Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Inlyta
axitinib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita axitinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Inlyta u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta

  3. Kif għandek tieħu Inlyta

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Inlyta

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Inlyta u għalxiex jintuża


    Inlyta hija mediċina li fiha s-sustanza attiva axitinib. Axitinib inaqqas il-provvista tad-demm lejn it- tumur u jnaqqas il-veloċità tat-tkabbir tal-kanċer.


    Inlyta huwa indikat għat-trattament ta’ kanċer avvanzat tal-kliewi (karċinoma taċ-ċelloli renali avvanzata) fl-adulti, meta mediċina oħra (li tissejjaħ sunitinib jew ċitokina) ma tibqax twaqqaf il- marda milli tavvanza.


    Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif taħdem din il-mediċina jew għalfejn din il-mediċina ġiet preskritta lilek, staqsi lit-tabib tiegħek.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta Tiħux Inlyta:

    Jekk inti allerġiku għal axitinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Inlyta:


    • Jekk għandek pressjoni għolja tad-demm.

      Inlyta jista’ jgħollilek il-pressjoni tad-demm tiegħek. Huwa importanti li tiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u regolarment meta tkun qed teħodha. Jekk għandek pressjoni għolja tad-demm (pressjoni għolja), tista’ tiġi ttrattat b’mediċini li jnaqqsu l-

      pressjoni tad-demm. It-tabib tiegħek għandu jiżgura li l-pressjoni tad-demm tiegħek tkun taħt kontroll qabel ma jinbeda t-trattament b’Inlyta, u waqt li tkun qed tiġi ttrattat b’din il-mediċina.


    • Jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde.

      Inlyta jista’ jikkawża problemi fil-glandola tat-tirojde. Għid lit-tabib tiegħek jekk tegħja aktar faċilment, ġeneralment tħoss aktar bard minn persuni oħrajn, jew jekk il-vuċi tiegħek titqawwa waqt li tieħu din il-mediċina. Il-funzjoni tat-tirojde tiegħek għandha tiġi ċċekkjata qabel ma tieħu Inlyta u b’mod regolari meta tkun qed tieħdu. Jekk il-glandola tat-tirojde tiegħek mhijiex tipproduċi biżżejjed ormon tat-tirojde qabel, jew matul it-trattament b’din il-mediċina, għandek tiġi ttrattat b’sostituzzjoni tal-ormon tat-tirojde.


    • Jekk kellek problema riċenti b’emboli fil-vini u fl-arterji tiegħek (tipi ta’ vini tad-demm), inklużi puplesija, attakk tal-qalb, emboliżmu jew trombożi.

      Sejjaħ għall-għajnuna tal-emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi

      bħal uġigħ jew pressjoni fis-sider; uġigħ f’dirgħajk, dahrek, għonqok jew fix-xedaq tiegħek; nuqqas ta’ nifs; torqodlok jew tħoss dgħufija fuq naħa waħda ta’ ġismek; diffikultajiet biex titkellem; uġigħ ta’ ras; bidliet fil-vista; jew sturdament matul it-trattament b’din il-mediċina.


    • Jekk tbati minn problemi ta’ fsada.

      Inlyta jista’ jżidlek il-probabilità ta’ fsad. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi fsada, qed tisgħol id-demm jew għandek sputum bid-demm waqt il-kura b’din il-mediċina.


      Jekk għandek jew kellek anewriżmu (tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina) jew tiċrita f’ħajt ta’ vina.


    • Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina jaqbdek uġigħ sever fl-istonku (fl-addome) jew uġigħ fl-istonku li ma jiqafx.

      Inlyta jista’ jżid ir-riskju ta’ żvilupp ta’ toqba fl-istonku jew fl-intestini jew ta’ formazzjoni ta’

      fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda).

      Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ sever fl-addome matul it-trattament b’din il-mediċina.


    • Jekk ser tagħmel operazzjoni jew jekk għandek ferita li ma fiqitx.

      It-tabib tiegħek għandu jwaqqaf Inlyta tal-inqas 24 siegħa qabel l-operazzjoni tiegħek billi dan jista’ jaffettwa l-fejqan tal-ferita. It-trattament tiegħek b’din il-mediċina għandu jkompli meta l- ferita tkun fieqet b’mod adegwat.


    • Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina, ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, konfużjoni, aċċessjonijiet, jew bidliet fil-vista bi pressjoni għolja tad-demm jew mingħajrha.

      Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek. Dan jista’ jkun effett

      sekondarju newroloġiku rari msejjaħ is-sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli.


    • Jekk għandek problemi fil-fwied.

      It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm sabiex jiċċekka l-funzjoni tal-fwied tiegħek qabel u matul it-trattament b’Inlyta.


    • Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina jkollok sintomi bħal għeja eċċessiva, nefħa fl- addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, qtugħ ta’ nifs, jew vini mqabbża ’l barra fl-għonq. Inlyta jista’ jżid ir-riskju ta’ żvilupp ta’ avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb. It-tabib tiegħek għandu jissorveljak perjodikament għal sinjali jew sintomi ta’ avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal- qalb matul it-trattament b’axitinib.

      Użu fit-tfal u fl-adolexxenti


      Inlyta mhuwiex rakkomandat għal persuni taħt it-18-il sena. Din il-mediċina ma ġietx studjata fit-tfal u l-adolexxenti.

      Mediċini oħra u Inlyta

      Ċerti mediċini jistgħu jaffettwaw lil Inlyta, jew jiġu affettwati minnu. Jekk jogħġbok għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina

      oħra, inklużi mediċini oħra mingħajr riċetta, vitamini u mediċini tal-ħxejjex. Il-mediċini elenkati f’dan il-fuljett jistgħu ma jkunux l-uniċi li jistgħu jinteraġixxu ma’ Inlyta.


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’Inlyta:

    • ketoconazole jew itraconazole, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet fungali;

    • clarithromycin, erythromycin jew telithromycin, antibijotiċi użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet batterjali;

    • atazanavir, indinavir, nelfinavir, ritonavir jew saquinavir, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet tal-HIV/AIDS;

    • nefazodone, użat għat-trattament tad-depressjoni.


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Inlyta:

    • rifampicin, rifabutin jew rifapentin, użati għat-trattament tat-tuberkulożi (TB);

    • dexamethasone, mediċina sterojde mogħtija bir-riċetta għal bosta kondizzjonijiet differenti, inkluż mard serju;

    • phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital, antiepilettiċi użati sabiex iwaqqfu l-aċċessjonijiet jew fits

    • St. John’s worth (Hypericum perforatum), prodott magħmul mill-ħxejjex użat għat-trattament tad-dipressjoni.


      M’għandekx tieħu dawn il-mediċini matul it-trattament tiegħek b’Inlyta. Jekk qed tieħu xi waħda minnhom, għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini, jibdel id-doża ta’ Inlyta, jew jagħtik mediċina differenti.


      Inlyta jista’ jżid l-effetti sekondarji assoċjati ma’ theophylline, użata għat-trattament tal-ażma jew mard ieħor tal-pulmun.


      Inlyta ma’ ikel u xorb

      Tiħux din il-mediċina mal-grejprut jew mal-meraq tal-grejpfrut, peress li jistgħu jżidu l-probabilità ta’ effetti sekondarji.


      Tqala u treddigħ


    • Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    • Inlyta jista’ jagħmel ħsara lil tarbija fil-ġuf jew lil tarbija li qed terda’.


    • Tiħux din il-mediċina matul it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma teħodha jekk inti tqila jew tista’ tinqabad tqila.


    • Uża metodu ta’ kontraċezzjoni affidabbli waqt li tieħu Inlyta u sa ġimgħa wara l-aħħar doża ta’ din il-mediċina, sabiex tevita t-tqala.


    • Treddax matul it-trattament b’Inlyta. Jekk qed tredda’, it-tabib tiegħek għandu jiddiskuti miegħek jekk twaqqafx it-treddigħ jew inkella t-trattament b’Inlyta.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    Jekk tħoss sturdament u/jew tħoss għeja matul it-trattament b’Inlyta, oqgħod partikolarment attent meta ssuq jew tħaddem magni.

    Inlyta fih il-lactose


    Jekk it-tabib qallek li ma tittollerax ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.


    Inlyta fih sodium


    Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Inlyta


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermer tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ 5 mg darbtejn kuljum. Imbagħad, it-tabib tiegħek jista’ jżid jew inaqqas id-doża tiegħek skont kif tittollera t-trattament b’Inlyta.


    Ibla’ l-pilloli sħaħ mal-ilma, mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ħu d-dożi ta’ Inlyta bejn wieħed u ieħor 12- il siegħa ’l bogħod minn xulxin.


    Jekk tieħu Inlyta aktar milli suppost

    Jekk bi żball tieħu aktar pilloli jew doża ogħla milli suppost, ikkuntattja lil tabib għal parir minnufih. Jekk ikun possibbli, uri lit-tabib il-pakkett, jew dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.


    Jekk tinsa tieħu Inlyta

    Ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għall-pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tirremetti filwaqt li qed tieħu Inlyta

    Jekk tirremetti, m'għandhix tittieħed doża oħra. Id-doża preskritta li jmiss għandha tittieħed fil-ħin tas- soltu.


    Jekk tieqaf tieħu Inlyta

    Jekk ma tistax tieħu din il-mediċina kif qallek it-tabib jew tħoss li m’għandekx bżonnha aktar, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ċerti effetti sekondarji jistgħu jkunu serji. Trid tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnuih jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin (ara wkoll sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta”):


    • Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok għeja eċċessiva, nefħa fl-addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, qtugħ ta’ nifs, jew vini mqabbża ’l barra fl-għonq.


    • Emboli fil-vini u l-arterji tiegħek (tipi ta’ vini tad-demm), inklużi puplesija, attakk tal- qalb, emboliżmu jew trombożi. Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-

      tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal uġigħ jew pressjoni f’sidrek; uġigħ f’dirgħajk, dahrek, għonqok jew fix-xedaq tiegħek; nuqqas ta’ nifs; torqodlok jew tħoss dgħufija f’naħa waħda ta’ ġismek; diffikultajiet biex titkellem; uġigħ ta’ ras; bidliet fil-vista; jew sturdament.


    • Fsada. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi jew problema serja ta’ fsada waqt il-kura b’Inlyta: ippurgar iswed b’konsistenza li tweħħel, sogħla bid-demm jew sputum bid-demm, jew bidla fis-stat mentali tiegħek..


    • Toqba fl-istonku jew fl-intestini jew formazzjoni ta’ fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda). Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ sever fl-addome.


    • Żieda severa fil-pressjoni tad-demm (kriżi ipertensiva). Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek pressjoni għolja ħafna tad-demm, uġigħ ta’ ras sever, jew uġigħ sever f’sidrek.


    • Nefħa riversibbli tal-moħħ (sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli). Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, konfużjoni, aċċessjonijiet, jew bidliet fil-vista bi pressjoni għolja tad-demm jew mingħajrha.


    Effetti sekondarji oħra b’Inlyta jistgħu jinkludu:


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni

    • Pressjoni għolja tad-demm, jew żidiet fil-pressjoni tad-demm

    • Dijarea, tħossok jew tkun marid (nawsja jew rimettar), uġigħ fl-istonku, indiġestjoni, uġigħ fil- ħalq, l-ilsien jew fil-griżmejn, stitikezza

    • Qtugħ ta’ nifs, sogħla, ħanqa

    • Nuqqas ta’ enerġija, sensazzjoni ta’ dgħufija jew għeja

    • Glandola tat-tirojde mhux attiva bħas-soltu (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Ħmura u nefħa tal-pali tal-idejn jew tal-qiegħ tas-saqajn (sindrome ta’ id-sieq), raxx fuq il- ġilda, nixfa tal-ġilda

    • Uġigħ fil-ġogi, uġigħ fl-idejn u fis-saqajn

    • Telf tal-aptit

    • Proteina fl-awrina (dan jista’ jidher fit-testijiet tal-awrina tiegħek)

    • Telf tal-piż

    • Uġigħ ta’ ras, disturb tat-togħma jew telf tat-togħma


      Komuni jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

    • Deidratazzjoni (telf ta’ fluwidi tal-ġisem)

    • Insuffiċjenza tal-kliewi

    • Gass, murliti, fsad mill-ħanek, fsad mir-rektum, sensazzjoni ta’ ħruq jew tingiż fil-ħalq

    • Glandola tat-tirojde iperattiva (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Uġigħ fil-griżmejn jew irritazzjoni fl-imnieħer jew fil-griżmejn

    • Uġigħ fil-muskoli

    • Fsada mill-imnieħer

    • Ħakk tal-ġilda, ħmura tal-ġilda, telf ta’ xagħar

    • Żanżin/ħsejjes fil-widnejn (tinnitus)

    • Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli ħomor tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits tad-demm (ċelloli li jgħinu d-demm jagħqad) (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Preżenza ta’ ċelloli ħomor tad-demm fl-urina (dan jista’ jidher fit-testijiet tal-awrina tiegħek)

    • Bidliet fil-livelli ta’ sustanzi kimiċi/enzimi differenti fid-demm (dawn jistgħu jidhru fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Żieda fin-numru taċ-ċelluli ħomor tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

    • Nefħa fl-addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, vini mqabbża ’l barra fl-għonq, għeja eċċessiva, qtugħ ta’ nifs (sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb)

    • Fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda)

    • Sturdament

    • Infjammazzjoni tal-marrara


      Mhux komuni jisgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

    • Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)


      Mhux magħrufa

    • Tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew tiċrita f’ħajt ta’ vina (anewriżmi u dissezzjonijiet tal- arterji).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Inlyta


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja tal-fojl jew fuq il-flixkun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina ma teħtieġx kondizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Tuża l-ebda pakkett li jkun difettuż jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Inlyta


Kif jidher Inlyta u l-kontenut tal-pakkett


Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, ovali u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “1 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 1 mg jiġi fi fliexken ta’ 180 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, tondi u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “3 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 3 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.


Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, triangolari u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “5 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 5 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.


Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, b’forma ta’ djamant u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “7 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 7 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifattur


Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH Betriebsstätte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/ België /Belgien

Pfizer SA/NV

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11


Česká republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420 283 004 111

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: +36-1-488-37-00


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel. +356 21344610


Deutschland

PFIZER PHARMA GmbH Tel: +49 (0)30 550055 51000

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τλ: +30 210 6785 800

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


España

Pfizer S.L.

Tél: +34 91 490 99 00

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o Tel.:+48 22 335 61 00


France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

România

Pfizer Romania S.R.L. Tel: +40 (0) 21 207 28 00


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400


Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel.: + 421 2 3355 5500


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40


Kύπρος

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch) Τηλ: +357 22 817690

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0) 1304 616161


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.