Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Stocrin
efavirenz

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Stocrin 30 mg/mL soluzzjoni orali

efavirenz


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Piż tal-Ġisem kg

Stocrin soluzzjoni orali (30 mg/mL) Doża (mL)

3 - < 5 snin

5 snin jew akbar

13 sa < 15

12

9

15 sa < 20

13

10

20 sa < 25

15

12

25 sa < 32.5

17

15

32.5 sa < 40

-

17

40

-

24


Jekk tieħu Stocrin aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Stocrin ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.


Jekk tinsa tieħu Stocrin

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar

ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Jekk tieqaf tieħu Stocrin

Meta l-ħażna tieghek ta’ Stocrin tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien

qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Stocrin jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.


    L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ Stocrin meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.


    Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Stocrin. Ir-raxx kien iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi Stocrin.


    Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Stocrin f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Barra minn hekk, jistgħu jseħħu xi sintomi tas-sistema nervuża (eż., konfużjoni, ħsibijiet u moviment fiżiku bil-mod, u delużjonijiet [twemmin falz] jew alluċinazzjonijiet [tara jew tisma’ affarijiet li ħaddieħor ma jarax jew ma jismax])

    xhur sa snin wara l-bidu ta’ terapija bi Stocrin. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Stocrin.


    It-tfal li ħadu Stocrin soluzzjoni orali u nelfinavir flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra kellhom dijarrea.

    Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

    • raxx tal-ġilda


      Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

    • ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

    • uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

    • ħakk

    • għeja

    • tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

      Testijiet jistgħu juru:

    • żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

    • żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm


      Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

    • nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

    • viżta mċajpra

    • sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

    • uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

    • reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

    • ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

    • tkabbir tas-sider fl-irġiel

    • imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività

      eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju, katatonja (kundizzjoni li

      fiha l-pazjent jispiċċa ma jistax jiċċaqlaq u ma jistax jitkellem għal perjodu ta’ żmien)

    • tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

    • tregħid

    • fwawar

      Testijiet jistgħu juru:

    • żieda ta’ kolesterol fid-demm


      Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

    • raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

    • insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda

      kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

    • sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

    • suwiċidju


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

    direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

    effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

  2. Kif taħżen Stocrin


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Il-flixkun ta’ Stocrin soluzzjoni orali għandu jintuża fi żmien xahar minn meta jinfetaħ għall-ewwel darba.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Stocrin

    • Kull mL ta’ Stocrin soluzzjoni orali fih 30 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

    • Is-sustanzi l-oħra huma: medium chain triglycerides, benzoic acid (E210) u togħma ta’ frawli/menta [li fih benzyl alcohol (E1519) u propylene glycol (E1520)].


Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Stocrin 30 mg/mL soluzzjoni orali tiġi fi fliexken ta’ 180 mL. Fil-kartuna hemm inkluża siringa orali b’adapter tal-għonq tal-flixkun tat-tip push-in.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis- Suq

Manifattur


Merck Sharp & Dohme B.V. Merck Sharp & Dohme B.V.

Waarderweg 39 Waarderweg 39

2031 BN Haarlem Postbus 581

In-Netherlands 2003 PC Haarlem

In-Netherlands


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak @merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00

hungary_msd@merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA Tel: +49 89 121 42-0

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


España

Bristol-Myers Squibb, S.A. Tel: +34 91 456 53 00

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


France

Bristol-Myers Squibb Sarl. Tél: +33 (0)1 58 83 84 96

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals uc Tel: +353 (0)1 483 3625

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak @merck.com


Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650

info@msd.fi

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland) Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd. Tel: +44 (0800) 731 1736


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’