Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Fevaxyn Pentofel
inactivated feline panleukopenia virus, calicivirus, rhinotracheitis virus, leukaemia virus and Chlamydophila felis


B. FULJETT TA' TAGHRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Fevaxyn Pentofel, sospensjoni għall-injezzjoni, għal qatates


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal- lott:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1

    1348 Louvain-la-Neuve IL_BELĠJU


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Fevaxyn Pentofel, sospensjoni għall-injezzjoni, għal qtates


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OHRA


    Doża waħda ta’ 1 ml fiha (siringa ta’ doża waħda):


    Sustanzi Attivi

    Potenza Relattiva (P.R.)

    Virus inattivat tal-panleucopenia fil-felini, strejn CU4

    ≥ 8.50

    Kaliċivirus inattivat tal-felini, strejn 255

    ≥ 1.26

    Virus inattivat tar-Rhinotracheitis fil-felini, strejn 605

    ≥ 1.39

    Chlamydophila felis Inattivat, strejn Cello

    ≥ 1.69

    Virus Inattivat tal-Leukemia fil-felini, strejn 61E

    ≥ 1.45

    Sustanza Miżjuda

    Ethylene/maleic anhydride (EMA-31) Neocryl

    Emulsigen SA

    1% (v/v)

    3% (v/v)

    5% (v/v)


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għall-immunizzazzjoni attiva ta’ qtates tal-eta’ ta’ 9 ġimgħat jew ikbar li jkunu b’saħħithom, kontra l-virusis tal-panlewkopenija fil-felini u l-lewkimja fil-felini u kontra mard respiratorju ikkawżat mill-virus tar-rinotrakeite fil-felini, kaliċivirus fil-felini u Chlamydophila felis.


  5. KONTRAINDIKAZJONIJIET


    Xejn.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Qtates mlaqqma jistgħu jiżviluppaw reazzjonijiet ta’ wara t-tilqima li jinkludu deni għal żmien qasir, rimettar, anoreksja u/jew dipressjoni li ġeneralment jisparixxu wara 24 siegħa.

    Tista’ tiġi osservata reazzjoni lokali b’nefħa, uġigħ, ħakk jew telf ta’ pil fil-post talinjezzjoni. Reazzjonijiet anafilattiċi b’edema, ħakk, tbatija respiratorja u kardijaka, sinjali

    gastrointestinali qalila (inklużi ematemesi u dijareja bid-demm) jew xokk ġew osservati waqt

    l-ewwel sigħat wara t-tilqima f’każijiet rari ħafna.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il- perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-

    mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA'

    AMMINISTRAZZJONI


    1 ml. Użu taħt il-ġilda.


    Tilqima bażika ta’ qtates tal-eta’ ta’ 9 ġimgħat jew ikbar: żewġ dożi f’intervall ta’ bejn 3 sa 4 ġimgħat. Doża addizzjonali hija rakkommandata għal friegħ ta’ qtates li jgħixu f’ambjent li għandu riskju għoli ta’ feline leukaemia virus (FeLV) fejn l-ewwel doża ġiet amministrata qabel l-eta’ ta’ 12-il ġimgħa.


    Rivaċċinazzjoni: tilqima waħda kull sena.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Il-kontenut tas-siringa b’doża waħda għandu jiġi mħawwad sew u amministrat b’mod asettiku permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Meta tamministra l-prodott, għandek tieħu ħsieb biex twaħħal il-labra sterilizzata (li tinstab f’dan il-pakkett) b’mod asettiku mas-siringa qabel l- użu.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Mhux applikabbli.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2 °C – 8 °C).

    Ipproteġi mid-dawl.

    Tagħmlux fil-friża.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta wara EXP.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali ghal kull speci għal x’hiex huwa indikat:

    It-tilqim ma jeffettwax il-kors tal-infezzjoni FeLV fi qtates li diġa huma nfettati bil-FeLV fil- ħin tat-tilqim, għaliex dawn il-qtates joħorġu l-FeLV irrispettivament mit-tilqim; konsegwentement, dawn l-annimali jistgħu ikunu ta’ periklu għal qtates suxxettibbli fl- ambjent tagħhom. Huwa għaldaqstant rakkommandat li qtates b’riskju għoli li ġew esposti għal FeLV, jiġu eżaminati għal antiġen tal-FeLV qabel ma jiġu mlaqqma. Annimali li ġew eżaminati bħala negattivi, jistgħu jiġu mlaqqma, waqt li qtates li ġew eżaminati u nstabu pożittivi għandhom jiġu iżolati minn qtates oħra u jerġgħu jiġu eżaminati fi żmien xahar- xahrejn. Qtates li huma pożittivi fit-tieni eżami għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma permanentament infettati bil-FeLV u għandhom jiġu trattati skond il-każ. Qtates li huma negattivi fit-tieni eżami jistgħu jiġu mlaqqma, minħabba, li fi kwalunkwe każ, għelbu l- infezzjoni FeLV.


    Prekawzjonijiet speċjali għal użu fl-annimali :

    F’każ ta’ reazzjoni anafilattojde, l-adrenalina għandha tingħata ġol-muskolu.

    It-tilqim ta’ qtates posittivi għall-FeLV m’għandu l-ebda benefiċju.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:


    Għal min se juża:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Injezzjoni bi żball jew jekk tinjetta lilek innifsek bi żball jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa speċjalment jekk tinjetta f'ġog jew saba’ f'każijiet rari jista’ jkun li titlef subgħajk jekk ma tikkonsultax tabib mill-ewwel.

    Jekk tiġi injettat bi żball b'dan il-prodott mediċinali veterinarju, fittex għajnuna medika mill- ewwel, anke jekk ammont żgħir ħafna ġie njettat u ħu l-fuljetta ta' tagħrif miegħek.

    Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax-il siegħa, wara l-eżami mediku, erġa' ħu parir mediku.


    Għat-tabib:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il-prodott tista' tikkawza nefħa intensa, li tista' per ezempju tikkawza nekrożi iskimika u anke ilbżonn li jinqata' xi saba’. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MILL-EWWEL u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is- saba’ u tiġi rrigata il-parti fejn seħħet l-injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas- saba’ jew l-għerq tal- muskolu.


    Tqala :

    Il-ħarsien tas-saħħa ta’ din it-tilqima fi qtates tqal ma ġietx investigata. Tilqim ta’ qtates nisa li huma tqal mhux rakkommandat.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta’ interazzjoni:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew osservati ħlief dawk li ġew osservati u msemmija fis- sezzjoni 6.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPECJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL- FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt ta’ l- Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ().


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Preżentazzjoni ta’ 10 x 1 ml: Kaxxa li fiha 10 siringi mimlijin bil-lest ta’ doża waħda u 10

labar sterili.

Preżentazzjoni ta’ 20 x 1 ml: Kaxxa li fiha 20 siringi mimlijin bil-lest ta’ doża waħda u 20 labar sterili.

Preżentazzjoni ta’ 25 x 1 ml: Kaxxa li fiha 25 siringi mimlijin bil-lest ta’ doża waħda u 25 labar sterili.


Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.