Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Btvpur
inactivated vaccine against bluetongue virus serotypes 1 and 8


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

BTVPUR suspensjoni għal injezzjoni għan-nagħaġ u l-baqar


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH 55216 Ingelheim/Rhein

    IL-ĠERMANJA


    Manifattur responsabbli biex il-konsenja tmur fis-suq:* Boehringer Ingelheim Animal Health France SCS Laboratorju ta’ Lyon Porte des Alpes

    Rue de l’Aviation 69800 Saint-Priest

    France


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    BTVPUR suspensjoni għal injezzjoni għan-nagħaġ u l-baqar


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża ta’ ml fiha:


    Sustanza attiva*:


    Virus tal-Buetongue inattivat ≥strain specific pass level log10 pixels** (*) massimu ta’ żewġ serotipi differenti tal-virus inattivat tal-bluetongue.


    (**)Strain-specific

    pass levels

    (**)kontenut tal-Antiġen

    (proteina VP2) permezz ta’ immuno-assay

    BTV1

    1.9 log10 pixels/mL

    BTV2

    1.82 log10 pixels/mL

    BTV4

    1.86 log10 pixels/mL

    BTV8

    2.12 log10 pixels/mL


    Test finali konfermattiv tal-potenza permezz ta’ seronewtralizzazzjoni fil-firien jiġi mwettaq meta lott jinħareġ fis-suq


    Ingredjenti mhux attivi:

    Al3+ (bħala hydroxide)............................................................................................................... 2.7 mg

    Saponin.................................................................................................................................. 30 UE **

    (**) Unitajiet emolitiċi


    It-tip ta’ strejn (ijiet) (l-iżjed żewġ strejnijiet) inkluż fil-prodott finali jiġi selezzjonat fuq il-bażi tas- sitwazzjoni epidemjoloġika fil-waqt tal-manifattura u jiġi ddikjarat fuq it-tikketta.


    Dehra: omoġena bajda qisha ħalib .

  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Immunizzazzjoni attiva ta’ nagħaġ għall-prevenzjoni tal-viremija* u għat-tnaqqis ta’ sinjali kliniċi kkawżati mis-serotipi 1, 2, 4 u/jew 8 (taħlita ta’ massimu 2 serotipi).tal-virus tal-bluetongue. Immunizzazzjoni attiva ta’ baqar għall-prevenzjoni tal-viremija kkawżata mis-serotipi 1,2,4 u/jew 8, u għat-tnaqqis ta’ sinjali kliniċi kkawżati minn serotipi tal-virus tal-bluetongue 1, 4 u/jew 8 (taħlita ta’ massimu ta’ 2 serotipi).


    *(taħt il-livell ta’ detection bil-metodu validat RT-PCR ta’ 3.68 log10 RNA kopji/ml, li jindika li ma kienx hemm trażmissjoni ta’ virus infettiv).


    Il-bidu tal-immunità ġie muri 3 ġimgħat (jew 5 ġimgħat fin-nagħaġ għal BTV2) wara l-ewwel kors ta’ tilqim għas-serotipi ta’ BTV1, BTV2 (baqar) BTV-4 u BTV-8.

    It-tul tal-immunità għal baqar u nagħaġ huwa ta’ sena wara l-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’każi rari ħafna ġiet osservata nefħa żgħira fil-post tal-injezzjoni (massimu ta’ 32 cm2 fil-baqar u 24 cm2 fin-nagħaġ) li ssir fdal wara 35 ġurnata (≤ 1 cm2).

    F’każi rari ħafna jista’ jkun hemm żieda temporanja fit-temperatura tal-ġisem, normalment ta’ mhux iżjed minn medja ta’ 1.1 ºC, fi żmien 24 siegħa wara t-tilqim.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:


    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li ħadu l-kura li juru effetti mhux mixtieqa )

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali li ħadu l-kura f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali li ħadu l-kura f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali li ħadu l-kura f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal li ħadu l-kura, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Nagħaġ u baqar.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Amministra doża waħda ta’ ml taħt il-ġilda skont l-iskema ta’ tilqim li ġejja:


    • L-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni

      Fin-nagħaġ

      • L-ewwel injezzjoni: minn xahar ’il fuq f’annimali li qatt ma kienu ġew amministrati l-vaċċin

        qabel (jew minn sentejn u ħames xhur ’il fuq f’annimali ta’ eta’ żgħira mwielda minn nagħaġ immuni).

      • it-tieni injezzjoni: wara 3-4 ġimgħat

        Għal vaċċin monovalenti li fih is-serotipi 2 jew 4 tal-virus inattivat tal-Bluetongue,jew għal vaċċin bivalenti li fih iż-żewġ serotipi 2 u 4 flimkien, injezzjoni waħda hija suffiċjenti.


        Fil-baqar

      • L-ewwel injezzjoni: minn xahar ’il fuq f’annimali li qatt ma kienu ġew amministrati il-vaċċin qabel (jew minn sentejn u ħames xhur ’il fuq f’annimali ta’ eta’ żgħira imwielda minn

        nagħaġ immuni).

      • it-tieni injezzjoni: wara 3-4 ġimgħat


    • Ripetizzjoni tal-vaċċinazzjoni

    Annwali


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Applika il-proċeduri sterili tas-soltu.

    Ħawwad bil-mod immedjatament qabel l-użu. Evita li jiffurmaw bżieżaq, għax dan jista’ jkun irritanti fil-post tal-injezzjoni. Il-kontenut kollu tal-flixkun għandu jintuża immedjatament wara li jinfetaħ u waqt l-istess proċedura. Evita li tiftaħ iżjed minn kunjett wieħed.


  10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2 ºC – 8 ºC)

    Tagħmlux fil-friża Ipproteġi mid-dawl.

    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jkun infetaħ: uża immedjatament.

    Tużax dan il-prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett wara EXP.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott: Laqqam annimali f’saħħithom biss.


    Jekk jintuża f’annimali ruminanti ta’ speċi oħra kemm slavaġ u domestiċi li huma kkunsidrati f’riskju li jiġu infettati, l-użu tiegħu f’dawn l-ispeċji għandu jsir bil-galbu u huwa rrakkomandat li l-vaċċin jiġi ttestjat fuq numru żgħir ta’ annimali qabel il-tilqim ta’ kollha. Il-livell ta’ effikaċja għal speċji oħra jista’ jkun differenti minn dak osservat fin-nagħaġ u fil-baqar.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Mhux applikabbli


    Tqala u żmien il-ħalib:

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.

    Fertilità:

    Is-sigurtà u l-effikaċja tal-vaċċin ma ġewx stabbiliti f’irġiel tar-razza. F’din il-kategorija ta’ annimali il-vaċċin għandu jintuża biss skont valutazzjoni tal-benefiċċju / riskju mill-veterinarju responsabbli u/jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fuq il-politika kurrenti dwar il-tilqim kontra l-virus tal- Bluetongue (BTV).


    Effetti fuq prodotti mediċinali oħra jew effetti oħra:

    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima meta tintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew

    wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Apatija rari ħafna u tranżitorja tista’ tiġi osservata wara l-amministrazzjoni ta’ doża doppja tal-vaċċin.

    L-ebda effetti oħra mhux mixtieqa ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 4.6 ma ġew osservati.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallat ma’ ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom

    jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju mediċinali tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-vaċċin fih il-virus inattivat tal-Bluetongue bl-aġġuvanti aluminju hydroxide u saponin. Jinduċi

immunità attiva u speċifika kontra il-virus tal-bluetongue fl-annimal imlaqqam.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. Kaxxa ta’ flixkun ta’ 10 dożi (1 x 10 ml)

Kaxxa ta’ flixkun ta’ 50 doża (1 x 50 ml)

Kaxxa ta’ 10 fliexken ta’ 50 doża (10 x 50 ml) Kaxxa ta’ flixkun ta’ 100 doża (1 x 100 ml)

Kaxxa ta’ 10 fliexken ta’ 100 doża (10 x 100 ml)


Kull persuna li għandha ħsieb timmanifattura, timporta, iżomm il-pussess, tbigħ, tipprovdi u tuża BTVPUR li fiha serotipi 1,2,4 u 8 għandha l-ewwel tikkonsulta mal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru dwar il-programmi ta’ tilqim fis-seħħ minħabba li dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu pprojbiti fi Stat Membru jew ġo parti mit-territorju tiegħu skont il-liġi nazzjonali.