Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Imbruvica
ibrutinib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


IMBRUVICA 140 mg kapsuli ibsin

ibrutinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu IMBRUVICA u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu IMBRUVICA

  3. Kif għandek tieħu IMBRUVICA

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen IMBRUVICA

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu IMBRUVICA u gћalxiex jintuża X’inhu IMBRUVICA

    IMBRUVICA huwa mediċina kontra l-kanċer li fih is-sustanza attiva ibrutinib. Huwa jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini msejħa impedituri tal-proteina kinase.


    Gћalxiex jintuża IMBRUVICA

    Huwa jintuża biex jittratta dawn il-kanċers fid-demm li ġejjin, fl-adulti:

    • Limfoma taċ-ċellula mantle (MCL - Mantle Cell Lymphoma), tip ta’ kanċer li jaffettwa l- għoqod tal-limfa, meta l-marda terġa’ tiġi lura jew ma tkunx irrispondiet għat-trattament.

    • Lewkimja limfoċitika kronika (CLL - Chronic Lymphocytic Leukaemia) tip ta’ kanċer li jaffettwa ċ-ċelluli bojod tad-demm msejħa limfoċiti li wkoll jinvolvi l-għoqod tal-limfa. IMBRUVICA jintuża f’pazjenti li ma kinux ġew ittrattati għal CLL qabel jew meta l-marda terġa’ tfiġġ mill-ġdid jew ma tkunx irrispondiet għat-trattament.

    • Makroglobulinemija ta’ Waldenström (WM), tip ta’ kanċer li jaffettwa ċ-ċelluli bojod tad-demm imsejħa limfoċiti. Huwa jintuża f’pazjenti li qabel ma kinux ġew trattati għal WM jew meta l- marda tfiġġ mill-ġdid jew ma tkunx irrispondiet għat-trattament jew f’pazjenti li għalihom kimoterapija mogħtija flimkien ma’ antikorp mhijiex terapija adattata.


      Kif jaħdem IMBRUVICA

      F’MCL, CLL u WM, IMBRUVICA jaħdem billi jimblokka tyrosine kinase ta’ Bruton, proteina fil- ġisem li tgħin lil dawn iċ-ċelluli tal-kanċer jikbru u jibqgħu ħajjin. Billi jimblokka din il-proteina, IMBRUVICA jgħin biex joqtol u jnaqqas in-numru ta’ ċelluli tal-kanċer. Huwa jnaqqas ukoll ir-rata li biha l-kanċer imur għall-agħar.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu IMBRUVICA Tiħux IMBRUVICA

    • jekk inti allerġiku għal ibrutinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

    • jekk inti qed tieħu mediċina magħmula mill-ħxejjex msejħa St. John’s Wort, li tintuża għad- depressjoni. Jekk mintix ċert/a dwar dan, kellem lit-tabib lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu IMBRUVICA:

    • jekk qatt kellek tbenġil jew ħruġ ta’ demm mhux tas-soltu jew jekk qiegħed fuq kwalunkwe mediċina jew suppliment li jżidulek ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm (ara s-sezzjoni “Mediċini oħra u IMBRUVICA”)

    • jekk għandek qalb tħabbat b’mod irregolari jew għandek storja ta’ qalb tħabbat b’mod irregolari jew insuffiċjenza serja tal-qalb jew jekk tħoss xi waħda minn dawn li ġejjin: qtugħ ta’ nifs, dgħufija, sturdament, mejt, jagħtik ħass ħażin jew ikun kważi se jagħtik ħass ħażin, uġigħ fis- sider jew riġlejn minfuħin

    • jekk għandek problemi fil-fwied, inkluż jekk qatt kellek jew bħalissa għandek infezzjoni tal- epatite B (infezzjoni fil-fwied)

    • jekk għandek pressjoni għolja

    • jekk dan l-aħħar għamilt xi operazzjoni, speċjalment jekk din tista’ taffettwa l-mod kif tassorbi l-ikel jew il-mediċini mill-istonku jew mill-imsaren

    • jekk inti qed tippjana li tagħmel operazzjoni – it-tabib tiegħek jista’ jistaqsik biex tieqaf tieħu IMBRUVICA għal perjodu qasir ta’ żmien (minn 3 sa 7 ijiem) qabel u wara l-operazzjoni tiegħek

    • jekk għandek problemi fil-kliewi.


      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel jew waqt li qed tieħu din il-mediċina (ara sezzjoni “Effetti sekondarji possibbli”).


      Meta tieħu IMBRUVICA, għid lit-tabib minnufih jekk tinduna jew xi ħadd jinduna fuqek li jkollok: telf ta’ memorja, problema biex taħseb, diffikultà biex timxi jew telf tal-vista – dawn jistgħu jkunu minħabba infezzjoni rari ħafna imma serja tal-moħħ li tista’ tkun fatali (Lewkoenċefalopatija Multifokali Progressiva jew PML (Progressive Multifocal Leukoencephalopathy)).


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota jew xi ħadd ieħor jinnota fik: tnemnim jew dgħufija f’daqqa fid-dirgħajn u fir-riġlejn (speċjalment fuq naħa waħda tal-ġisem), konfużjoni f’daqqa, diffikultà biex titkellem jew tifhem id-diskors, telf tal-vista, diffikultà biex timxi, telf ta’ bilanċ jew nuqqas ta’ koordinazzjoni, uġigħ ta’ ras sever f’daqqa mingħajr l-ebda kawża magħrufa. Dawn jistgħu jkunu sinjali u sintomi ta’ puplesija.


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa uġigħ in-naħa ta’ fuq tax-xellug taż-żaqq (addome), uġigħ taħt il-qafas tas-sider tax-xellug jew fit-tarf tal-ispalla tax-xellug (dawn jistgħu jkunu sintomi li nfaqgħet il-milsa) wara li tieqaf tieħu IMBRUVICA.


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota qtugħ ta’ nifs, diffikultà biex tieħu n-nifs meta timtedd, nefħa fis-saqajn, fl-għekiesi jew fir-riġlejn u dgħufija/għeja (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb) matul it-trattament b’IMBRUVICA.


      Tista’ tesperjenza infezzjonijiet virali, batteriċi, jew fungali matul il-kura b’IMBRUVICA. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok deni, tertir ta’ bard, dgħufija, konfużjoni, uġigħ f’ġismek, sintomi qishom ta’ riħ jew tal-influwenza, tħossok għajjien jew ikollok qtugħ ta’ nifs, sfurija fil-ġilda jew fl-għajnejn (suffejra). Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni.


      Limfoistċitożi emofagoċitika

      Kien hemm rapporti rari ta’ attivazzjoni eċċessiva taċ-ċelluli bojod tad-demm assoċjati mal- infjammazzjoni (limfoċitożi emofagoċitika), li tista’ tkun fatali jekk ma tiġix iddijanjostikata u trattatata mill-bidu. Jekk tħoss diversi sintomi bħal deni, glandoli minfuħa, tbenġil jew raxx fil-ġilda, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.


      Testijiet u check-ups qabel u waqt it-trattament

      Sindrome tal-lisi tat-tumur (Tumour Lysis Syndrome, TLS): Kien hemm livelli mhux tas-soltu ta’ kimiċi fid-demm ikkaġunati mit-tkisser ta’ ċelluli tal-kanċer waqt it-trattament għal kanċer u xi kultant

      anke mingħajr trattament. Dan jista’ jwassal għal bidliet fil-funzjoni tal-kliewi, fit-taħbit ta’ qalb anormali, jew f’attakki pupletiċi. It-tabib tiegħek jew fornitur tal-kura tas-saħħa ieħor għandu mnejn jagħmel testijiet tad-demm biex jiċċekkja għal TLS.


      Limfoċitosi: Testijiet tal-laboratorju jistgħu juru żieda fiċ-ċelluli bojod tad-demm (msejħa “limfoċiti”) fid-demm tiegħek fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ trattament. Dan huwa mistenni u jista’ jdum għal xi ftit xhur Dan mhux neċessarjament ifisser li l-kanċer fid-demm tiegħek sejjer għall-agħar. It-tabib tiegħek se jiċċcekkja l-għadd tad-demm tiegħek qabel u waqt it-trattament u f’każijiet rari jista’ jkun li jkollhom ituk mediċina oħra. Kellem lit-tabib tiegħek dwar x’ifissru r-riżultati tat-testijiet tad-demm tiegħek.


      Avvenimenti marbuta mal-fwied: It-tabib tiegħek se jgħammillek xi testijiet tad-demm biex jiċċekkja jekk il-fwied tiegħek huwiex qed jaħdem sew jew li inti m’għandekx infezzjoni fil-fwied, magħrufa bħala epatite virali, jew jekk l-epatite B saritx attiva mill-ġdid, li tista’ tkun fatali.


      Tfal u adolexxenti

      IMBRUVICA m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti. Dan minħabba li ma ġiex studjat f’dawn il- gruppi ta’ etajiet.


      Mediċini oħra u IMBRUVICA

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini miksuba mingħajr riċetta, mediċini magħmulin mill-ħxejjex u supplimenti. Dan minħabba li IMBRUVICA jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu mediċini oħra. Ukoll xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw l-mod kif jaħdem IMBRUVICA.


      IMBRUVICA jista’ jġiegħel id-demm joħroġlok b’mod aktar faċli. Dan ifisser li inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tieħu mediċini oħra li jżidulek ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. Dan jinkludi:

    • acetyl salicylic acid u mediċini kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi (NSAIDs - non-steroidal anti-inflammatories) bħal ibuprofen jew naproxen

    • mediċini li jraqqu d-demm bħal warfarina, eparina jew mediċini oħra għal tagħqid tad-demm

    • supplimenti li jistgħu jżidu r-riskju li inti joħroġlok id-demm bħal żejt tal-ħuta, vitamina E jew żerriegħa tal-kittien.


      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu IMBRUVICA.


      Ukoll għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin – L- effetti ta’ IMBRUVICA jew ta’ mediċini oħra jistgħu jiġu influwenzati jekk inti tieħu IMBRUVICA flimkien ma’ xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

    • mediċini msejħa antibijotiċi biex jittrattaw infezzjonijiet bil-batterji – clarithromycin, telithromycin, ciprofloxacin, erythromycin jew rifampin

    • mediċini għal infezzjonijiet bil-fungu – posaconazole, ketoconazole, itraconazole, fluconazole jew voriconazole

    • mediċini għal infezzjonijiet bl-HIV – ritonavir, cobicistat, indinavir, nelfinavir, saquinavir, amprenavir, atazanavir, jew fosamprenavir

    • mediċini biex jilqgħu kontra d-dardir u r-rimettar assoċjati mal-kimoterapija - aprepitant

    • mediċini għad-despressjoni - nefazodone

    • mediċini msejħa impedituri ta’ kinase għat-trattament ta’ kanċers oħra – crizotinib jew imatinib

    • mediċini msejħa imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju għal pressjoni għolja jew uġigħ fis-sider,– diltiazem jew verapamil

    • mediċini msejħa statins biex jittrattaw livell għoli ta’ kolesterol - rosuvastatin

    • mediċini tal-qalb/kontra l-arritmija – amiodarone jew dronedarone.

    • mediċini biex jilqgħu kontra aċċessjonijiet jew biex jittrattaw l-epilessija, jew mediċini biex jittrattaw kundizzjoni bl-uġigħ fil-wiċċ imsejħa nevraġija triġeminali – carbamazepine jew phenytoin

      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu IMBRUVICA.


      Jekk inti qed tieħu digoxin, mediċina li tintuża għal problemi fil-qalb, jew methotrexate, mediċina użata biex titratta kanċers oħra u biex tnaqqas l-attività tas-sistema immuni (eż., għall-artrite rewmatojde jew għall-psorjasi), din għandha titteħed mill-inqas 6 sigħat qabel jew wara IMBRUVICA.


      IMBRUVICA mal-ikel

      Tiħux IMBRUVICA mal-grejpfrut jew mal-larinġ ta’ Sivilja (laring tal-bakkaljaw) – dan jinkludi tikolhom, tixrob il-meraq tagħhom jew tieħu suppliment li jista’ jkun fih lilhom. Dan minħabba li jistgħu jżidu l-ammont ta’ IMBRUVICA fid-demm tiegħek.


      Tqala u treddigħ

      Tinqabadx tqila waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

      IMBRUVICA m’għandux jintuża waqt it-tqala. Ma hemm l-ebda informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ IMBRUVICA f’nisa tqal.


      Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw metodu effettiv ħafna ta’ kontroll tat-tqala waqt u għal tliet xhur wara li jirċievu IMBRUVICA, biex jevitaw li jinqabdu tqal waqt li jkunu qed jiġu ttrattati b’IMBRUVICA.


    • Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk inti tinqabad tqila.

    • Treddax waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Inti tista’ tħossok għajjien/a jew stordut/a wara li tieħu IMBRUVICA, li jista’ jaffettwa l-ħila li inti ssuq jew tħaddem kwlaunkwe għodda jew magna.


      IMBRUVICA fih sodium

      IMBRUVICA fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, li tista’ tgħid huwa essenzjalment ‘mingħajr sodium’.


  3. Kif għandek tieħu IMBRUVICA


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek. Iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    Limfoma taċ-ċellula mantle (MCL)

    Id-doża rrakkomandata ta’ IMBRUVICA hija erba’ kapsuli (560 mg) darba kuljum.


    Lewkimja limfoċitika kronika (CLL)/makroglobulinemija ta’ Waldenström (WM)

    Id-doża rrakkomandata ta’ IMBRUVICA hija tliet kapsuli (420 mg) darba kuljum. It-tabib tiegħek jista’ jaġġustalek id-doża.

    Meta tieħu din il-mediċina

    • Ħu l-kapsuli mill-ħalq ma’ tazza ilma.

    • Ħu l-kapsuli madwar l-istess ħin kuljum.

    • Ibla’ l-kapsuli sħaħ. Tiftaħhomx, tfarrakhomx u tomgħodhomx.


      Jekk tieħu IMBRUVICA aktar milli suppost

      Jekk tieħu IMBRUVICA aktar milli suppost, kellem tabib jew mur fi sptar minnufih. Ħu l-kapsuli u dan il-fuljett miegħek.

      Jekk tinsa tieħu IMBRUVICA

    • Jekk tinsa tieħu doża, hija tista’ tittieħed kemm jista’ jkun malajr dakinhar filwaqt li tmur lura għall-iskeda normali l-għada.

    • M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

    • Jekk mintix ċert, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek dwar meta għandek tieħu d-doża li jmissek.


      Jekk tieqaf tieħu IMBRUVICA

      M’għandekx tieqaf tieħu din il-mediċina sakemm ma jgħidlikx tagħmel dan it-tabib tiegħek.

      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina:


    Ieqaf ħu IMBRUVICA u għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin:

    raxx bil-ħakk u mqabbeż, diffikultà biex tieħu n-nifs, nefħa f’wiċċek, f’xofftejk, fi lsienek jew fil- gerżuma – jista’ jkun li inti qed ikollok reazzjoni allerġika għall-mediċina.

    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

    • deni, tkexkix ta’ bard, uġigħ fil-ġisem, tħossok għajjien/a, sintomi ta’ riħ jew tal-influwenza,

      ikollok qtugħ ta’ nifs – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni (virali, batterjali jew fungali). Dawn jistgħu jinkludu infezzjonijiet tal-imnieħer, tas-sinus jew tal-gerżuma (infezzjoni fin-naħa

      ta’ fuq tal-apparat tan-nifs), jew tal-pulmun, jew tal-ġilda

    • tbenġil jew tendenza akbar ta’ tbenġil

    • feriti fil-ħalq

    • tħossok stordut

    • uġigħ ta’ ras

    • stitikezza

    • tħossok imdardar jew tirremetti (nawsja jew rimettar)

    • dijarea, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jagħtik sostituzzjoni ta’ fluwidi u melħ jew mediċina oħra

    • raxx fil-ġilda

    • uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

    • uġigħ fid-dahar jew fil-ġogi

    • bugħawwiġijiet, uġigħ jew spażmi fil-muskoli

    • numru baxx ta’ ċelluli li jgħinu d-demm jagħqad (plejtlits), numru baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm – jidhru fit-testijiet tad-demm

    • żieda fin-numru jew fil-proporzjon ta’ ċelluli bojod tad-demm li jidhru fit-testijiet tad-demm

    • livell għoli ta’ “aċidu uriku” fid-demm (jidher fit-testijiet tad-demm), li jista’ jikkawża l-gotta.

    • idejn, għekiesi jew saqajn minfuħin

    • pressjoni tad-demm għolja

    • żieda fil-livell tal-kreatinina fid-demm.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • infezzjonijiet qawwija mal-ġisem kollu (sepsi)

    • infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina

    • tinfaġar, tikek żgħar ħomor jew vjola kkawżati minn ħruġ ta’ demm taħt il-ġilda

    • demm fl-istonku, ġewwieni, ippurgar jew fl-awrina tiegħek, menstrwazzjoni qawwija aktar mis- soltu jew ħruġ ta’ demm li ma tistax twaqqfu minn ferita

    • insuffiċjenza tal-qalb

    • rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, taħbit tal-qalb maqbuż, polz dgħajjef jew mhux regolari, mejt, qtugħ ta’ nifs, skumdità fis-sider (sintomi ta’ problemi tar-ritmu tal-qalb)

    • għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm bid-deni (newtropenija bid-deni)

    • kanċer tal-ġilda li mhuwiex melanoma, b’mod l-aktar frekwenti jkun kanċer tal-ġilda taċ-ċelluli skwamużi jew taċ-ċelluli tal-bażi

    • vista mċajpra

    • ħmura fil-ġilda

    • infjammazzjoni fil-pulmun li tista’ twassal għal ħsara permanenti.

    • id-dwiefer jinkissru

    • dgħufija, titrix, tnemnim jew uġigħ f’idejk jew f’saqajk jew f’partijiet oħra tal-ġisem (newropatija periferali).


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    • insuffiċjenza tal-fwied, inkluż avvenimenti b’riżultat fatali

    • infezzjonijiet severi bil-fungu

    • konfużjoni, uġigħ ta’ ras b’taħdit ma jiftiehmx jew tħossok se jtik ħass ħażin – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħruġ ta’ demm serju fil-moħħ

    • livelli mhux tas-soltu ta’ kimika fid-demm ikkawżata mid-diżintegrazzjoni mgħaġġla taċ-ċelluli tal-kanċer seħħew matul it-trattament tal-kanċer u xi drabi anke mingħajr trattament (sindrome

      ta’ lisi tat-tumur)

    • reazzjoni allerġika, xi drabi severa, li tista’ tinkludi wiċċ, xofftejn, ħalq, ilsien jew gerżuma minfuħa, diffikultà biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, raxx bil-ħakk (ħorriqija).

    • infjammazzjoni tat-tessut xaħmi ta’ taħt il-ġilda

    • episodju temporanju ta’ tnaqqis fil-funzjoni tal-moħħ jew tan-nervituri kkawżata minn telf ta’ fluss tad-demm, puplesija

    • ħruġ ta’ demm fl-għajn (f’xi każijiet assoċjat ma’ telf tal-vista)

    • ulċerazzjoni bl-uġigħ fil-ġilda (pajoderma gangrenosum) jew rqajja’ ħomor, imqabbża u bl- uġigħ fil-ġilda, deni, u żieda fiċ-ċelluli bojod tad-demm (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ dermatożi newtrofilika bid-deni jew sindrom ta’ Sweet).


      Rari (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • żieda kbira fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm li tista’ tikkawża li ċ-ċelluli jeħlu flimkien


      Mhix magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • raxx sever b’infafet u tqaxxir tal-ġilda, partikolarment madwar il-ħalq, l-imnieħer, l-għajnejn u l-partijiet intimi (Sindrome ta’ Stevens-Johnson).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

      tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen IMBRUVICA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih IMBRUVICA


Kif jidher IMBRUVICA u l-kontenut tal-pakkett

IMBRUVICA huma kapsuli ibsin bojod opaki, immarkati b’“ibr 140 mg” b’linka sewda fuq naħa waħda.

Il-kapsuli huma pprovduti fi flixkun tal-plastik b’għatu tal-polypropylene li ma jistax jinfetaħ mit-tfal. Kull flixkun fih 90 jew 120 kapsula. Kull pakkett fih flixkun wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Manifattur

Janssen Pharmaceutica NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.: +359 2 489 94 00

jjsafety@its.jnj.com

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel: +420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 82 82

jacdk@its.jnj.com

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000

Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

janssen@jacnl.jnj.com


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00

jacno@its.jnj.com


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

contacto@its.jnj.com

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.:+48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel.: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB c/o Vistor hf

Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800 688 777 / +39 02 2510 1

janssenita@its.jnj.com

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300

jacfi@its.jnj.com


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Τηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00

jacse@its.jnj.com


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’