinaċja l- bettija tas-siringa ’l fuq kontra l-labra billi tisforża l-labra ġol-ilqugħ fejn tinqafel fil-post

      (jinstema’ ‘klikk meta l-labra tissakkar fl-ilqugħ). Ibqa’ ilwi l-labra sakemm is-siringa taqbeż langolu ta’ 45 grad mal-wiċċ ċatt sabiex tkunx tista’ tintuża aktar.


      image

      image


    • Meta l-labra tiġi miġbuda minn ġol-ġilda tiegħek, jista’ jkun hemm ftit demm fis-sit ta’ injezzjoni. Dan normali. Tista’ tagħfas msiħ antisettiku fuq is-sit ta’ injezzjoni għal ftit sekondi wara l-injezzjoni.

    • Armi s-siringa użata fir-reċipjent tax-xfafar. Tipprovax tibdel l-għatu tal-labra,

    • Qatt m’għandek tpoġġi siringi użati fir-reċipjent tal-iskart domestiku.


      Jekk tuża Retacrit aktar milli suppost


      Għid lit-tabib jew l-infermiera mill-ewwel jekk taħseb li ġie injettat wisq Retacrit. Effetti sekondarji minn doża eċċesiva ta’ Retacrit mhumiex probabbli.


      Jekk tinsa tuża Retacrit


      Agħmel l-injezzjoni li jmiss malli tiftakar. Jekk fadal jum għall-injezzjoni tiegħek li jmiss, insa dik li qbiżt u kompli bl-iskeda normali tiegħek. M’għandekx tieħu injezzjonijiet doppji biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

      Jekk inti pazjent bl-epatite Ċ u tirċievi interferon u ribavirin


      Għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek minħabba li kombinazzjoni ta’ epoetin zeta ma’ interferon u ribavirin wasslet għal telf tal effett u żvilupp ta’ kundizzjoni msejħa pure red cell aplasia (PRCA), forma severa ta’ anemija, f’każijiet rari. Retacrit mhuwiex approvat fil-ġestjoni ta’ anemija assoċjata mal-epatite Ċ.


      Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Għarraf lit-tabib jew l-infermier tiegħek minnufih jekk tinduna b’xi effetti li jinsabu f’din il-lista. Kien hemm rapporti ta’ raxxijiet serji tal-ġilda fosthom is-sindrome ta’ Stevens-Johnson u nekroliżi

    epidermali tossika b’rabta ma’ trattament b’epoetini. Dawn jistgħu jidhru bħala makuli ħomor qishom

    miri jew dbabar tondi ħafna drabi bi nfafet ċentrali fuq it-tronk, tqaxxir tal-ġilda, ulċeri fil-ħalq, fil- gerżuma, fl-imnieħer, fuq il-ġenitali u fl-għajnejn u jistgħu jkunu preċeduti minn deni u sintomi simili għal tal-influwenza. Ieqaf uża Retacrit jekk tiżviluppa dawn is-sintomi u kkuntattja lit-tabib tiegħek jew fittex attenzjoni medika minnufih. Ara wkoll sezzjoni 2.


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’10 persuni.

    • Dijarea

    • Tħossok ma tiflaħx fl-istonku tiegħek

    • Rimettar

    • Deni

    • Konġestjoni tal-passaġġ respiratorju, bħal imnieħer imblokkat jew griżmejn juġgħu, ġew rapportati f’pazjenti b’mard tal-kliewi iżda li għadhom mhumiex fuq dijalisi.


      image

      Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 f’10 persuni.

    • Żieda fil-pressjoni tad-demm. Uġigħat ta’ ras, partikolarment uġigħ ta’ ras f’daqqa u qawwija bħal tal-migranja, li tħossok konfuż/a jew li jkollok aċċessjonijiet jistgħu jkunu sinjali ta’ żieda f’daqqa fil-pressjoni tad-demm. Dan jeħtieġ trattament urġenti. Il-pressjoni għolja tad- demm għandha mnejn ikollha bżonn kura bil-mediċini (jew aġġustament għal xi mediċini li diġà qed tieħu għall-pressjoni għolja).

    • Emboli tad-demm (li jinkludu trombożi tal-vini fil-fond u emboliżmu) li għandhom mnejn ikollhom bżonn trattament urġenti. Jista’ jkollok uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs, u nefħa bl- uġigħ u ħmura ġeneralment fir-riġel bħala sintomi.

    • Sogħla

    • Raxxijiet tal-ġilda, li jistgħu jirriżultaw minn reazzjoni allerġika.

    • Uġigħ fl-għadam jew il-muskolu

    • Sintomi bħal tal-influwenza, bħal uġigħ ta’ ras, uġigħ fl-ġogi, sensazzjoni ta’ dgħufija, sirdat, għeja u stordament. Dawn jistgħu jkunu komuni aktar fil-bidu tat-trattament. Jekk ikollok dawn is-sintomi waqt l-injezzjoni fil-vina, forniment aktar bil-mod tal-injezzjoni għandhom mnejn jgħinu jevitawhom fil-futur.

    • Ħmura, ħruq u uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

    • Nefħa fl-għakiesi, is-saqajn jew is-swaba

    • Uġigħ fid-driegħ jew ir-riġel


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100.

    • Livelli għolja ta’ potassju fid-demm li jista’ jikkaġuna ritmu abnormali tal-qalb (dan hu effett sekondarju komuni ħafna f’pazjenti fuq dijalisi).

    • Attakki pupletiċi

    • Konġestjoni fl-imnieħer jew il-passaġġ tal-arja

    • Reazzjoni allerġika

    • Urtikarja


      image

      Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 f’kull 1,000 persuna.

    • Sintomi ta’ aplasija pura taċ-ċelloli ħomor (PRCA – pure rec cell aplasia)

      Il-PRCA tfisser li l-mudullun mhux qed jagħmel biżżejjed ċelloli ħomor tad-demm. Il-PRCA jikkaġuna anemija f’daqqa u b’mod sever. Is-sintomi huma:

      • għeja mhux tas-soltu,

      • tħossok sturdut,

      • nuqqas ta’ nifs.


      Il-PRCA ġiet rapportata b’mod rari ħafna l-aktar f’pazjenti b’mard tal-kliewi wara xhur sa snin ta’ trattament b’Retacrit u prodotti oħra li jqanqlu l-produzzjoni ta’ ċelluli ħomor.


    • Żieda fil-livelli ta’ ċelluli żgħar tad-demm (li jissejħu plejtlits), li normalment ikunu involuti fil- formazzjoni ta’ emboli tad-demm, partikolarment meta jinbeda t-trattament. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja dan.


    • Reazzjoni allerġika severa li tista’ tinkludi:

      • wiċċ, xofftejn, ħlaq, ilsien jew griżmejn minfuħin

      • diffikultà biex tibla’ jew tieħu n-nifs

      • raxx bil-ħakk (ħorrieqija).


    • Problema bid-demm li jista’ jikkaġuna uġigħ, awrina ta’ lewn skur jew żieda fis-sensittività tal- ġilda għad-dawl tax-xemx (porfirja).


      Jekk qed tirċievi emodijalisi:

    • Emboli tad-demm (trombożi) jistgħu jifformaw fix-xant tad-dijalisi tiegħek. Dan huwa probably aktar jekk ikollok pressjoni baxxa tad-demm jew jekk il-fistula tiegħek għandha komplikazzjonijiet.

    • Emboli tad-demm jistgħu jifformaw ukoll fis-sistema t’emodijalisi tiegħek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk iżżidx id-doża ta’ eparina waqt id-dijalisi.


    Għarraf lit-tabib jew infermier tiegħek minnufih jekk tkun konxju minn dawn l-effetti jew jekk tinduna b’xi effetti oħrajn waqt li inti qed tirċievi t-trattament b’Retacrit.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

    sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’ Appendiċi V. Billi

    tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Retacrit


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u t-tikketta wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2C-8C). Tista’ toħroġ Retacrit mill-friġġ u żommu f’temperatura ambjentali (sa 25C) għal mhux aktar minn 3 ijiem. Ladarba tkun tneħħiet siringa mill-friġġ u tkun laħqet temperatura ambjentali (sa 25C) din għandha jew tintuża fi 3 ijiem jew tintrema.

    Tagħmlux fil-friża jew tħawdu.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-siġill imkisser jew jekk il-likwidu huwa bil-kulur jew tista’ tara frak idur fil-wiċċ fih. F’każ li tosserva xi waħda minn dawn, armi l-prodott mediċinali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Retacrit

Is-sustanza attiva hi epoetin zeta (magħmul permezz tat-teknoloġija rikombinanti tad-DNA fil-linja taċ-ċellula fil-CHO).


Retacrit1,000IU/0.3mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 1,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 3,333 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit2,000IU/0.6mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.6 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 2,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 3,333 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit3,000IU/0.9mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.9 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 3,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 3,333 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit4,000IU/0.4mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.4 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 4,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 10,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit5,000IU/0.5mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 5,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 10,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit6,000IU/0.6 mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.6 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 6,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 10,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit8,000IU/0.8mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel

Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 8,000 unit internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 10,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit10,000IU/1mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni fiha li 10,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 10,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit20,000IU/0.5mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni fiha li 20,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 40,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit30,000IU/0.75mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’0.75 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 30,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 40,000 IU epoetin zeta kull mL.


Retacrit40,000IU/1.mLsoluzzjonigħall-injezzjonif’siringamimlijaminnqabel


Siringa waħda mimlija minn qabel b’1 mL soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha 40,000 unità internazzjonali (IU) ta’ epoetin zeta (rikombinant uman eritroptejin). Is-soluzzjoni fiha 40,000 IU epoetin zeta kull mL.


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma: disodium phosphate dihydrate, sodium dihydrogen phosphate dihydrate, sodium chloride (ara sezzjoni 2, “Retacrit fih is-sodju”), calcium chloride dihydrate, polysorbate 20, glycine, leucine, isoleucine, threonine, glutamic acid, phenylalanine (ara sezzjoni 2, “Retacrit fih phenylalanine”), ilma għall-injezzjonijiet, sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH), hydrochloric acid (għall-aġġustament tal-pH).


Kif jidher Retacrit u l-kontenut tal-pakkett:

Retacrit huwa soluzzjoni għall-injezzjoni ċara u bla kulur. Jimtela f’siringi ċari tal-ħġieġ b’labra fissa għall-injezzjoni.


Is-siringi mimlija minn qabel fihom bejn 0.3 u 1 mL ta’ soluzzjoni, skont il-kontenut tal-epoetin zeta (ara “X’fih Retacrit”).


Pakkett wieħed għandu 1 jew 4 jew 6 siringi mimlija minn qabel b’tagħmir jew mingħajr tagħmir ta’ tarka għal-labra jew nassa għal-labra.

Pakketti multipli fihom 4 (4 pakketti ta’ 1) jew 6 (6 pakketti ta’ 1) siringi mimlijin lesti.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifatturi


STADA Arzneimittel AG Stadastrasse 2-18

D-61118 Bad Vilbel

Il-Ġermanja


Hospira Zagreb d.o.o. Prudnička cesta 60

10291 Prigorje Brdovečko

Il-Kroazja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Pfizer NV/SA

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: + 36 1 488 37 00


Česká republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420-283-004-111

Malta

Drugsales Ltd

Tel: + 356 21 419 070/1/2


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: + 45 44 20 11 00

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

PFIZER PHARMA GmbH Tel: +49 (0)30 550055-51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Aenorasis S.A.

Τηλ: + 30 210 6136332

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 335 61 00


España

Pfizer, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 55 00


France

Pfizer

Tél: + 33 (0)1 58 07 34 40

România

Pfizer România S.R.L. Tel: +40 (0)21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: +385 1 3908 777


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0) 1304 616161

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: +386 (0)1 52 11 400


Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421–2–3355 5500

Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Κύπρος

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (Cyprus Branch) Τηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


.