Temozolomide Sandoz
temozolomide
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’
tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Temozolomide Sandoz u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Temozolomide Sandoz
Kif għandek tieħu Temozolomide Sandoz
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Temozolomide Sandoz
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Temozolomide Sandoz fih mediċina msejħa temozolomide. Din il-mediċina hija sustanza kontra t- tumuri.
Temozolomide Sandoz jintuża għall-kura ta’ tipi speċifiċi ta’ tumuri tal-moħħ:
f’adulti li jkunu għadhom kif ġew iddijanjostikati bi glioblastoma multiforme. Temozolomide Sandoz l-ewwel jintuża ma’ radjuterapija (fażi konkomittanti tal-kura) u mbagħad waħdu (fażi ta’ kura b’monoterapija).
fi tfal li għandhom minn 3 snin ’il fuq u f’pazjenti adulti bi glijoma malinna, bħal glioblastoma multiforme jew astroċitoma anaplastika. Temozolomide Sandoz jintuża f’dawn it-tumuri jekk jerġgħu joħorġu jew imorru għall-agħar wara kura standard.
jekk inti allerġiku għal temozolomide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla
fis-sezzjoni 6).
jekk kellek reazzjoni allerġika għal dacarbazine (mediċina kontra l-kanċer, kultant imsejħa DTIC). Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jinkludu ħakk, qtugħ ta’ nifs jew tħarħir, nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien jew grieżem.
jekk ċerti tipi ta’ ċelloli tad-demm jonqsu b’mod serju (majelosuppressjoni), bħal meta l-għadd taċ-ċelloli l-bojod tad-demm u l-għadd tal-plejtlets jitbaxxa. Dawn iċ-ċelloli tad-demm huma importanti biex tiġi miġġielda infezzjoni u biex id-demm jagħqad kif suppost. It-tabib tiegħek sejjer janalizza d-demm tiegħek biex ikun żgur li għandek biżżejjed minn dawn iċ-ċelloli qabel tibda l-kura.
Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Temozolomide Sandoz
peress li inti trid tinżamm taħt osservazzjoni stretta għall-iżvilupp ta’ forma serja ta’ infezzjoni fis-sider imsejħa pulmonite Pneumocystis jirovecii (PCP). Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat (glioblastoma multiforme) tista’ tingħata Temozolomide Sandoz għal 42 jum flimkien ma’ radjuterapija. F’dan il-każ, it-tabib tiegħek sejjer jordnalek ukoll mediċina biex tgħinek tevita dan it-tip ta’ pnewmonja (PCP).
jekk qatt kellek jew jista’ jkollok issa infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li temozolomide jista’ jikkawża l-attivazzjoni mill-ġdid tal-epatite B, li f’xi każijiet tista’ tkun fatali. Il-pazjenti ser jiġu ċċekkjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta’ din l-infezzjoni qabel ma tinbeda l-kura.
jekk int għandek għadd baxx ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija), ċelloli bojod tad-demm u plejtlets jew problemi bl-għaqid tad-demm qabel ma tibda l-kura, jew jekk int tiżviluppahom
matul il-kura. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jnaqqas id-doża. F’każijiet serji, it-
tabib tiegħek jista’ jinterrompi, iwaqqaf jew ibiddel il-kura tiegħek. Jista’ jkollok bżonn ukoll ta’ kuri oħrajn. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li t-trattament b’Temozolomide Sandoz jitwaqqaf. Id-demm tiegħek jiġi ttestjat ta’ spiss matul il-kura sabiex jimmonitorja l-effetti sekondarji ta’ Temozolomide Sandoz fuq iċ-ċelloli tad-demm tiegħek.
peress li inti jista’ jkollok riskju żgħir ta’ tibdiliet oħrajn fiċ-ċelloli tad-demm, inkluż
lewkemija.
jekk ikollok dardir (tħoss l-istonku mhux f’postu) u/jew rimettar, it-tnejn li huma huma effetti sekondarji komuni ħafna ta’ Temozolomide Sandoz (ara sezzjoni 4), it-tabib tiegħek jista’ jordnalek mediċina (anti-emetika) biex tgħinek tevita r-rimettar.
Jekk tirremetti ta’ spiss qabel jew waqt il-kura, staqsi lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar ħin biex tieħu Temozolomide Sandoz sakemm ir-rimettar tiegħek ikun taħt kontroll. Jekk tirremetti wara li tieħu d-doża, terġax tieħu doża oħra fl-istess ġurnata.
jekk jitlagħlek id-deni jew joħorġulek is-sintomi ta’ infezzjoni, ikkuntattja lit-tabib tiegħek
minnufih.
jekk għandek iktar minn 70 sena. Tista’ tkun iktar vulnerabbli li jaqbduk infezzjonijiet jew li
titbenġel jew li jkollok fsada.
jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi. Id-doża tiegħek ta’ Temozolomide Sandoz jista’ jkollha bżonn ta’ aġġustament.
Tagħtix din il-mediċina lil tfal li għandhom inqas minn 3 snin peress li ma ġietx studjata. Hemm
informazzjoni limitata f’pazjenti li għandhom ’l fuq minn 3 snin li ħadu Temozolomide Sandoz.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.
Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Dan għaliex inti m’għandekx tiġi kkurata b’Temozolomide Sandoz waqt it-tqala sakemm ma jkunx indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.
Iridu jittieħdu prekawzjonijiet kontraċettivi effettivi mill-pazjenti nisa li jkunu jistgħu joħorġu tqal
waqt it-trattament b’Temozolomide Sandoz, u għal mill-anqas 6 xhur wara t-tlestija tat-trattament.
Għandek tieqaf tredda’ meta tkun qed tirċievi kura b’Temozolomide Sandoz.
Temozolomide Sandoz jista’ jikkawża infertilità permanenti. Pazjenti rġiel għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva u m’għandux ikollhom tfal għal mill-anqas 3 xhur wara li jwaqqfu l-kura. Huwa rrakkomandat li jinkiseb parir dwar il-konservazzjoni tal-isperma qabel il-kura.
Temozolomide Sandoz jista’ jagħmlek għajjien jew bin-ngħas. F’dan il-każ, issuqx, tużax għodda jew
magni u ssuqx rota sakemm tara kif taffettwak din il-mediċina (ara sezzjoni 4).
Temozolomide Sandoz fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja
mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Dożaġġ u tul tal-kura
It-tabib tiegħek għandu jikkalkula d-doża korretta ta’ Temozolomide Sandoz. Din hija bbażata fuq id- daqs tiegħek (tul u piż) u jekk għandekx tumur rikorrenti u jekk fil-passat kontx ħadt kura bil- kemoterapija.
Tista’ tingħata mediċini oħra (anti-emetiċi) biex teħodhom qabel u/jew wara li tieħu Temozolomide
Sandoz biex tevita jew tikkontrolla d-dardir u r-rimettar.
Pazjenti li jkunu għadhom kif ġew dijanjostikati bi glioblastoma multiforme
Jekk int pazjent li għadek kif ġejt dijanjostikat, il-kura sejra ssir f’żewġ fażijiet:
Kura flimkien ma’ radjuterapija (fażi konkomittanti) l-ewwel
segwita minn kura b’Temozolomide Sandoz biss (fażi ta’ monoterapija).
Waqt il-fażi konkomitanti, it-tabib tiegħek ser jibdielek Temozolomide Sandoz b’doża ta’ 75 mg/m2 (doża tas-soltu). Ser tieħu din id-doża kuljum għal 42 jum (sa 49 jum) flimkien ma’ radjuterapija. Id- doża ta’ Temozolomide Sandoz tista’ tiġi ttardjata jew imwaqqfa, skont l-għadd taċ-ċelloli tad demm u kemm tittollera l-mediċina tiegħek waqt il-fażi konkomitanti.
Meta r-radjuterapija titlesta, inti tinterrompi l-kura għal 4 ġmgħat. Dan jagħti ftit żmien sabiex ġismek jerġa’ jirkupra.
Imbagħad, tibda l-fażi ta’ monoterapija.
Waqt il-fażi ta’ monoterapija, id-doża u l-mod kif tingħata Temozolomide Sandoz f’din l-fażi sejrin ikunu differenti. It-tabib tiegħek ser jikkalkula d-doża eżatta għalik. Jista’ jkun hemm sa 6 perijodi ta’ kura (ċikli). Kull wieħed idum 28 jum. Ser tieħu d-doża l-ġdida ta’ Temozolomide Sandoz waħedha darba kuljum għall-ewwel 5 ijiem (“jiem ta’ dożaġġ”) ta’ kull ċiklu. L-ewwel doża se tkun ta’
150 mg/m2. Imbagħad ikollok 23 jum mingħajr Temozolomide Sandoz. Dan b’kollox ikun ċiklu ta’
kura ta’ 28 jum.
Wara jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Ser terġa’ tieħu Temozolomide Sandoz darba kuljum għal 5 ijiem segwit bi 23 jum mingħajr Temozolomide Sandoz. Id-doża ta’ Temozolomide Sandoz tista’ tkun irranġata, ittardjata jew imwaqqfa għal kollox skond il-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek u/jew kemm tkun tiflaħ għall-mediċina tiegħek f’kull ċiklu ta’ kura.
Pazjenti b’tumuri li jkunu rritornaw jew aggravaw (glijoma malinna, bħal glioblastoma multiforme jew astroċitoma anaplastika) li jkunu qegħdin jieħdu Temozolomide Sandoz biss
Ċiklu ta’ kura b’Temozolomide Sandoz jieħu 28 jum.
Ser tieħu Temozolomide Sandoz waħdu darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem . Din id-doża ta’ kuljum tiddependi fuq jekk irċevejtx kimoterapija minn qabel jew le.
Jekk qatt ma kellek kura b’kimoterapija, l-ewwel doża ta’ Temozolomide Sandoz se tkun ta’
200 mg/m2 darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem. Jekk xi darba qabel kellek kura b’kimoterapija, l-
ewwel doża ta’ Temozolomide Sandoz se tkun ta’ 150 mg/m2 darba kuljum għall-ewwel ħamest ijiem.
Imbagħad ser jkollok 23 jum mingħajr Temozolomide Sandoz. Dan jammonta għal ċiklu ta’ kura ta’
28 jum.
Wara Jum 28, jibda ċ-ċiklu li jmiss. Imbagħad terġa’ tibda tingħata Temozolomide Sandoz darba kuljum għal ħamest ijiem, segwiti minn 23 jum mingħajr Temozolomide Sandoz.
Qabel kull ċiklu ġdid ta’ kura, id-demm tiegħek sejjer jiġi eżaminat biex isir magħruf jekk id-doża ta’ Temozolomide jeħtieġx li tiġi aġġustata. Jiddependi fuq ir-riżultati tat-testijiet tad-demm tiegħek, it- tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża tiegħek għaċ-ċiklu li jmiss.
Kif għandek tieħu Temozolomide Sandoz
Ħu d-doża ta’ Temozolomide Sandoz li ordnawlek darba kuljum, preferibbilment fl-istess ħin tal- ġurnata kuljum.
Ħu l-kapsuli fuq stonku vojt; pereżempju, mill-inqas siegħa qabel ma tkun bi ħsiebek tieħu l- kolazzjon. Ibla’ l-kapsula(i) sħiħa/sħaħ ma’ tazza ilma. Tiftaħx, tgħaffiġx u tomgħodx il-kapsuli. Jekk kapsula tkun imxaqqa, evita kuntatt tat-trab mal-ġilda, l-għajnejn jew l-imnieħer. Jekk inti bi żball iddaħħal xi ftit f’għajnejk jew f’imnieħrek, laħlaħ il-parti bl-ilma.
Jiddependi fuq id-doża mogħtija b’riċetta, jista’ jkollok bżonn li tieħu aktar minn kapsula waħda f’daqqa, u maż-żmien b’qawwiet differenti (kontenut tas-sustanza attiva, f’mg). Il-kulur tal-għatu tal- kapsula huwa differenti għal kull qawwa (ara t-tabella hawn taħt).
Qawwa | Kulur tal-qoxra |
Temozolomide Sandoz 5 mg kapsuli ibsin | aħdar |
Temozolomide Sandoz 20 mg kapsuli ibsin | isfar |
Temozolomide Sandoz 100 mg kapsuli ibsin | roża |
Temozolomide Sandoz 140 mg kapsuli ibsin | blu |
Temozolomide Sandoz 180 mg kapsuli ibsin | marun ħamrani |
Temozolomide Sandoz 250 mg kapsuli ibsin | abjad |
Għandek taċċerta ruħek li tifhem eżattament u li tiftakar dan li ġej:
kemm jeħtieġ li tieħu kapsuli f’kull jum tad-dożaġġ. Itlob lit-tabib jew lill-ispiżjar biex jiktiblek dan (inkluż il-kulur).
liema ġranet huma l-jiem tad-doża.
Irrevedi d-doża mat-tabib tiegħek kull darba li tibda ċiklu ġdid, minħabba li tista’ tkun differenti mill- aħħar ċiklu.
Dejjem għandek tieħu Temozolomide Sandoz skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Huwa importanti ħafna li tiċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Żbalji f’kif tieħu din il- mediċina jista’ jkollhom konsegwenzi serji fuq is-saħħa.
Jekk b’mod aċċidentali tieħu aktar kapsuli Temozolomide Sandoz milli kellek tieħu, ikkuntattja lit- tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek minnufih.
Ħu d-doża li nsejt kemm jista’ jkun malajr fl-istess ġurnata. Jekk tgħaddi ġurnata sħiħa, iċċekkja mat- tabib tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu, sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Ikkuntattja lit-tabibtiegħekminnufih jekk ikollokkwalunkweminndawnliġejjin:
reazzjoni allerġika serja (sensittività eċċessiva) (ħorriqija, tħarħir jew diffikultà oħra fit-teħid
tan-nifs),
fsada mhux ikkontrollata,
aċċessjonijiet (konvulżjonijiet),
deni,
kesħa
uġigħ ta’ ras li ma jkunx jista’ jgħaddi.
Il-kura b’Temozolomide Sandoz tista’ tikkawża tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelloli tad-demm. Dan jista’ jikkawżalek żieda fit-tbenġil jew fsada, anemija (nuqqas ta’ ċelloli ħomor tad-demm), deni, u tnaqqis fir-reżistenza għall-infezzjonijiet. It-tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli tad-demm normalment ma jdumx. F’xi każijiet, jista’ jieħu fit-tul u jista’ jwassal għal forma ta’ anemija serja ħafna (anemija aplastika). It- tabib tiegħek għandu jeżaminalek id-demm tiegħek b’mod regolari għal xi tibdil, u għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ xi trattament speċifiku. F’xi każijiet, id-doża ta’ Temozolomide Sandoz tiegħek titnaqqas jew inkella l-kura titwaqqaf.
Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati huma elenkati hawn taħt:
telf t’aptit, diffikultà biex titkellem, uġigħ ta’ ras
rimettar, dardir, dijarea, stitikezza
raxx, telf ta’ xagħar
għeja
infezzjonijiet, infezzjonijiet fil-ħalq, infezzjonijiet f’ferita
numru mnaqqas ta’ ċelluli tad-demm (newtropenija, limfopenija, tromboċitopenija)
reazzjoni allerġika
żieda fiz-zokkor fid-demm
indeboliment fil-memorja, depressjoni, ansjetà, konfużjoni, ma tkunx tista’ torqod jew ma tkunx tista’ tibqa’ rieqed/rieqda
indeboliment fil-koordinazzjoni u l-bilanċ
diffikultà biex tikkonċentra, bidla fl-istat mentali jew fl-attenzjoni, tinsa’
sturdament, sensazzjonijiet indeboliti, sensazzjonijiet ta’ tingiż, rogħda, togħma mhux normali
telf parzjali tal-vista, vista mhux normali, vista doppja, għajnejn xotti jew juġgħu
truxija, żarżir fil-widnejn, uġigħ fil-widna
tagħqid ta’ demm fil-pulmun jew fir-riġlejn, pressjoni għolja
pulmonite, qtugħ ta’ nifs, bronkite, sogħla, infjammazzjoni fis-sinusis
uġigħ fl-istonku jew fl-addome, stonku mqalleb/ħruq ta’ stonku, diffikultà biex tibla’
ġilda xotta, ħakk
ħsara fil-muskoli, dgħufija fil-muskoli, uġigħ u weġgħat fil-muskoli
ġogi juġgħu, uġigħ fid-dahar
tagħmel l-awrina b’mod frekwenti, diffikultà biex iżżomm l-awrina
deni, sintomi bħal tal-influwenza, uġigħ, tħossok ma tiflaħx, riħ jew influwenza
żamma ta’ fluwidu, riġlejn minfuħa
żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied
telf ta’ piż, żieda fil-piż
korriment ikkawżat minn radjazzjoni
infezzjonijiet fil-moħħ (meningoenċefalite erpetika) inklużi każijiet fatali
infezzjonijiet ġodda jew attivati mill-ġdid ta’ ċitomegalovirus
infezzjonijiet attivati mill-ġdid tal-virus tal-epatite B
kanċers sekondarji inkluża lewkimja
għadd imnaqqas ta’ ċelluli tad-demm (panċitopenija, anemija, lewkopenija)
dbabar ħomor taħt il-ġilda
dijabete insipidus (sintomi jinkludu żieda fl-għamil tal-awrina u tħossok bil-għatx), livell baxx
ta’ potassium fid-demm
bidliet fil-burdata, alluċinazzjoni
paraliżi parzjali, bidla fis-sens tax-xamm
indeboliment fis-smigħ, infezzjoni fil-parti tan-nofs tal-widna
palpitazzjonijiet (meta inti tista’ tħoss qalbek tħabbat), fwawar sħan
stonku minfuħ, diffikultà biex tikkontrolla l-ippurgar, murliti, ħalq xott
epatite u ħsara fil-fwied (inkluża insuffiċjenza fatali tal-fwied), kolestasi, żieda fil-bilirubin
infafet fuq il-ġisem jew fil-ħalq, taqxir tal-ġilda, żbroff fil-ġilda, ġilda tiħmar u tuġgħa, raxx
sever b’nefha fil-ġilda (inklużi l-keff tal-id u l-pala tas-sieq)
żieda fis-sensittività għad-dawl tax-xemx, urtikarja (ħorriqija), żieda fil-ħruġ tal-għaraq, bidla
fil-kulur tal-ġilda
diffikultà biex tagħmel l-awrina
ħruġ ta’ demm mill-vaġina, irritazzjoni fil-vaġina, menstruazzjoni li ma sseħħx jew tkun qawwija, uġigħ fis-sider, impotenza sesswali
rogħda, nefħa fil-wiċċ, bidla fil-kulur tal-ilsien, għatx, disturb fis-snien
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal, preferibbilment f’armarju msakkar.
Inġestjoni aċċidentali tista’ tkun letali għat-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara “JIS”. Id-
data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Flixkun
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali.
Żomm il-flixkien magħluqin sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.
Qartas
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C
Għid lill-ispiżjar jekk tinnota xi tibdil fid-dehra tal-kapsuli.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi temozolomide.
Temozolomide Sandoz 5 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 5 mg ta’ temozolomide.
Temozolomide Sandoz 20 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 20 mg ta’ temozolomide.
Temozolomide Sandoz 100 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 100 mg ta’ temozolomide.
Temozolomide Sandoz 140 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 140 mg ta’ temozolomide.
Temozolomide Sandoz 180 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 180 mg ta’ temozolomide.
Temozolomide Sandoz 250 mg kapsuli ibsin
Kull kapsula fiha 250 mg ta’ temozolomide.
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra tal-kapsula huma
Temozolomide Sandoz 5 mg kapsuli ibsin
Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), yellow iron oxide (E 172), indigo carmine (E 132), ilma.
Inka tal-istampar: shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Temozolomide Sandoz 20 mg kapsuli ibsin
- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), yellow iron oxide (E 172), ilma.
Inka tal-istampar: shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Temozolomide Sandoz 100 mg kapsuli ibsin
- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), red iron oxide (E 172), ilma.
Inka tal-istampar: shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Temozolomide Sandoz 140 mg kapsuli ibsin
- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), indigo carmine (E 132), ilma.
Inka tal-istampar: shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Temozolomide Sandoz 180 mg kapsuli ibsin
- Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), yellow iron oxide (E 172), red iron oxide (E 172), ilma.
Inka tal-istampar: shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Temozolomide Sandoz 250 mg kapsuli ibsin
Kontenut tal-kapsula: anhydrous lactose, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate type A, tartaric acid, stearic acid.
Qoxra tal-kapsula: gelatine, titanium dioxide (E 171), ilma.
Inka tal-istampar: fih shellac, black iron oxide (E 172), potassium hydroxide.
Flixkun
Il-kapsuli ibsin jiġu fi fliexken tal-ħġieġ kulur l-ambra (ħġieġ Tip 3) b’tappijiet tal-polypropylene li huma reżistenti għal ftuħ minn tfal. Kull flixkun fih jew 5 jew 20 kapsula. Il-fliexken fihom ukoll pawċ għal dessikant. Żomm il-pawċ tad-dessikant ġol-flixkun. Tibilgħux.
Qartas
Kull kapsula iebsa (kapsula) hija ppakkjata individwalment f’qartas. Kull kartuna fiha 5 jew 20 kapsula iebsa..
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Temozolomide Sandoz 5 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur aħdar, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“5”.
Kull kapsula iebsa hija twila madwar 15.8 mm.
Temozolomide Sandoz 20 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur isfar, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“20”.
Kull kapsula iebsa hija twila madwar 11.4 mm.
Temozolomide Sandoz 100 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur roża, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“100”.
Kull kapsula iebsa hija twila madwar 15.8 mm.
Temozolomide Sandoz 140 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur blu trasparenti, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“140”. Kull kapsula iebsa hija twila madwar 19.3 mm.
Temozolomide Sandoz 180 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, għatu kulur marun ħamrani, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“180”. Kull kapsula iebsa hija twila madwar 19.3 mm.
Temozolomide Sandoz 250 mg kapsuli ibsin
Il-kapsuli ibsin għandhom il-parti prinċipali kulur abjad, b’għatu kulur abjad, u huma ttimbrati b’inka sewda. L-għatu huwa ttimbrat b’“TMZ” u l-parti prinċipali hija ttimbrata b’“250”.
Kull kapsula iebsa hija twila madwar 21.4 mm.
Sandoz GmbH Biochemiestraße 10 A-6250 Kundl
L-Awstrija
Salutas Pharma GmbH Otto-von-Guericke-Allee 1 D-39179 Barleben
Il-Ġermanja
Lek Pharmaceuticals d.d Verovskova 57
SL-1526 Ljubljana Is-Slovenja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Sandoz N.V. Telecom Gardens Medialaan 40
B-1800 Vilvoorde
Tél/Tel: +32 (0)2 722 97 97
Sandoz Pharmaceuticals d.d Branch Office Lithuania Seimyniskiu 3A
LT – 09312 Vilnius Tel: +370 5 2636 037
КЧТ Сандоз България Бул.“Никола Вапцаров“ No. 55 сгр. 4, ет. 4
1407 София
Sandoz N.V. Telecom Gardens Medialaan 40
B-1800 Vilvoorde
Teл.: '+359 2 970 47 47
Tél/Tel: +32 (0)2 722 97 97
Sandoz s.r.o.
Na Pankráci 1724/129 CZ-140 00, Praha 4
Tel: +420 225 775 111
Sandoz A/S
Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark
Tlf: +45 6395 1000
Sandoz Pharmaceuticals d.d. Verovskova 57,
SI-1000 Ljubljana Slovenia
Tel: +356 21222872
D-83607 Holzkirchen Tel: +49 39205 42-1305
NL-1327 AH Almere Tel: +31 (0)36 5241600
Sandoz d.d. Eesti filiaal Pärnu mnt 105
EE – 11312 Tallinn Tel: +372 6652405
Sandoz A/S
Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmark
Tlf: +45 6395 1000
Novartis (Hellas) A.E.B.E.
Τηλ: +30 210 2811712
Tel: +43(0)1 86659-0
registration.vienna@sandoz.com
Sandoz Farmacéutica, S.A Centro Empresarial Parque Norte
C/ Serrano Galvache Nº 56, Edificio Roble E-28033 Madrid
Tel: +34 91 602 30 62
Sandoz Polska Sp. z o.o. ul. Domaniewska 50 C PL – 02 672 Warszawa
Tel.: +48 22 209 7000
Sandoz SAS
49, avenue Georges Pompidou F-92593 Levallois-Perret Cedex Tél: +33 1 49 64 48 00
Sandoz Farmacêutica Lda.
Avenida Professor Doutor Cavaco Silva, n.º 10E Taguspark
P-2740−255 Porto Salvo Tel: +351 21 196 40 42
HR – 10 000 Zagreb
Tel : +385 1 235 3111
SC Sandoz S.R.L. Strada Livezeni Nr. 7a 540472 Târgu Mureș
Tel: +40 21 407 51 60
Co. Cork Ireland
Tel: +353 27 50077
regulatorygroup@rowa-pharma.ie
Lek Pharmaceuticals d.d. Verovškova 57
SI-1526 Ljubljana Tel: +386 1 580 21 11
Sandoz A/S
Edvard Thomsens Vej 14
DK-2300 Kaupmaannahöfn S Tlf: +45 6395 1000
Sandoz d.d. - organizačná zložka
Žižkova 22B, 811 02 Bratislava
Tel: +421 2 48 200 600
Sandoz S.p.A.
Largo Umberto Boccioni, 1 I-21040 Origgio / VA
Tel: +39 02 96 54 1
Sandoz A/S
Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Kööpenhamina S Tanska
Puh: + 358 010 6133 400
Sandoz Pharmaceuticals d.d. Verovskova 57,
SI-1000 Ljubljana
Σλοβενία
Τηλ: +357 22 69 0690
Sandoz A/S
Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Köpenhamn S Danmark
Tel: +45 6395 1000
Sandoz d.d. Latvia filiāle K.Valdemāra 33 – 29 LV-1010 Rīga
Tel: +371 67892006
Sandoz GmbH Biochemiestr. 10 A-6250 Kundl
Tel: +43 5338 2000