Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Rasitrio
aliskiren, amlodipine, hydrochlorothiazide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Rasitrio 150 mg/5 mg/12.5 mg pilloli miksija b’rita Aliskiren/amlodipine/hydrochlorothiazide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

penisilin G.


Rasitrio ma’ ikel u xorb

Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. M’għandekx tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-grejpfrut.


Minħabba li hydrochlorothiazide fih Rasitrio, jekk tixrob l-alkoħol waqt li qed tingħata t-trattament b’din il-mediċina, tista' tħossok aktar stordut waqt li tkun bilwieqfa, b’mod speċjali meta tqum minn bilqiegħda.


Tqala

Tiħux din il-mediċina jekk ħriġt tqila (ara sezzjoni Tiħux Rasitrio). Jekk toħroġ tqila inti u tieħu din il-mediċina, ieqaf ħudha minnufih u kellem lit-tabib tiegħek. Jekk taħseb li tista’ tkun tqila jew qed

tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It- tabib tiegħek normalment javżak biex tieqaf tieħu Rasitrio qabel ma toħroġ tqila u se jagħtik parir

biex tieħu mediċina oħra minflok Rasitrio. Rasitrio mhux irrakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jagħmel ħsara serja lit- tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.


Treddigħ

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Rasitrio mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

B’din il-mediċina tista’ tħossok stordut. Jekk iġġarrab dan is-sintomu, issuqx u tħaddimx għodod jew magni.


  1. Kif għandek tieħu Rasitrio


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek u m’għandekx tieħu aktar mid-doża rrakkomandata. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża tas-soltu ta’ Rasitrio hija pillola waħda kuljum.


    Kif għandu jingħata

    Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l- aħjar fl-istess ħin kuljum. M’għandekx tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-grejpfrut.


    Jekk tieħu Rasitrio aktar milli suppost

    Jekk bi żball ħadt wisq pilloli Rasitrio, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.


    Jekk tinsa tieħu Rasitrio

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħudha hekk kif tiftakar u mbagħad ħu d-doża li jmissek fil- ħin tas-soltu. Jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmissek għandek sempliċement tieħu l-pillola li jkun imissek fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

    Tiqafx tieħu din il-mediċina, anki jekk tkun qed tħossok tajjeb/tajba (sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan). Nies li jkolhom il-pressjoni tad-demm għolja ħafna drabi ma jinnutaw l- ebda sinjal tal-problema. Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il- mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l-appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-effetti sekondarji rrappurtati b’Rasitrio huma:

    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies)

    • sturdament

    • pressjoni baxxa tad-demm

    • nefħa tal-idejn, għekiesi u saqajn (edima periferali).


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk iġġarrab dawn li ġejjin malli tibda t-trattament tiegħek: Ħass ħażin u/jew sturdament jew mejt marbuta ma’ pressjoni baxxa jistgħu jseħħu fil-bidu tal-kura b’Rasitrio. Pazjenti li għandhom 65 sena jew aktar huma aktar suxxettibbli għal effetti sekondarji marbuta ma’ pressjoni baxxa. Fi provi kliniċi pressjoni baxxa seħħet b’mod aktar frekwenti f’pazjenti li kienu qed jieħdu Rasitrio milli f’dawk li kienu qed jieħdu biss kombinazzjonijiet b’żewġ mediċini ta’ aliskiren/amlodipine, aliskiren/hydrochlorothiazide jew amlodipine/hydrochlorothiazide (ara sezzjoni 2).


      L-effetti sekondarji li ġejjin, li jistgħu jkunu serji, ġew irrappurtati b’mediċini li fihom aliskiren, amlodipine jew hydrochlorothiazide waħedhom.


      Aliskiren

      Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu gravi (frekwenza mhux magħrufa):

      Xi pazjenti esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji gravi (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000). Jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin, kellem lit-tabib tiegħek minnufih:

    • Reazzjoni allerġika serja b’sintomi bħalma huma raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew fix-xofftejn jew fl-ilsien, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament.

    • Dardir, nuqqas ta’ aptit, awrina ta’ lewn skur jew il-ġilda u l-għajnejn jisfaru (sinjali ta' disturb fil-fwied).


      Effetti sekondarji possibbli

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies)

    • dijarea

    • uġigħ fil-ġogi (artralġja)

    • livell għoli ta’ potassium fid-demm

    • sturdament.

      image

      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ)

    • raxx tal-ġilda (dan jista’ jkun sinjal ta’ reazzjonijiet allerġiċi jew anġjoedima – ara l-effetti sekondarji “Rari” hawn taħt)

    • problemi bil-kliewi li jinkludu indeboliment akut tal-kliewi (tnaqqis serju fl-awrina)

    • nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn (edema periferali)

    • reazzjonijiet serji fuq il-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet mukużi fil-ħalq – ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni)

    • pressjoni tad-demm baxxa

    • palpitazzjonijiet

    • sogħla

    • ħakk, raxx bil-ħakk (urtikarja)

    • żieda fl-enzimi tal-fwied.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ)

    • reazzjoni allerġika gravi (reazzjoni anafilattika)

    • reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva)

    • anġjoedima (is-sintomi tagħha jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa fil-wiċċ, fl-idejn u fis-saqajn, fl-għajnejn, fix-xufftejn u/jew fl-ilsien, sturdament)

    • żieda fil-livell ta’ kreatinina fid-demm

    • ħmura fil-ġilda (eritema).


      Amlodipine

      F’pazjenti li kienu qed jieħdu amlodipine waħdu, kienu rrappurtati dawn li ġejjin:

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies)

    • ngħas

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • sturdament

    • uġigħ ta’ ras (speċjalment fil-bidu tal-kura)

    • fwawar

    • uġigħ fl-addome

    • nawsja

    • nefħa fl-għekiesi

    • nefħa

    • għeja

    • palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbita tal-qalb tiegħek).


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ)

    • nuqqas ta’ rqad

    • bidliet fil-burdata (inkluż ansjetà)

    • dipressjoni

    • rogħda

    • sens ta’ togħma mibdul

    • tintilef minn sensik malajr, għal ftit ħin

    • tnaqqis fis-sensittività tal-ġilda

    • tingiż jew titrix

    • disturb fil-vista (inkluż vista doppja)

    • żarżir fil-widnejn

    • pressjoni baxxa

    • qtugħ ta’ nifs

    • imnieħer inixxi

    • rimettar

    • skonfort fl-istonku wara ikla

    • tibdil fid-drawwiet tal-ippurgar (inkluż dijarea u stitikezza)

    • ħalq xott

    • jaqa’ x-xagħar

    • rqajja’ vjola fil-ġilda

    • telf ta’ kulur fil-ġild

    • ħruġ eċċessiv ta’ għaraq

    • ħakk; raxx

    • raxx ġeneralizzat

    • uġigħ fil-ġogi

    • uġigħ fil-muskoli

    • bugħawwieġ fil-muskoli

    • uġigħ fid-dahar

    • disturbi fl-għemil tal-awrina

    • tgħaddi l-awrina billejl

    • tgħaddi l-awrina ta’ spiss

    • impotenza

    • tkabbir tas-sider fl-irġiel

    • uġigħ fis-sider

    • dgħufija

    • uġigħ

    • tħossok ma tiflaħx

    • żieda fil-piż

    • tnaqqis fil-piż.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ)

    • konfużjoni.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10,000 ruħ)

    • livell baxx ta’ ċelluli bojod fid-demm u plejtlits fid-demm

    • reazzjoni allerġika b’sintomi bħal raxx, ħakk, ħorriqija, tbatija biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • żieda fl-ebusija tal-muskoli u inabbiltà li titmattar

    • sensazzjoni ta’ titrix jew tingiż bis-sensazzjoni ta’ ħruq fis-swaba’ tal-idejn u tas-saqajn

    • attakk tal-qalb

    • taħbit irregolari tal-qalb

    • infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini

    • sogħla

    • uġigħ sever fil-parti ta’ fuq tal-istonku

    • infjammazzjoni tar-rita tal-istonku

    • fsada mill-ħniek, sensittività jew tkabbir tal-ħniek

    • infjammazzjoni tal-fwied

    • disturb fil-fwied li jista’ jseħħ flimkien ma’ sfurija fil-ġilda u fl-abjad tal-għajnejn, jew awrina skura

    • test tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

    • anġjoedima (diffikultajiet fit-teħid tan-nifs, jew biex tibla’ jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn, xufftejn u/jew ilsien)

    • reazzjoni fil-ġilda bi ħmura u tqaxxir fil-ġilda, infafet fix-xufftejn, fl-għajnejn jew fil-ħalq; ġilda xotta, raxx, raxx bil-ħakk

    • raxx tal-ġilda b’nefħa jew tqaxxir; raxx, ġilda ħamra, infafet fix-xufftejn, fl-għajnejn jew fil- ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni

    • nefħa prinċipalment tal-wiċċ u tal-griżmejn

    • żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx.

      Hydrochlorothiazide

      F’pazjenti li qed jieħdu hydrochlorothiazide waħdu, dan li ġej kien irrappurtat, iżda l-frekwenza ma tistax tiġi kkalkulata permezz tad-dejta li hemm disponibbli:

      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’kull 10 min-nies)

    • livell baxx ta’ potassju fid-demm

    • żieda fil-lipid fid-demm.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies)

    • livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm

    • livell baxx ta’ manjesju fid-demm

    • livell baxx ta’ sodju fid-demm

    • sturdament, mejt meta tkun bilwieqfa

    • nuqqas ta’ aptit

    • dardir u rimettar

    • raxx bil-ħakk u tipi oħrajn ta’ raxx

    • Nnuqqas ta’ ħila li jkollok jew iżżomm erezzjoni.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ)

    • livell baxx ta’ plejtlits tad-demm (kultant bid-demm jew tbenġil taħt il-ġilda)

    • livell għoli ta’ kalċju fid-demm

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • l-istat metaboliku tad-dijabete jmur għall-agħar

    • burdata ħażina (depressjoni)

    • disturbi fl-irqad

    • sturdament

    • uġigħ ta’ ras

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • tnemnim jew titrix

    • disturb fil-vista

    • taħbit tal-qalb mhux normali

    • skonfort fiż-żaqq

    • stitikezza

    • dijarea

    • disturbi fil-fwied li jista’ jseħħ flimkien ma’ sfurija fil-ġilda u fl-abjad tal-għajnejn

    • żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx

    • zokkor fl-awrina.


      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10,000 ruħ)

    • deni, griżmejn ħomor jew ulċeri fil-ħalq, infezzjonijiet aktar frekwenti (nuqqas totali jew livell baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod)

    • ġilda ċassa, għeja, qtugħ ta’ nifs, awrina ta’ lewn skur (anemija emolitika)

    • raxx, ħakk, ħobbejż, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament (reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva)

    • konfużjoni, għeja, ġbid u spażi tal-muskoli, in-nifs jittieħed b’ħatf (alkalożi ipokloremika)

    • diffikultà biex tieħu n-nifs flimkien ma’ deni, sogħla, tisfir, qtugħ ta’ nifs (distress respiratorju li jinkludi pulmonite u edima fil-pulmuni)

    • uġigħ qawwi fil-parti ta’ fuq tal-istonku (infjammazzjoni tal-frixa)

    • raxx fil-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, disturb fil-mukskoli, deni (lupus erythematosus)

    • infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini b’sintomi bħal raxx, tikek vjola fl-aħmar, deni (vaskulite)

    • mard qawwi fil-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, nfafet fix-xofftejn fl-għajnejn jew fil-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni (nekrolożi epidermali tossika).

      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi kkalkulata mid-dejta disponibbli)

    • dgħufija

    • tbenġil u infezzjonijiet frekwenti (anemija aplastika)

    • tnaqqis fil-vista jew uġigħ f'għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta' glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu)

    • mard gravi tal-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, infafet fuq ix-xofftejn, l-għajnejn jew il-ħalq, ġilda titqaxxar, deni (eritema multiformi)

    • spażmi fil-muskoli

    • tnaqqis gravi fl-ammont ta' awrina li għaddi (sinjali possibbli ta' disturb fil-kliewi jew insuffiċjenza renali), dgħufija (astenja)

    • deni.


    Jekk xi wieħed minn dawn jaffettwak b’mod gravi, kellem lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li jkollok bżonn twaqqaf Rasitrio.


    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


  3. Kif taħżen Rasitrio


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS/EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Aħżen il-pilloli Rasitrio fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u mid-dawl.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Rasitrio


Rasitrio huwa wkoll disponibbli f’pakketti li fihom 14, 28, 56, 98 pillola f’folji bil-kalendarju. Huwa disponibbli wkoll f’pakketti b’ħafna bi 98 pillola (2 pakketti ta’ 49) f’folji bil-kalendarju.


Rasitrio huwa disponibbli f’pakketti li fihom 30 jew 90 pillola f’folji.

Rasitrio huwa disponibbli f’pakketti li fihom 56x1 pilloli f’folji mtaqqbin b’ħafna dożi.

Disponibbli wkoll f’pakketti b’ħafna li fihom 98x1 pilloli (2 pakketti ta' 49x1) f'folji mtaqqbin b'ħafna dożi.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex, RH12 5AB Ir-Renju Unit


Il-Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131

I-80058 Torre Annunziata/NA L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Pharma Services Inc. Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország

Novartis Hungária Kft. Pharma Tel.: +36 1 457 65 00


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 111


Eesti

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +371 67 887 070

United Kingdom

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd. Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: https://www.ema.europa.eu