Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xydalba
dalbavancin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Xydalba 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

dalbavancin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina, peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Xydalba u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Xydalba

  3. Kif se tingħata Xydalba

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Xydalba

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


1. X’inhu Xydalba u għalxiex jintuża


Xydalba fih is-sustanza attiva dalbavancin, li hija antibijotiku tal-grupp glikopeptid.


Xydalba jintuża biex jikkura adulti b’infezzjonijiet tal-ġilda jew fis-saffi ta’ laħam taħt il-ġilda.


Xydalba jaħdem billi joqtol ċerti batterji, li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet serji. Joqtol dawn il- batterji billi jinterferixxi mal-formazzjoni tal-ħitan taċ-ċelluli batterjali.


Jekk għandek ukoll batterji oħra li jikkawżaw l-infezzjoni tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jikkurak b’antibijotiċi oħra flimkien ma’ Xydalba.


  1. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Xydalba


    Tużax Xydalba jekk inti allerġiku għal dalbavancin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel ma tingħata Xydalba:

    • Jekk għandek jew kellek problemi fil-kliewi. Skont il-kundizzjoni tal-kliewi tiegħek, it- tabib tiegħek jista’ jnaqqaslek id-doża.

    • Jekk qed tbati minn dijarea, jew fil-passat kellek id-dijarea waqt li kont qed tiġi kkurat b’antibijotiċi.

    • Jekk inti allerġiku għal antibijotiċi oħra bħal vancomycin jew teicoplanin. Dijarea waqt jew wara t-trattament

      Jekk tiżviluppa dijarea waqt jew wara t-trattament tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Tiħux mediċini biex tikkura d-dijarea qabel ma tiċċekkja mat-tabib tiegħek.

      Reazzjonijiet marbuta mal-i nf użj oni


      Infużjonijiet ġol-vini b’dawn it-tipi ta’ antibijotiċi jistgħu jikkawżaw fwawar fil-parti ta’ fuq tal-ġisem, urtikarja, ħakk u/jew raxxijiet. Jekk ikollok dawn it-tipi ta’ reazzjonijiet, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf jew inaqqas ir-rata li biha tingħata l-infużjoni.


      I nf ezzj oni j i et oħr a


      L-użu tal-antibijotiċi jista’ xi kultant jippermetti li tiżviluppa infezzjoni ġdida u differenti. Jekk dan jiġri, għid lit-tabib tiegħek u dan se jiddeċiedi x’għandek tagħmel.


      Tfal u adolexxenti


      M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal taħt it-18-il sena. L-użu ta’ Xydalba fit-tfal taħt it-18-il sena għadu ma ġiex studjat.


      Mediċini oħra u Xydalba


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Tqala u treddigħ


      Xydalba mhux rakkomandat waqt it-tqala ħlief jekk ikun hemm bżonnu b’mod ċar. Dan huwa minħabba li mhux magħruf x’effett jista’ jkollu fuq tarbija mhux imwielda. Qabel ma tingħata din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. Inti u t-tabib tiegħek ser tiddeċiedu jekk intix ser tingħata Xydalba.


      Mhux magħruf jekk Xydalba jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tredda’ lit-tarbija tiegħek. Inti u t-tabib tiegħek ser tiddeċiedu jekk intix ser tingħata Xydalba. M’għandekx tredda’ meta tingħata Xydalba.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Xydalba jista’ jikkawża sturdament. Oqgħod attent meta tkun qed issuq u tħaddem il-magni wara li tkun ingħatajt din il-mediċina.


      Xydalba fih is-sodium


      Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  2. Kif se tingħata Xydalba


    Xydalba se jingħatalek minn tabib jew infermier/a.


    Xydalba jingħata f’doża waħda ta’ 1500 mg jew f’żewġ dożi b’intervall ta’ ġimgħa: 1000 mg f’Jum 1 u 500 mg f’Jum 8.


    Inti ser tingħata Xydalba permezz ta’ dripp direttament fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm tiegħek minn ġo vina fuq perjodu ta’ 30 minuta.


    Pazjenti bi problemi kroniċi fil-kliewi


    Jekk tbati minn problemi kroniċi tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

    Jekk tieħu aktar Xydalba milli suppost:


    Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek immedjatament jekk inti mħasseb li ngħatajt wisq Xydalba.


    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Xydalba

    Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek immedjatament jekk inti mħasseb li ma ħadtx it-tieni doża. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-

    infermier tiegħek.


  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi - jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika urġenti:

    • Nefħa f’daqqa ta’ xufftejk, wiċċek, gerżuma jew ilsien; raxx sever; ħakk; tagħfis fil- gerżuma; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; diffikultà biex tibla u/jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Dawn kollha jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva u jistgħu jkun ta’ theddida għall-ħajja. Din ir-reazzjoni severa ġiet rrappurtata bħala effett sekondarju rari. Tista’ taffettwa sa 1 minn 1000 persuna.

    • Uġigħ ta’ żaqq (uġigħ fl-istonku) u/jew dijarea maħlula. Is-sintomi jistgħu jsiru severi jew ma jfiqux u l-ippurgar jista’ jkun fih id-demm jew mukus. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni tal-imsaren. F’din is-sitwazzjoni, m’għandekx tieħu mediċini li jwaqqfu jew inaqqsu l-moviment tal-imsaren. Infezzjoni tal-imsaren kienet irrappurtata bħala effett sekondarju mhux komuni. Tista’ taffettwa sa 1 minn kull 100 persuna.

    • Bidliet fil-smigħ. Dan ġie rrappurtat bħala effett sekondarju b’mediċina simili. Il- frekwenza mhijiex magħrufa. Ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli.


      Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati b’Xydalba huma elenkati hawn taħt.


      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin:


      Komuni - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 10 persuni:

      • Uġigħ ta’ ras

      • Dardir (tqalligħ)

      • Dijarea


        Mhux komuni - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna:

      • Infezzjonijiet vaġinali, infezzjonijiet fungali, infezzjoni fungali fil-ħalq

      • Infezzjonijiet fil-passaġġ urinarju

      • Anemija (livelli baxxi ta’ ċelluli ħomor tad-demm), għadd għoli ta’ plejtlits fid-demm (tromboċitożi), żieda fl-għadd tad-demm ta’ tip ta’ ċellula bajda tad-demm imsejħa eosinofili (eosinofilija), livelli baxxi ta’ tipi oħra ta’ ċelluli tad-demm bojod (lewkopenija, newtropenija)

      • Bidliet f’testijiet tad-demm oħra

      • Nuqqas t’aptit

      • Diffikultà biex torqod

      • Sturdament

      • Bidla fis-sens ta’ togħma

      • Infjammazzjoni u nefħa tal-vini fil-wiċċ, fwawar

      • Sogħla

      • Uġigħ ta’ żaqq u skonfort, indiġestjoni, stitikezza

      • Test tal-funzjoni tal-fwied b’riżultat mhux normali

      • Żieda f’alkaline phosphatase (enzima li tinsab fil-ġisem)

      • Ħakk, urtikarja

      • Ħakk ġenitali (fin-nisa)

      • Uġigħ, ħmura jew nefħa fil-post fejn tkun ingħatat l-infużjoni

      • Tħossok taħraq

      • Żieda fil-livelli fid-demm ta’ gamma-glutamyl transferase (enzima prodotta mill-fwied u minn tessut ieħor tal-ġisem)

      • Raxx

      • Tirremetti (rimettar)


        Rari - jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna:

      • Diffikultà biex tieħu n-nifs (bronkospażmu)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  4. Kif taħżen Xydalba


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali jekk tinżamm mhux miftuħ fil-kontenitur oriġinali. Is-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata ta’ Xydalba m’għandhiex tintuża jekk ikun hemm kwalunkwe

    frak jew jekk is-soluzzjoni tkun imdardra. Xydalba hu biex jintuża darba biss.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Xydalba


Id-dehra ta’ Xydalba u l-kontenut tal-pakkett


Trab ta’ Xydalba għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni hu pprovdut f’kunjett tal-ħġieġ ta’ 48 ml b’siġill flip off aħdar. Il-kunjett fih trab abjad sa abjad ċar sa isfar ċar.

Huwa disponibbli f’pakketti li fihom kunjett wieħed.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Allergan Pharmaceuticals International Ltd., Clonshaugh Business & Technology Park, Dublin 17, D17 E400, L-Irlanda


Manifattur


Almac Pharma Services (L-Irlanda) Limited Finnabair Industrial Estate,

Dundalk,

image

Co. Louth, A91 P9KD, L-Irlanda


Almac Pharma Services Ltd

Seagoe Industrial Estate, Craigavon, Country Armagh BT63 5UA Ir-Renju Unit


Aziende Chimiche Riunite Angelini Francesco A.C.R.A.F. S.p.A. Via Vecchia del Pinocchio, 22

60100 Ancona l-Italja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Correvio

Tél/Tel: +32 (0)28 08 86 20

medinfo@correvio.com

Lietuva

UAB MRA

Totorių str. 20-9

LT-01121 Vilnius Tel: + 370 5264 9010


България

Анджелини Фарма България ЕООД

бул. Асен Йорданов 10 BG-София 1592

Teл.: + 359 2 975 1395

office@angelini.bg

Luxembourg/Luxemburg

Correvio

Tél/Tel: +41 848 00 79 70

medinfo@correvio.com


Česká republika

Angelini Pharma Česká republika s.r.o. Palachovo náměstí 799/5

CZ-625 00 Brno

Tel: + 420 546 123 111

info@angelini.cz

Magyarország

Angelini Pharma Magyarország Kft Dayka Gábor u. 3., 214-215. számú iroda H-1118 Budapest

Tel: + 36 1 336 1614

drugsafety@angelini.hu


Danmark

Correvio

Tlf: +45 8082 6022

medinfo@correvio.com

Malta

Correvio

Tel: +41 848 00 79 70

medinfo@correvio.com


Deutschland

Correvio

Tel: +49 (0)69 33 29 62 76

medinfo@correvio.com

Nederland

Correvio

Tel: +31 (0)20 808 32 06

medinfo@correvio.com


Eesti

Lorenzo Pharma OÜ

Norge

Correvio

Koidu str. 20-19 EE-10136 Tallinn Tel: + 372 604 1669

Tlf: +41 848 00 79 70

medinfo@correvio.com


Ελλάδα

ANGELINI PHARMA HELLAS ΜΟΝΟΠΡΟΣΩΠΗ A.B.E.E.

ΠΑΡΑΓΩΓΗΣ & ΕΜΠΟΡΙΑΣ ΦΑΡΜΑΚΩΝ

Ρούπελ 4 & 17° Χλμ. Ε.Ο. Αθηνών-Λαμίας, GR-14564 Νέα Κηφισιά

Τηλ: + 30 210 626 9200

info@angelinipharma.gr

Österreich

Angelini Pharma Österreich GmbH Brigittenauer Lände 50-54

1200 Wien

Tel: + 43 5 9606 0

office@angelini.at


España

ANGELINI PHARMA ESPAÑA, S.L.

C. Osi, 7

E-08034 Barcelona Tel: + 34 93 253 45 00

Polska

Angelini Pharma Polska Sp. z o.o. Aleje Jerozolimskie 181B

02-222, Warszawa

Tel.: + 48 22 70 28 200

angelini@angelini.pl


France

Correvio

Tél: +33 (0)1 77 68 89 17

medinfo@correvio.com

Portugal

Angelini Pharma Portugal, Unipessoal Lda Rua João Chagas, 53, Piso 3

  1. Cruz Quebrada-Dafundo Tel: + 351 21 414 8300

    apoio.utente@angelini.pt


    Hrvatska Angelini S.p.A Viale Amelia 70 I-00181 Roma

    Tel: + 39 06 78 0531

    România

    Angelini Pharmaceuticals România SRL Str. Dr. Carol Davila, Nr. 9, Sector 5 RO-București 050451

    Tel: + 40 21 331 6767

    office@angelini.ro


    Ireland

    Correvio

    Tel: +41 848 00 79 70

    medinfo@correvio.com

    Slovenija Angelini S.p.A Viale Amelia 70 I-00181 Roma

    Tel: + 39 06 78 0531


    Ísland

    Correvio

    Sími: +41 848 00 79 70

    medinfo@correvio.com

    Slovenská republika

    Angelini Pharma Slovenská republika s.r.o. Júnová 33

    SK-831 01 Bratislava

    Tel: + 421 2 59 207 320

    office@angelini.sk


    Italia

    Angelini S.p.A Viale Amelia 70 I-00181 Roma

    Tel: + 39 06 78 0531

    Suomi/Finland

    Correvio

    Puh/Tel: +41 848 00 79 70

    medinfo@correvio.com


    Κύπρος

    ANGELINI PHARMA HELLAS ΜΟΝΟΠΡΟΣΩΠΗ A.B.E.E.

    ΠΑΡΑΓΩΓΗΣ & ΕΜΠΟΡΙΑΣ ΦΑΡΜΑΚΩΝ

    Sverige

    Correvio

    Tel: +46 (0)8 408 38440

    medinfo@correvio.com

    Ρούπελ 4 & 17° Χλμ. Ε.Ο. Αθηνών-Λαμίας, GR-14564 Νέα Κηφισιά

    Τηλ: + 30 210 626 9200

    info@angelinipharma.gr


    Latvija

    SIA Livorno Pharma Vīlandes str. 17-1 LV-1010 Riga

    Tel: + 371 6721 1124

    United Kingdom (Northern Ireland)

    Correvio

    Tel: +44 (0)203 002 8114

    medinfo@correvio.com


    Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


    .

    ---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

    It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


    Importanti: Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SmPC) qabel tikteb riċetta għalih.


    Xydalba għandu jiġi rikostitwit b’ilma sterili għall-injezzjonijiet u wara jiġi dilwit b’soluzzjoni għall- infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose.


    Il-kunjetti ta’ Xydalba huma għal użu ta’ darba biss.


    I st r uzzj oni j i et għar -rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni


    It-teknika asettika trid tintuża għar-rikostituzzjoni u dilwizzjoni ta’ Xydalba.

    1. Il-kontenut ta’ kull kunjett għandu jiġi rikostitwit billi bil-mod iżżid 25 ml ta’ ilma għall- injezzjonijiet.

    2. Iċċaqlaqx bis-saħħa. Biex tiġi evitata r-ragħwa, alterna bejn tidwir ħafif u li taqleb il- kunjett ta’ taħt fuq, sakemm il-kontenut tiegħu jinħall kompletament. Il-ħin tar- rikostituzzjoni jista’ jkun sa 5 minuti.

    3. Il-konċentrat rikostitwit fil-kunjett fih 20 mg/ml ta’ dalbavancin.

    4. Il-konċentrat rikostitwit irid ikun soluzzjoni ċara, bla kulur sa safra, bla ebda frak viżibbli.

    5. Il-konċentrat rikostitwit irid jiġi dilwit b’mod addizzjonali b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose.

    6. Biex tiddilwi l-konċentrat rikostitwit, il-volum xieraq ta’ konċentrat ta’ 20 mg/ml, għandu

      jkun ittrasferit mill-kunjett għal borża għal ġol-vini jew flixkun li jkun fihom soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose. Pereżempju: 25 ml tal-konċentrat fih 500 mg ta’ dalbavancin.

    7. Wara d-dilwizzjoni, is-soluzzjoni għall-infużjoni jrid ikollha konċentrazzjoni finali ta’ 1 sa 5 mg/ml ta’ dalbavancin

    8. Is-soluzzjoni għall-infużjoni trid tkun soluzzjoni ċara, bla kulur sa safra, bla ebda frak viżibbli.

    9. Jekk jiġi identifikat frak jew tibdil tal-kulur, is-soluzzjoni għandha tintrema.


Xydalba ma jridx jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn jew soluzzjonijiet għal ġol-vini. Soluzzjonijiet li jkun fihom sodium chloride jistgħu jikkawżaw preċipitazzjoni u M’GĦANDHOMX jintużaw għar-rikostituzzjoni jew għad-dilwizzjoni. Il-kompatibilità tal-konċentrat rikostitwit ta’ Xydalba kienet stabbilita biss ma’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose.


Jekk qed jintuża pajp komuni ġol-vina biex jingħataw ma’ prodotti mediċinali oħra flimkien ma’ Xydalba, dan il-pajp għandu jitlaħlaħ qabel u wara kull infużjoni ta’ Xydalba b’soluzzjoni għall- infużjoni ta’ 5% glucose.


Rimi


Armi kwalunkwe porzjon tas-soluzzjoni rikostitwita li ma tkunx intużat.


Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.