Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Nobilis Influenza H7N1
adjuvanted inactivated vaccine against avian influenza virus type A, subtype H7

19

B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT


Nobilis Influenza H5N2 emulsjoni għal injezzjoni


1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL- KUMMERĊ, U L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS- SUQ , JEKK DIFFERENTI

Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: Intervet International B.V.

Wim de Körverstraat 35

5831 AN Boxmeer. The Netherlands


Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq:


ħ

Intervet International B.V. Wim de Körverstraat 35 NL-5831 AN Boxmeer. The Netherlands


  1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    li

    Nobilis Influenza H7N1 emulsjoni għal injezzjoni


  2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Doża ta’ 0.5ml fiha:

    ċ

    Antiġen sħiħ inattivat tal-virus tal-influwenza avjarja, subtip H7N1 (strejn, A/CK/Italy/473/99), li jinduċi titru ta’ HI ta’ ≥6.0log2, kif ittestjat għat-test ta’ potenza.


    Adjuvant

    Paraffina likwida ħafifa 234.8mg/0.5ml


    Prodott

  3. INDIKAZZJONI


    Għal immunizzazzjoni attiva fil-flieles u l-papri kontra l-Influwenza avjarja tip A, subtip H7N1.

    L-effikaċja kienet evalwata abbażi ta’riżultati preliminari fil-flieles u . Tnaqqis ta’ sinjali kliniċi, mortalita u tneħħija tal-virus wara tlaqqiegħ mal-vaċċin ġew murija fi żmien

    \ew[ ġimgħat wara t-tilqim.

    Fil-papri, tnaqqis fit tneħħija tal-virus ġew murija fi żmien ġimgħatejn wara t-tilqima wa]da G]alkemm ma [ietx investigata b’din l-istrejn partikulari A1, studji mwettqa b’istrejns o]ra juru li

    awtorizzat

    anti-korpi fis-sirum hu mistenni li jippersistu għal tal-anqas 12 –il xahar wara amministrazzjoni ta’ żewg dożi tal-vaċċin. I\-zmien ta’ kemm idum l-imunita fil-papri mhix mag]rufa.


  4. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  5. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Is-sigurta tal-prodott ġiet maħduma abbażi ta’ riżultati preliminari fil-flieles. Nefħa mifruxa ta’ natura temporanja tista’ sseħħ fil-post tat-tilqima f’50% tal-annimali, li tippersisti għal madwar 14 il-ġurnata.

    Studji sapportivi fil-papri juru li nefħa lokalizzata tista’ sseħħ fil-post tat-tilqima li tin\el fi

    \mien 3 [img]at.


    ħ

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  6. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Flieles u papri


    li

  7. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MODI U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Flieles


    Flieles li għandhom minn 8 -14 il-ġurnata: 0.25ml taħt il-ġilda


    ċ

    Flieles li għandhom minn 14 il-ġurnata sa sitt ġimgħat: 0.25ml jew 0.5ml taħt il-ġilda jew fil- muskolu.

    Minn sitt ġimgħat ‘il fuq: 0.5ml taħt il-ġilda jew fil-muskolu.


    Tiġieġ li se jinżammu għall-bajd jew għat-tgħammir, għandhom jingħataw tilqima oħra 4 – 6

    ġimgħat wara l-ewwel waħda.


    Prodott

    M’hemmx informazzjoni dwar tilqim fil-preżenza ta’ antikorpi li għaddew mill-omm. Tilqim ta’ frieh minn tjur imlaqqma, għandu għaldaqstant jittawwal sakemm dawn il- antikorpi jkunu tbaxxew.


    Papri


    Papri li għandhom minn 2 -6 ġimghat: 0.5ml taħt il-ġilda jew fil-muskolu.

    Papri li se jinżammu għall-bajd jew għat-tgħammir, għandhom jingħataw tilqima oħra 6 – 10

    ġimgħat wara l-ewwel waħda.Do\a ta’ 1mL hija rakkomandata.


  8. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

    awtorizzat

    Ħalli t-tilqim jilħaq temperatura ta’ 15oC – 25oC u ħawwad tajjeb qabel tuża’. Uża’ siringi u labar sterili.

    Huwa rakkomandat li tintuża s-sistema ta’ ħafna tilqim fil-magħluq.


  9. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn


  10. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2°C – 8°C). Tiffriżax.

    Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C)

    Wara li tiftaħ, uża fi żmien 8 siegħat, sakemm il-prodott mhux suġġett għal temperaturi estremi, jew ġie kkontaminat.

    ħ

    Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.


  11. TWISSIJIET SPEĊJALI


    li

    Din it-tilqima ġiet ittestjata għas-sigurta tagħha fil-flieles u informazzjoni fuq is -sigurta fil- papri hija biss sapportiva.. Jekk tintuża fi speċi avjarji oħra, kkunsidrati fil-periklu ta’ infezzjoni, l-użu tagħha f’dawn l-ispeċi għandu jsir bil-għaqal, u huwa ta’ parir li wieħed jipprova t-tilqima fuq numru żgħir ta’ għasafar qabel ma wieħed ilaqqam ammonti kbar. Il- livell ta’ effikaċja fi speċi oħra jista’ jkun differenti minn dak osservat fil-flieles.


    Il-livell ta’ effikaċja milħuq jista’ jvarja u jiddependi fuq kemm hemm xebh antiġeniku bejn l- istrejn tal-vaċċin u l-istrejn li jinsab jiċċirkola.


    ċ

    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din it-tilqima fi tjur tal-bajd.


    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ din it-tilqima jekk tintuża ma kwalunkwe prodott ieħor. Id-deċiżjoni li tuża dan il-vaċċin qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali ieħor għaldaqstant għandha issir fuq bażi ta’kull kas għalih.

    Tħallatx, ma ebda prodott mediċinali ieħor. Għal min se juża:

    Prodott

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Injezzjoni aċċidentali jew jekk tinjetta lilek innifsek jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa specjalment jekk tinjetta f'ġog jew subgħa u f'kazijiet rari jista’ jkun il-kawża li jkollok taqta' subgħajk jekk ma tikkonsultax tabib mal-ewwel.


    Jekk tiġi njettat bi żball b'dan il-prodott, fittex għajnuna medika, anke jekk ammont żgħir ħafna ġie njettat u ħu l-fuljetta ta' informazzjoni li tinsab fil-pakkett miegħek. Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax -ilsiegħa, wara l-eżami mediku, erġa' kellem lit-tabib.


    Għat-Tabib:

    awtorizzat

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il-prodott tista' tikkawża nefħa intensa, li tista' per eżempju tikkawża nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi subgħa. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata mal- ewwel u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-subgħa u tiġi rrigata l-parti fejn seħħet l- injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-subgħa u t-tendin tal-muskolu.


  12. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa minnek. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  13. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    ħ

    https://www.emea.europa.eu


  14. TAGĦRIF IEĦOR


li

Jekk il-virus tal-influwenza avjarja li qed jiċċirkula fil-beraħ għandu l-komponent Hu/jew N tiegħu differenti mill-H7N1, inkluż fil-vaċċin, ikun possibli li tagħraf tagħżel bejn tjur imlaqqma u dawk infettati billi tuża test dijagnostiku li jagħraf antikorpi Nuraminidejs.


L-użu ta’ dan il-prodott mediċinali veterinarju jitħalla jsir biss taħt kundizzjonijiet partikulari stabbiliti mill-leġislazzjoni tal-Komunita Ewropeja dwar il-kontroll tal-Influwenza Avjarja.


Daqsijiet tal-pakketti:

ċ

Fliexken tal-ħġieġ ta’ aktar minn doża waħda li jesgħu 250 jew 500ml Fliexken tal-PET ta’ aktar minn doża waħda li jesgħu 250 jew 500ml Il-fliexken huma magħluqa b’tapp tal-gomma u kappa tal-aluminjum.


Prodott

Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.