Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Gardasil 9
human papillomavirus 9-valent vaccine (recombinant, adsorbed)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni

Vaċċin b’9 tipi ta’ Papillomavirus Uman (Rikombinanti, adsorbit)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew ibnek/bintek titlaqqmu peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għal ibnek/bintek.

Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Gardasil 9 u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9

  3. Kif jingħata Gardasil 9

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Gardasil 9

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Gardasil 9 u gћalxiex jintuża


    Gardasil 9 huwa vaċċin għat-tfal u għall-adolexxenti mill-età ta’ 9 snin u għall-adulti. Huwa jingħata biex jipproteġi kontra mard ikkawżat mit-tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52 u 58 tal-Papillomavirus Uman (HPV - Human Papillomavirus).


    Dan il-mard jinkludi leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-ġenitali tan-nisa (l-għonq tal-utru, il- vulva, u l-vaġina), leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-anus u felul ġenitali fl-irġiel u n-nisa.


    Gardasil 9 ġie studjat fl-irġiel b’età minn 9 snin sa 26 sena u fin-nisa b’età minn 9 snin sa 45 sena. Gardasil 9 jipproteġi kontra t-tipi ta’ HPV li jikkawżaw l-aktar każijiet ta’ dan il-mard.

    Gardasil 9 qiegħed biex jevita dan il-mard. Il-vaċċin ma jintużax biex ifejjaq mard marbut ma’ HPV. Gardasil 9 m’għandu l-ebda effett f’individwi li diġà għandhom infezzjoni persistenti jew mard assoċjat ma’ kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ HPV li hemm fil-vaċċin. Madankollu, f’individwi li diġà huma infettati b’tip wieħed jew aktar ta’ HPV tal-vaċċin, Gardasil 9 xorta jista’ jipproteġi kontra mard assoċjat mat-tipi l-oħra ta’ HPV tal-vaċċin.


    Gardasil 9 ma jistax jikkawża mard marbut ma’ HPV.


    Meta individwu jitlaqqam b’Gardasil 9, is-sistema immuni (is-sistema ta’ difiża naturali tal-ġisem) tistimula l-produzzjoni ta’ antikorpi kontra d-disa’ tipi ta’ HPV tal-vaċċin, biex tipproteġi kontra l- mard ikkawżat minn dawn il-virusis.


    Jekk inti jew ibnek/bintek tirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9, intom għandkom tkomplu l-kors kollu ta’ tilqim b’Gardasil 9.


    Jekk inti jew ibnek/bintek diġà ħadtu vaċċin ta’ HPV, staqsi lit-tabib tiegħek jekk Gardasil 9 jgħoddx għalik.


    Gardasil 9 għandu jintuża skont il-linji gwida uffiċjali.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9


    Tirċivix Gardasil 9 jekk inti jew ibnek/bintek

    • allerġiċi għal xi sustanza attiva jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-vaċċin (imniżżla taħt “sustanzi oħra”, fis-sezzjoni 6).

    • żviluppajtu reazzjoni allerġika wara li rċevejtu doża ta’ Gardasil jew Silgard (tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV) jew Gardasil 9.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek:

    • għandkom disturb ta’ ħruġ ta’ demm (marda li tikkawża aktar ħruġ ta’ demm minn dak li hu normali), per eżempju l-emofilja;

    • għandkom sistema immuni mdgħajfa, per eżempju minħabba difett ġenetiku, infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni;

    • issofru minn mard b’deni qawwi. Madankollu, deni ħafif jew infezzjoni ħafifa fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan-nifs (pereżempju jkollok riħ) fihom infushom mhumiex raġuni għalfejn għandek tipposponi t-tilqim.


      Jista’ jseħħ ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ waqgħa (l-aktar fl-adolexxenti) wara kwalunkwe injezzjoni b’labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-infermier jekk qatt qabel tak ħass ħażin b’injezzjoni.

      Bħal kull vaċċin ieħor, Gardasil 9 jista’ ma jipproteġix kompletament lil kull min jieħu l-vaċċin. Gardasil 9 ma jipproteġix kontra kull tip ta’ Papillomavirus Uman. Għalhekk għandhom ikomplu

      jintużaw prekawzjonijiet xierqa kontra mard li jixtered mis-sess.


      It-tilqim ma jisostiwixxix l-eżami ta’ rutina tal-għonq tal-utru. Jekk inti mara, inti għandek tkompli ssegwi l-parir tat-tabib tiegħek dwar is-‘smear’ tal-għonq tal-utru/it-testijiet Pap u miżuri preventivi u protettivi.


      X’informazzjoni importanti oħra hemm bżonn li inti jew ibnek/bintek tkunu tafu dwar Gardasil 9

      It-tul ta’ żmien tal-protezzjoni għadu mhuwiex magħruf. Għadhom għaddejjin studji ta’ segwitu fit- tul biex jiġi stabbilit jekk hijiex meħtieġa doża ta’ rinforz.


      Mediċini oħra u Gardasil 9

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qed tieħdu, ħadtu dan l-aħħar jew tistgħu tieħdu xi mediċini oħra, inkluż mediċini li jinkisbu mingħajr riċetta.


      Gardasil 9 jista’ jingħata ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat li fih id-difterite (d - diphtheria) u t- tetnu (T - tetanus) jew mal-pertussi [aċellulari, komponent] (ap - acellular pertussis) u/jew inkella poljomijelite [mhux attivat] (IPV - inactivated poliomyelitis) (vaċċini dTap, dT-IPV, dTap-IPV) f’sit differenti tal-injezzjoni (f’parti oħra ta’ ġismek, bħal driegħ jew riġel ieħor) waqt l-istess vista.

      Gardasil 9 jista’ ma jkollux l-aħjar effett jekk jintuża ma’ mediċini li jissoppressaw is-sistema immuni. Kontraċettivi tal-ormoni (per eżempju l-pillola kontraċettiva) ma jnaqqsux il-protezzjoni miksuba

      b’Gardasil 9.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tirċievi din it-tilqima.


      Gardasil 9 jista’ jingħata lil nisa li qegħdin ireddgħu jew li għandhom il-ħsieb li jreddgħu.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Gardasil 9 jista’ jaffettwa b’mod ħafif u temporanju l-ħila biex inti ssuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).


      Gardasil 9 fih sodium chloride

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif jingħata Gardasil 9


    Gardasil 9 jingħata bħala injezzjoni mit-tabib tiegħek. Gardasil 9 qiegħed biex jingħata lill-adolexxenti u l-adulti mill-età ta’ 9 snin ’il quddiem.


    Jekk ikollok minn 9 snin sa u inkluż 14-il sena meta tingħata l-ewwel injezzjoni

    Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 2 dożi:

    • L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

    • It-tieni injezzjoni: tingħata bejn 5 xhur u 13-il xahar wara l-ewwel injezzjoni

      Jekk it-tieni doża tal-vaċċin tingħata qabel 5 xhur wara l-ewwel doża, għandha dejjem tingħata t-tielet doża.


      Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

    • L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

    • It-tieni injezzjoni: xahrejn wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel xahar wara l-ewwel doża)

    • It-tielet injezzjoni: 6 xhur wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel 3 xhur wara t-tieni doża) It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar

      informazzjoni.


      Jekk ikollok minn 15-il sena ’l fuq meta tingħata l-ewwel injezzjoni

      Gardasil 9 għandu jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

    • L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

    • It-tieni injezzjoni: xahrejn wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel xahar wara l-ewwel doża)

    • It-tielet injezzjoni: 6 xhur wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel 3 xhur wara t-tieni doża) It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar

    informazzjoni.


    Huwa rakkomandat li ndividwi li jirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9 ikomplu l-kors ta’ tilqim b’Gardasil 9.


    Gardasil 9 se jingħata bħala injezzjoni minn ġol-ġilda għal ġol-muskolu (preferibbilment fil-muskolu tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew tal-koxxa).


    Jekk tinsa doża waħda ta’ Gardasil 9

    Jekk taqbeż injezzjoni skedata, it-tabib tiegħek jiddeċiedi meta jagħti d-doża li inti tlift.

    Huwa importanti li inti ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-infermier tiegħek dwar meta għandek terġa’ tmur għad-dożi ta’ segwitu. Jekk inti tinsa jew ma tkunx tista’ tmur għand it-tabib tiegħek fiż-

    żmien skedat, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir. Meta Gardasil 9 jingħata bħala l-ewwel doża tiegħek, il-kumplament tal-kors tat-tilqim għandu jsir b’Gardasil 9, u mhux b’vaċċin ta’ HPV ieħor.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’dan il-vaċċin, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull vaċċin ieħor, dan il-vaċċin jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jidhru wara l-użu ta’ Gardasil 9:


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal-injezzjoni (uġigħ, nefħa u ħmura) u uġigħ ta’ ras.


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal- injezzjoni (tbenġil, u ħakk), deni, għeja, sturdament u nawsja.


    Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): glandoli minfuħin (fl-għonq, fl-abt, jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa), ħorriqija (urtikarja), ħass ħażin xi drabi flimkien ma’ rogħda jew ebusija, rimettar; uġigħ fil-ġogi, muskoli juġgħu, għeja jew dgħufija mhux tas-soltu, tkexkix ta’ bard, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali.


    Rari (jitgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000): reazzjonijiet allerġiċi.


    Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli): reazzjonijiet allerġiċi serji (reazzjoni anafilattika).


    Meta Gardasil 9 ingħata flimkien ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat ta’ difterite, tetnu, pertussis [aċellulari, komponent] u poljomijelite [inattivat] waqt l-istess vista, kien hemm aktar nefħa fis-sit tal-injezzjoni.


    Ġie rrappurtat ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ ċaqlieq jew ebusija. Għalkemm episodji ta’ ħass ħażin mhumiex komuni, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal 15-il minuta wara li jirċievu l-vaċċin tal- HPV.


    L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati b’GARDASIL jew SILGARD u jistgħu jidhru wkoll wara li tieħu GARDASIL 9:

    Ġew irrappurtati reazzjonijiet allerġiċi. Xi wħud minn dawn ir-reazzjonijiet kienu severi. Is-sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs u tħarħir.


    Bħal ma jiġri b’vaċċini oħra, l-effetti sekondarji li ġew irrappurtati matul l-użu ġenerali jinkludu: dgħufija fil-muskoli, sensazzjonijiet mhux normali, tingiż fid-dirgħajn, fir-riġlejn u fil-parti ta’ fuq tal- ġisem, jew konfużjoni (sindrome ta’ Guillain-Barré, enċefalomijelite akuta u mifruxa); ikollok ħruġ ta’ demm jew titbenġel b’mod aktar faċli mis-soltu u infezzjoni fil-ġilda fil-post tal-injezzjoni.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Gardasil 9


    Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax dan il-vaċċin wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2 ºC – 8 ºC). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Gardasil 9

Is-sustanzi attivi huma: proteina ppurifikata ħafna mhux infettiva għal kull wieħed mit-tipi (6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58) tal-Papillomavirus Uman.


Doża waħda (0.5 ml) fiha madwar:


Papillomavirus Uman1 tat-Tip 6 proteina L12,3 30 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 11 proteina L12,3 40 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 16 proteina L12,3 60 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 18 proteina L1 2,3 40 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 31 proteina L12,3 20 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 33 proteina L12,3 20 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 45 proteina L12,3 20 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 52 proteina L12,3 20 mikrogramma Papillomavirus Uman1 tat-Tip 58 proteina L12,3 20 mikrogramma


1Papillomavirus Uman = HPV.

2 Proteina L1 f’għamla ta’ partiċelli qishom virus magħmula f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae CANADE 3C-5 (Razza 1895)) permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA. 3adsorbit fuq aluminium hydroxyphosphate sulfate amorfu awżiljari (0.5 milligrammi Al).


Aluminium hydroxyphosphate sulfate amorfu huwa inkluż fil-vaċċin bħala sustanza awżiljari. Sustanzi awżiljari jiġu inklużi biex itejbu r-rispons immuni tat-tilqim.


Is-sustanzi l-oħra fis-suspensjoni tal-vaċċin huma: sodium chloride, histidine, polysorbate 80, borax u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher Gardasil 9 u l-kontenut tal-pakkett

Doża waħda ta’ suspensjoni għall-injezzjoni ta’ Gardasil 9 fiha 0.5 ml.


Qabel ma jitħawwad, Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad. Wara li jitħawwad sewwa, isir likwidu abjad u mdardar.


Gardasil 9 huwa disponibbli f’pakkett ta’ 1.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Merck Sharp & Dohme, B.V., Waarderweg, 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32 (0) 27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370.5.2780.247

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД, тел.: + 359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél: +32 (0) 27766211

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36.1.888.5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited. Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_austria@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48.22.549.51.00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: +33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: +385 1 66 11 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: +386.1.520.4201

msd.slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Italia

MSD Italia S.r.l.

Tel: 800 23 99 89 (+39 06 361911)

medicalinformation.it@msd.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

info@msd.fi

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371.67364.224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}


.


------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:


Gardasil 9suspensjonigħall-injezzjoni:


jitolbu l-liġijiet lokali.