Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Dynepo
epoetin delta

FULJETT TA’ TAGĦRIF: TAGĦRIF GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Dynepo 1,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 2,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 3,000 IU/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 4,000 IU/0.4 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 5,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 6,000 IU/0.3 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 8,000 IU/0.4 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Dynepo 10,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest


Epoetin delta


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tużu din il-mediċina.


Dynepo fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, i.e. hu essenzjalment “sodium-free”.

Id-dehra ta’ Dynepo u d-daqs tal-pakkett

Soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.


Id-dożaġġ tas-soluzzjoni hu:


- 1,000 IU f’0.5 ml

- 2,000 IU f’0.5 ml

- 3,000 IU f’0.3 ml

- 4,000 IU f’0.4 ml

- 5,000 IU f’0.5 ml

- 6,000 IU f’0.3 ml

- 8,000 IU f’0.4 ml

- 10,000 IU f’0.5 ml


Disponibbli f’pakketti ta’ 6 siringi mimlija għal-lest.


Dynepo hu soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, bla kulur u qisha ilma, li fiha epoetin delta.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Dynepo hu Shire Pharmaceutical Contracts Ltd, Hampshire International Business Park, Chineham, Basingstoke, Hampshire, RG24 8EP, Renju Unit


Il-manifattur hu Shire Human Genetic Therapies AB, Åldermansgatan 2, P.O. Box 1117, SE-221 04 Lund, Svezja.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


Belgique/België/Belgien,

Shire Pharmaceuticals Ltd

Hampshire International Business Park, Chineham, Basingstoke

Hampshire, RG 24 8EP

Vereinigtes Königreich/Royaume-Uni, Verenigd Kononkrijk

Tel. : +44 1256 894 894


България/ Česká Republika/ Danmark/ Eesti/ Ελλάδα/ Ireland/ Ísland/ Κύπρος/ Latvija/ Lietuva/ Magyarország/ Malta/ Nederland/ Norge/ Österreich/ Polska/ România/ Slovenija/ Slovenská Republika/ Suomi/ Sverige/United Kingdom


Shire Pharmaceuticals Ltd

Hampshire International Business Park, Chineham, Basingstoke

Hampshire, RG 24 8EP, Великобритания/Velká Británie/Storbritannien/Ühendkuningriik/

Hνωµέυο Βασίλειο/United Kingdom/Bretland/

Lielbritānija/Jungtinė Karalystė/Nagy- Britannia/Verenigd Koninkrijk/ Storbritannia/Wielka Brytania/Marea Britanie/Velika Britanija/Vel’ká Británia/Iso-

Luxembourg/Luxemburg

Shire Pharmaceuticals Ltd

Hampshire International Business Park, Chineham, Basingstoke

Hampshire, RG 24 8EP,

Vereinigtes Königreich/Royaume-Uni Tel. : +44 1256 894 894


France

Shire France S.A. 88, rue du Dome

92514 Boulogne-Billancourt Cedex

Tel.: +33 (1) 46 10 90 00

Britannia/Storbritannien


Tel/Tlf/Tηλ/ Sími/Puh: +44 1256 894 894


Deutschland

Shire Deutschland GmbH & Co.KG Siegburger Str. 126

50679 Köln

Tel.: + 49 221 880 4730

Portugal

Shire Pharmaceuticals Iberica, S.L. Paseo Pintor Rosales, 40 Bajo Izda. 28008 Madrid, Espanha

Tel. : +34 91 550 06 91


España

Shire Pharmaceuticals Iberica, S.L. Paseo Pintor Rosales, 40 Bajo Izda.

28008 Madrid

Tel. : +34 91 550 06 91

Italia

Shire Italia S.p.A Corso Italia, 29

50123 Firenze Tel.: + 39 055 288860


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar


website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini (EMEA): https://www.emea.europa.eu/.


image


Tagħrif dwar kif għandek tagħti injezzjoni ta’ Dynepo lilek innifsek

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif għandek tagħti injezzjoni ta’ Dynepo lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk ma tkunx ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it- tabib jew in-ners tiegħek. Dynepo hu pprovdut bi protezzjoni tal-labra għall-protezzjoni tiegħek, u t-

tabib jew in-ners tiegħek ser juruk kif tużaha. Jekk m’intix ċert dwar kif tinjetta ruħek, jew jekk

ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi it-tabib jew lin-ners tiegħek biex jgħinuk.


Kif ninjetta Dynepo jien stess?

Int ser ikollok bżonn tagħti l-injezzjoni lilek innifsek fit-tessut ta’ taħt il-ġilda. Din tissejjaħ injezzjoni ta` taħt il-ġilda. Id-doża tiegħek ta’ Dynepo tista’ tvarja skond il-piż u r-rispons tiegħek għall-kura. It- tabib jew in-ners tiegħek ser jgħidulek kemm teħtieġ Dynepo u kemm-il darba għandu jiġi injettat.


Tagħmir li jkollok bżonn

Biex tagħti lilek innifsek injezzjoni taħt il-ġilda, ser ikollok bzonn ta’ siringa Dynepo ġdida mimlija għal-lest bil-protezzjoni tal-labra.


X’għandi nagħmel qabel ma nagħti lili nnifsi injezzjoni taħt il-ġilda b’Dynepo?

  1. Oħroġ is-siringa mimlija għal-lest b’Dynepo mill-friġġ.

  2. Iċċaqlaqx is-siringa mimlija għal-lest.

  3. Iċċekkja li jkun fiha d-doża korretta li għaliha t-tabib tiegħek ikun tak ir-riċetta.

  4. Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS:). Tużahiex jekk id-data ikun għadda l-aħħar jum tax-xahar li jidher fid-data.

  5. Iċċekkja d-dehra ta’ Dynepo. Irid ikun ċar. Jekk ikun imċajpar jew jekk ikun fih il-partikuli, m’għadekx tużah.

  6. Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it- temperatura tal-kamra jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit

    minuti. Issaħħanx Dynepo bi kwalunkwe mod ieħor (pereżempju, issaħħnux fil-microwave

    jew f’ilma jaħraq).

  7. Tneħħix l-għatu mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta.

  8. Aħsel idejk sewwa.


Sib post komdu, imdawwal tajjeb u s-siringa Dynepo mimlija għal-lest fejn tista’ tilħaqha.

Kif għandi nipprepara l-injezzjoni tiegħi b’Dynepo? Qabel ma tinjetta Dynepo, għandek tagħmel dan li ġej:


  1. Żomm l-immuntar tas-siringa mill-ġenb tat-tagħmir u neħħi l-għatu tal-plastik u l-protezzjoni tal-lasktu bil-mod minn mal-labra mingħajr ma tilwiha. Iġbed bi dritt. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

  2. Tista’ tinnota bużżieqa żgħira ta’ l-arja fis-siringa mimlija għal-lest. M’hemmx bżonn li tneħħi l-bużżieqa ta’ l-arja qabel ma tinjetta. Li tinjetta s-soluzzjoni bil-bużżieqa ta’ l-arja mhux ser jagħmillek ħsara.

  3. Issa tista’ tuża s-siringa mimlija għal-lest.


Fejn għandi ninjetta lili nnifsi?


L-aktar postijiet adattati biex tinjetta lilek innifsek huma:



Ibdel il-post li fih tinjetta kull darba biex ma jkollokx uġigħ f’żona waħda. Jekk xi ħaddieħor qed jagħtik l-injezzjoni, in-naħa ta’ wara ta’ dirgħajk jista’ jintuża wkoll.


Kif ninjetta lili nnifsi?

  1. Naddaf il-ġilda tiegħek billi toqros il-ġilda bejn is-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej, mingħajr ma tagħfasha.

  2. Daħħal il-labra kollha fil-ġilda kif urewk in-ners jew it-tabib tiegħek.

  3. Iġbed ftit il-planġer biex tiċċekkja li ma taqqabtx xi vina/arterja. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u poġġiha daħħalha f’post ieħor.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  4. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti filwaqt li żżomm il-bettija tas-siringa, dejjem bil-ġilda tiegħek maqrusa.

  5. Aċċerta ruħek li tinjetta biss l-ammont kif qalulek it-tabib jew in-ners tiegħek.

  6. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u erħi l-ġilda tiegħek.

  7. Erħi l-planġer u ħalli s-siringa titla’ ’l fuq ġot-tagħmir sakemm il-labra kollha tkun protetta.

  8. Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda.


Ftakar:

Jekk ikollok xi problema,, jekk jogħġbok tibżax titlob l-għajnuna jew tieħu parir minn ghand it-tabib jew in-ners tiegħek.


Kif tarmi s-siringi uzati

Is-siringa Dynepo tiegħek hi pprovduta bi protezzjoni tal-labra biex jiġu evitati korrimenti minħabba tingiż bil-labra wara l-użu. Għalhekk, l-ebda prekawzjonijiet speċjali għar-rimi m’huma meħtieġa.