Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Memantine Accord
memantine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Memantine Accord 10 mg pilloli miksija b’rita

memantine hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  1. Effetti sekondarji li jista’ jkollu


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji li jidhru jkunu ħfief għal moderati.


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa wieħed minn kull 10 persuni):

  2. Kif taħżen Memantine Accord


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax Memantine Accord wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ xi kundizzjonijet ta’ ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent .


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Memantine Accord:


Id-dehra ta’ Memantine Accord u l-kontenuti tal-pakkett:


Il-pilloli miksija b'rita ta' Memantine Accord jiġu bħala pilloli bojod mmarkati u miksija, b’forma tawwilija, imnaqqxa bl-ittri “MT”, maqsuma biċ-ċifra fuq naħa waħda u “10” maqsuma biċ-ċifra fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi indaqs.


Il-pilloli miksija b’rita ta Memantine Accord huma disponibbli f'pakketti b'folji ta' 14 pillola,

28 pillola, 30 pillola, 42 pillola, 50 pillola, 56 pillola, 98 pillola, 100 pillola u 112 pillola (folja tal- aluminju-PVC/PE/PVDC). Memantine Accord pilloli miksijin b’rita huma disponibbli wkoll f’folji perforati ta’ doża waħda b’kalendarju f’daqsijiet tal-pakkett ta’ 14x1, 28x1, 56x1 jew 98x1 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq


Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona,

Spanja


Manifattur


Delorbis Pharmaceuticals Ltd 17, Athinon Street

Ergates Industrial Area, 2643 Nicosia

Ċipru


Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice, Il-Polonja


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.